Language of document : ECLI:EU:T:2006:265

SENTENZA TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Ir-Raba’ Awla Estiża)

27 ta’ Settembru 2006 (*)

“Kompetizzjoni – Distribuzzjoni bl-ingrossa ta' prodotti mediċinali – Kummerċ parallel – Prezzijiet differenzjati –Artikolu 81(1) KE – Ftehim – Restrizzjoni fuq il-kompetizzjoni – Suġġett – Suq in kwistjoni – Effett – Artikolu 81(3) KE – Kontribuzzjoni għall-promozzjoni tal-progress tekniku – Nuqqas ta’ eliminazzjoni tal-kompetizzjoni – Prova – Motivazzjoni – Sussidjarjetà”

Fil-kawża T‑168/01,

GlaxoSmithKline Services Unlimited, preċedentement magħrufa bħala Glaxo Wellcome plc, stabbilita fi Brentford, Middlesex (ir-Renju Unit), irrapreżentata minn I. Forrester, QC, F. Depoortere, A. Schulz, T. Louko, u I. Vandenborre, Avocats,

rikorrenti

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, inizjalment irrappreżentata minn P. Oliver, wara minn É. Gippini Fournier, bħala aġenti,

konvenuta

sostnuta minn

European Association of Euro Pharmaceutical Companies (EAEPC), stabbilita fi Brussell (il-Belġju), inizjalment irrappreżentata minn U. Zinsmeister u M. Lienemeyer, wara minn A. Martin‑Ehlers, u fl-aħħar, minn M. Hartmann‑Rüppel, Avocats,

minn

Bundesverband der Arzneimittell-Importeure eV, stabbilita f’Mülheim an der Ruhr (il-Ġermanja), inizjalment irrappreżentata minn M. Epping u W. Rehmann, wara mis-Sinjura Rehmann, Avocats,

minn

Spain Pharma, SA, stabbilita f’Madrid, irrapreżentata minn P. Muñoz Carpena, B. Ortúzar Somoza u R. Gutiérrez Sánchez, Avocats,

u minn

Asociación de exportadores españoles de productos farmacéuticos (Aseprofar), stabbilita f’Madrid (Spanja), inizjalment irrappreżentata minn M. Araujo Boyd u R. Sanz, wara minn Araujo Boyd u J. L. Buendia Sierra, Avocats,

partijiet intervenjenti,

li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2001/791/KE tal-Kummissjoni, tat-8 ta’ Mejju 2001, dwar proċedura ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 tat-Trattat KE [Kawżi IV/36.957/F3 Glaxo Wellcome (notifika), IV/36.997/F3 Aseprofar u Fedifar (ilment), IV/37.121/F3 Spain Pharma (ilment), IV/37.138/F3 BAI (ilment) u IV/37.380/F3 EAEPC (ilment)] (ĠU L 302, p. 1),

IL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA
TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ (ir-Raba’ Awla Estiża),

komposta minn H. Legal, President, P. Lindh u I. Wiszniewska‑Białecka, V. Vadapalas u E. Moavero Milanesi, Imħallfin,

Reġistratur: C. Kristensen, Amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-7 ta’ Ġunju 2006,

tagħti l-preżenti

Sentenza

 Il-kuntest ġuridiku u fattwali tal-kawża

 Id-dritt komunitarju

1        L-Artikolu 3(1)(g) KE jipprovdi li l-attivitajiet tal-Komunità għandhom jinkludu, kif ipprovdut f’dan it-Trattat u skond il-programm li jinsab fih, sistema li tiggarantixxi li l-kompetizzjoni fis-suq intern ma tkunx distorta.

2        L-Artikolu 81(1) KE jipprovdi, b’mod partikolari, li l-akkordji kollha bejn impriżi, id-deċiżjonijiet kollha ta’ assoċjazzjonijiet bejn impriżi u l-prattiċi kollha miftiehma li jistgħu jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li jkollhom bħala għan jew riżultat tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq komuni huma inkompatibbli mas-suq komuni u għandhom ikunu pprojbiti.

3        L-Artikolu 81(3) KE jipprovdi li d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(1) KE jistgħu jiġu ddikjarati inapplikabbli, b’mod partikolari, għal akkordji jew kategoriji ta’ akkordji bejn impriżi li jikkontribwixxu biex itejbu l-produzzjoni jew id-distribuzzjoni ta’ prodotti, jew biex jippromwovu progress tekniku jew ekonomiku waqt li fl-istess ħin, jassiguraw li l-konsumaturi jkollhom sehem ġust mill-benefiċċji li joħorġu minnhom, izda li ma jimponux fuq l-impriżi kkonċernati restrizzjonijiet li ma jkunux indispensabbli għall-kisba ta’ dawn l-għanijiet u li ma jagħtux lil dawn l-impriżi l-possibbiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni f’parti sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni.

4        Fil-21 ta’ Diċembru 1988, il-Kunsill adotta, fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 100 A tat-Trattat KE (li wara emendi sar l-Artikolu 95 KE), id-Direttiva 89/105/KEE dwar it-trasparenza tal-miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU 1989, L 40, p. 8). Dan għandu bħala għan li jikseb stampa ġenerali tal-miżuri kollha ta’ ffissar ta’ kontroll dirett u indirett tal-prezz tal-prodotti mediċinali adottati mill-Istati Membri bl-iskop li jiġu kkontrollati l-ispejjeż tas-saħħa pubblika li huma jiddedikaw għall-prodotti bħal dawn u li jeliminaw id-differenzi bejn dawn il-miżuri li jistgħu jfixklu u jgħawġu l-kummerċ intrakomunitarju ta’ prodotti mediċinali u, minħabba f'hekk, ikollu effett fuq kif jaħdem is-suq komuni ta’ prodotti mediċinali. Għal dan il-għan, hija fl-ewwel lok stabbiliet sensiela ta’ rekwiżiti bil-għan li jiġi żgurat li dawk kollha kkonċernati jkunu jistgħu jivverifikaw li l-miżuri nazzjonali ma jġibux restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni jew li jħallu effett ekwivalenti fuqhom. Madankollu, dawn ir-rekwiżiti ma jeffettwawx la l-politika ta’ dawk l-Istati Membri u lanqas il-politika nazzjonali fil-qasam ta’ l-iffissar tal-prezzijiet u ta’ l-istabbiliment ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali, ħlief meta din tkun meħtieġa għall-finijiet ta’ trasparenza. It-terminu impost fuq l-Istati Membri sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva skada fil-31 ta’ Diċembru 1989.

 Id-dritt Spanjol

5        Fl-20 ta’ Diċembru 1990, ir-Renju ta’ Spanja adotta l-Ley 25/1990 del Medicamento (liġi 25/1990 fuq il-prodotti mediċinali, BOE Nru 306, tat-22 ta’ Diċembru 1990, p. 2643, iktar ’il quddiem il-"liġi 25/1990"). Din il-liġi ġiet emendata, b’mod partikolari, mil-ley 66/1997, tat-30 ta’ Diċembru 1997 (BOE Nru 313, tal-31 ta’ Diċembru 1997, p. 38517) u, fil-proċedura amministrattiva li wasslet għal adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fil-kawża preżenti, mil-Ley 55/1999, tat-30 ta’ Diċembru 1999 (BOE Nru 312, tat-30 ta’ Diċembru 1997, p. 46095).

6        Fit-23 ta’ Frar 1990, ir-Renju ta’ Spanja adotta r-Real Decreto 271/1990 de reorganización de la intervención de los precios de las especialidades farmacéuticas de uso humano (Digriet irjali 271/1990 tar-riorganizzazzjoni ta’ l-intervent fuq il-prezz ta’ speċjalitajiet farmaċewtiċi għal użu mill-bniedem, BOE Nru 53, tat-2 ta’ Marzu 1990, p. 6086, iktar ’il quddiem id-"Digriet 271/1990"). Dan id-digriet b’mod partikolari jippermetti lir-Renju ta’ Spanja jikkonforma ruħhu mad-Direttiva 89/105/KEE.

7        Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VIII tal-liġi 25/1990 u tad-Digriet 271/1990 b’mod partikolari jipprovdu sistema ta’ intervent, minn naħa tal-Ministeru Spajnol tas-Saħħa u tal-Konsum u tal-Comisión interministerial de precios de los medicamentos (il-Kummissjoni interministerjali fuq il-prezzijiet tal-prodotti mediċinali), li tassistih (iktar ’il quddiem, flimkien, l-"amministrazzjoni Spanjola"), fuq il-prezz massimu bl-ingrossa tal-prodotti mediċinali koperti mis-sistema Spanjola ta’ assigurazzjoni għall-mard.

 Il-fatti li wasslu għall-kawża

8        Ir-rikorrenti, GlaxoSmithKline Services Unlimited, preċedentement Glaxo Wellcome plc (iktar ’il quddiem "GSK"), hija kumpannija rreġistrata taħt id-dritt Brittaniku stabbilta fi Brentford (ir-Renju Unit). Il-grupp GlaxoSmithKline, li għalih tappartjeni, huwa wieħed mill-produtturi prinċipali mondjali tal-prodotti farmaċewtiċi. Huwa ġie stabbilit wara operazzjoni ta’ taqgħid bejn Glaxo Wellcome plc u Smithkline Beecham plc, operazzjoni li għaliha l-Kummissjoni ddikjarat, permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Mejju 2000 (Kawża N IV/M.1846 – Glaxo Wellcome vs Smithkline Beecham), li ma kellhiex oġġezzjonijiet.

9        Glaxo Wellcome, SA (iktar ’il quddiem "GW"), kumpannija rreġistrata taħt id-dritt Spanjol stabbilita f’Madrid (Spanja), hija waħda mis-sussidjarji Spanjoli tal-grupp GlaxoSmithKline. Hija għanda bħala attivitajiet prinċipali, direttament u permezz ta’ intermedjarji tas-sussidjarji tagħha, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti mediċinali fi Spanja.

10      Permezz ta’ ittra tas-6 ta’ Marzu 1998, GW issottomettiet dokument intitolat "Kundizzjonijiet Ġenerali ta’ bejgħ ta’ speċjalitajiet farmaċewtiċi ta' [GW] u għas-sussidjarji tagħha għall-ħwienet grossisti awtorizzati " (iktar ’il quddiem il-"kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ") lill-Kummissjoni, sabiex tikseb ċertifikazzjoni negattiva jew eżenzjoni skond ir-Regolament Nru 17 tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1962, L-ewwel Regolament li jimplementa l-Artikoli [81] u [82] tat-Trattat (ĠU 1962, 13, p. 204). Permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Lulju 1998, GSK indirizzat notifika addizzjonali lill-Kummissjoni.

11      Il-Kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ huma applikabbli għal 82 prodott mediċinali ddestinati li jinbiegħu lill-grossisti Spanjoli, li magħhom GW għandha relazzjonijiet kummerċjali barra min-netwerk ta’ distribuzzjoni. Dawn l-aħħar imsemmija setgħu jiddestinawhom għal bejgħ mill-ġdid lill-isptarijiet Spanjoli jew għal ispiżeriji Spanjoli, li jikkunsinnawhom lill-pażjenti fuq preżentazzjoni ta’ riċetta tat-tabib. Huma setgħu jiddestinawhom ukoll għall-bejgħ mill-ġdid fi stati membri oħra, permezz tal-kummerċ parallel, li jwettqu minħabba l-eżistenza tad-differenzi fil-prezzijiet. Fost it-82 prodott mediċinali li għalihom huma applikabbli l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ hemm tmien prodotti mediċinali ppreżentati minn GSK li huma partikolarment suxxettibbli li jkunu s-suġġett ta' kummerċ parallel, prinċipalment bejn Spanja u r-Renju Unit. Dawn il-prodotti mediċinali huma s-segwenti :

–        prodott kontra l-allerġija, bl-isem Beconase;

–        ħames prodotti kontra l-ażżma, bl-ismijiet Becloforte, Becotide, Flixotide, Serevent u Ventolín;

–        prodott kontra l-epilessija, bl-isem Lamictal;

–        prodott kontra l-emikranja, bl-isem Imigran.

12      Għal dawn it-82 prodott mediċinali kollha, l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jipprovdi żewġ prezzijiet differenti (iktar ’il quddiem il-"prezz 4 A" u l-"prezz 4 B"). Dan l-artikolu jgħid hekk:

" A) Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-ewwel sentenza paragrafu 1 u l-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 100 tal-[liġi 25/1990 ], il-prezz tal-prodotti farmaċewtiċi tal-[GW] u tas-sussidjarji tagħha, fl-ebda każ, ma għandhom jaqbżu l-prezz industrijali massimu stabbilit mill-awtoritajiet Spanjoli kompetenti fil-qasam tas-saħħa meta ż-żewġ kundizzjonijiet li jistabbilixxu l-applikazzjoni ta’ l-imsemmija dispożizzjonijiet legali huma sodisfatti, jiġifieri:

–        il-prodotti farmaċewtiċi msemmija iktar ’il fuq huma ffinanzjati mill-fondi tas-sigurtà soċjali Spanjoli jew mill-fondi pubbliċi Spanjoli,

–        il-prodotti farmaċewtiċi mixtrija huma mbagħad ikkummerċjalizzati fil-livell nazzjonali, jiġifieri mill-intermedjarju tal-farmaċiji jew ta’ l-isptarijiet Spanjoli.

B) Jekk waħda mill-kundizzjonijiet ma tiġix sodisfatta (jiġifieri fi kwalunkwe każ fejn il-leġiżlazzjoni Spanjola tawtorizza lil-laboratorji sabiex jiffissaw liberament il-prezz tal-prodotti farmaċewtiċi tagħhom), [GW] u s-sussidjarji tagħha għandhom jistabbilixxu l-prezz tal-prodotti farmaċewtiċi tagħhom skond il-kriterji ekonomiċi reali, oġġettivi u mhuwiex diskriminatorji, u dan indipendentement mid-destinazzjoni tal-prodott stabbilit mix-xerrej. B’mod partikolari, [GW] u s-sussidjarji tagħha għandom japplikaw għall-prodotti farmaċewtiċi tagħhom il-prezz li, fuq il-bażi ta’ l-istudji ekonomiċi interni tagħha, kienu inizjalment ipproponew lill-awtoritajiet Spanjoli kompetenti fil-qasam tas-saħħa u implementat b’mod oġġettiv abbazi taż-żieda ta’ l-għoli tal-ħajja, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-ewwel sentenza tal-paragrafu 1(2) ta’ l-Artikolu 100 tal-[liġi 25/1990 ] u liġijiet oħra Spanjoli preċedenti dwar l-iffissar tal-prezz tal-prodotti mediċinali."

13      Permezz ta’ ittri tas-6 ta’ Marzu 1998, GW bgħatet il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ lil 89 grossist stabbilit fi Spanja. Dawn l-ittri, b’mod partikolari, għandhom in-nota segwenti:

"Importanti : Inti mitlub turi l-kunsens tiegħek billi tibgħat kopja ffirmata tal-fethim hawn anness qabel it-13 ta’ Marzu 1998."

14      75 grossista, li jammontaw għal aktar minn 90 % tal-bejgħ totali ta' GW fi Spanja fl-1998, aġixxew b’dan il-mod.

15      Il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ daħlu fis-seħħ fid-9 ta’ Marzu 1998.

16      Sussegwentement, il-legalità tagħhom ġiet ikkontestata quddiem l-awtorità Spanjola tal-kompetizzjoni u quddiem il-qrati Spanjoli minn żewġ assoċjazzjonijiet professjonali Spanjoli, l-Asociación de exportadores españoles de productos farmacéuticos (Aseprofar) u l-Asociación de empresarios de cooperativas farmacéuticas, kif ukoll minn grossista Spanjol, Spain Pharma, SA.

17      Barra minn hekk, l-imenti li kienu jgħidu li dawn il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jiksru l-Artikolu 81(1) KE ġew ippreżentati lill-Kummissjoni minn Aseprofar, sostnuta minn assoċjazzjoni oħra professjonali Spanjola, il-Federación nacional de asociaciones de mayoristas distribuidores de espacialidades farmacéuticas y productos parafarmacéuticos (Fedifar), minn Spain Pharma u minn żewġ assoċjazzjonijiet professjonali Ewropej oħra, il-Bundesverband der Arzneimittel-Importeure eV (iktar ’il quddiem "BAI") u l-European Association of Euro Pharmaceutical Companies (EAEPC).

18      Fit-8 ta’ Mejju 2001, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2001/791/KE dwar proċedura ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 tat-Trattat KE [Kawżi IV.36/957/F3, Glaxo Wellcome (notifika), IV.36/997/F3, Aseprofar u Fedifar (ilment), IV.37/121/F3, Spain Pharma (ilment), IV.37/138/F3, BAI (ilment) u IV.37/380/F3, EAEPC (ilment)] (ĠU L 302, p. 1, iktar ’il quddiem id-"Deċiżjoni").

19      L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni jgħid li GW "kisret l-Artikolu 81(1) [KE] meta kkonkludiet mal-grossisti Spanjoli ftehim li jagħmel distinzjoni bejn il-prezzijiet fatturati lill-grossisti li huma applikabbli għall-bejgħ mill-ġdid tal-prodotti mediċinali rimborsabbli lill-ispiżeriji jew sptarijiet fit-territorju nazzjonali u tal-prezzijiet għola fatturati fil-każ ta’ prodotti mediċinali lejn Stat Membru ieħor, ikun li jkun".

20      L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni jiddisponi li t-talba għal eżenzjoni minn dan il-ftehim huwa rrifjutat.

21      L-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni jimponu fuq GW li minnufuh iġġib fi tmiem il-ksur previst fl-Artikolu 1, jekk dan mhuwiex diġà l-każ, u li tinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda għal dan il-għan.

 Proċedura

22      Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza fit-23 ta’ Lulju 2001, GSK ressqet ir-rikors preżenti.

23      Permezz ta’ atti ppreżentati fir-reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza fit-8, fit-12 u fis-16 ta’ Novembru 2001, EAEPC, BAI, Spain Pharma u Aseprofar talbu li jintervjenu fil-kawża sabiex isostnu t-talbiet tal-Kummissjoni, abbażi tat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 40 ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u ta’ l-Artikolu 115(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza.

24      Permezz ta’ atti ppreżentati fir-reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza fit-28 ta’ Novembru 2001, fl-14 ta’ Diċembru 2001 u tal-21 ta’ Marzu 2002, GSK talbet li ċerti noti u informazzjoni sigrieta jew kunfidenzjali jiġu esklużi mill-komunikazzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet lill-persuni li jkunu ammessi sabiex jintervjenu fil-kawża, abbażi ta’ l-Artikolu 116(2) tar-Regoli tal-proċedura.

25      Permezz ta’ digriet tas-27 ta’ Novembru 2002, il-President ta’ l-Ewwel Awla laqa' t-talbiet ta’ intervent u rriżerva d-deċiżjoni fuq il-fondatezza tat-talbiet għal trattament kunfidenzjali.

26      Permezz ta’ digriet tal-5 ta’ Awwissu 2003, il-President ta’ l-Ewwel Awla laqa' parti mit-talbiet għal trattament kunfidenzjali u ċaħad il-kumplament.

27      Peress li l-Imħallef Relatur ġie assenjat lir-Raba’ Awla, minħabba l-modifika tal-kompożizzjoni ta’ l-Awli tal-Qorti tal-Prim’Istanza, li seħħet fl-1 ta’ Ottubru 2003, il-kawża ġiet riassenjata lilha.

28      Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Marzu 2004, GSK talbet li ċerta informazzjoni sigrieta jew kunfidenzjali tiġi eskluża mill-komunikazzjoni ta’ l-osservazzjonijiet tagħha fuq is-sottomissjonijiet ta’ intervent lill-intervenjenti. Din it-talba ntlaqgħat.

29      Permezz ta’ ittra tas-16 ta’ April 2004, il-Qorti tal-Prim’Istanza talbet lill-GSK u lill-Kummissjoni sabiex tissottometti dokumenti u sabiex tirrispondi għal mistoqsija bil-miktub, skond l-Artikoli 49 u 64 tar-Regoli tal-Proċedura. Dawn il-miżuri ta' organizzazzjoni ġew irrispettati fit-termini mogħtija f’dan ir-rigward.

30      Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-7 ta’ Mejju 2004, Spain Pharma talbet li tiġi awtorizzata tuża l-lingwa Spanjola fil-proċedura orali, skond l-Artikolu 35(2) tar-Regoli tal-Proċedura. Wara li nstemgħu l-partijiet, din it-talba ntlaqgħat.

31      Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza fis-27 ta’ Mejju u fit-22 ta’ Ġunju 2004, GSK talbet li ċerta informazzjoni sigrieta jew kunfidenzjali tiġi eskluża mill-komunikazzjoni lill-intervenjenti tar-risposti tagħha u tar-risposti tal-Kummissjoni għat-talbiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ April 2004. Din it-talba ntlaqgħat.

32      Fis-7 ta’ Marzu 2006, il-Qorti tal-Prim’Istanza ddeċidiet, skond l-Artikolu 14 tar-Regoli tal-Proċedura u fuq proposta tar-Raba’ Awla, wara li nstemgħu l-partijiet, li tirrinvija l-kawża quddiem ir-Raba’ Awla Estiża.

33      Fl-15 ta’ Marzu 2006, il-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba Awla) fetħet l-proċedura orali, fuq il-bażi ta’ rapport ta’ l-Imħallef Relatur.

34      Permezz ta’ ittri tas-7 u ta’ l-20 ta’ Marzu 2006, il-Qorti tal-Prim’Istanza talbet lil GSK, lill-Kummissjoni u lill-intervenjenti l-oħra jirrispondu għal xi domandi bil-miktub u sabiex jissottomettu dokument, abbazi ta’ l-Artikoli 49 u 64 tar-Regoli tal-Proċedura. Dawn il-miżuri ta' organizzazzjoni ġew irrispettati fit-termini mogħtija, bl-eċċezzjoni ta’ domanda li għaliha GSK irrispondiet permezz ta’ att ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Ġunju 2006. Fin-nuqqas ta’ oġġezzjonijiet tal-partijiet, mitluba waqt is-seduta jippronunzjaw ruħhom fuq dan il-punt, dan l-att iddaħħal fl-inkartament.

35      Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-28 ta’ April 2006, GSK talbet li ċerta informazzjoni sigrieta jew kunfidenzjali tiġi eskluża mill-Komunikazzjoni ta’ dawn ir-risposti għat-talbiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-7 u l-20 ta’ Marzu 2006 għall-intervenjenti. Din it-talba ntlaqgħat.

36      Permezz ta’ att ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza fis-16 ta’ Mejju 2006, Aseprofar talbet li tiġi awtorizzata tuża l-lingwa Spanjola fil-proċedura orali, skond l-Artikolu 35(2) tar-Regoli tal-Proċedura. Wara li nstemgħu l-partijiet, din it-talba ntlaqgħat.

37      Instemgħu t-talbiet u r-risposti tal-partijiet għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti tal-Prim’Istanza fis-seduta tas-7 ta’ Ġunju 2006.

 It-talbiet tal-partijiet

38      GSK titlob lill-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha:

–        tannulla d-Deċiżjoni;

–        tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

39      Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha:

–        tiċħad ir-rikors;

–        tikkundanna lill-GSK tbati l-ispejjeż.

40      Aseprofar titlob lill-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha:

–        Tiċħad ir-rikors;

–        tikkundanna lill-GSK tbati l-ispejjeż, inkluzi dawk sostnuti minnha.

41      BAI titlob lill-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha:

–        tiċħad ir-rikors;

–        tikkundanna lill-GSK tbati l-ispejjeż, inkluzi dawk sostnuti minnha.

42      EAEPC titlob lill-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha:

–        Tiċħad ir-rikors;

–        tikkundanna lill-GSK tbati l-ispejjeż, inkluzi dawk sostnuti minnha.

43      Spain Pharma titlob lill-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha:

–        Tiċħad ir-rikors;

–        tikkundanna lill-GSK tbati l-ispejjeż, inkluzi dawk sostnuti minnha.

 Id-dritt

44      In sostenn tat-talbiet tagħha, GSK essenzjalment invokat sitt motivi li jistgħu jiġu kklassifikati skond jekk għandhomx l-effett li jiksbu l-annullament totali jew, jekk le, l-annulament parzjali tad-Deċiżjoni.

45      In sostenn tat-talbiet prinċipali tagħha għall-annullament ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni, li tikkonstata l-eżistenza ta’ ksur għall-Artikolu 81(1) KE, GSK invokat tliet motivi meħuda rispettivament :

–        b’insuffiċjenza ta’ motivazzjoni;

–        bi ksur ta’ l-Artikolu 81(1) KE;

–        b’abbuż ta’ poter, ta’ l-inosservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u ta’ l-ksur ta’ l-Artikolu 43 KE.

46      In sostenn tat-talbiet sussidjarji tagħha bil-għan li janullaw l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni, li jiċħad it-talba tagħha għal eżenzjoni skond l-Artikolu 81(3) KE, GSK invokat tliet motivi meħuda rispettivament:

–        b'insuffiċjenza ta’ motivazzjoni;

–        bil-ksur ta’ l-Artikolu 81(3) KE;

–        bl-inosservanza tal-prinċipju ta' proporzjonalità.

I –  Fuq il-motivi li għandhom bħala għan l-annullament ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni

A –  Fuq il-motiv ibbażat fuq l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni

1.     L-Argumenti tal-partijiet

47      GSK essenzjalment issostni li n-nuqqas ta’ riferiment għas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-26 ta’ Ottubru 2000, Bayer vs Il-Kumissjoni (T‑41/96, Ġabra p. II‑3383), tivvizzja d-Deċiżjoni b’insuffiċjenza ta’ motivazzjoni.

48      Il-Kummissjoni, sostnuta mill-intervenjenti, tikkontesta l-bażi korretta ta’ dan il-motiv.

2.     Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

49      L-Artikolu 253 KE jipprovdi, b’mod parikolari, li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jkunu motivati.

50      Sabiex ikunu suffiċjentement motivati skond il-liġi, deċiżjoni tal-Kummissjoni trid turi b’mod ċar ir-raġunament ta’ l-awtur tiegħu, b’mod li jippermetti lill-interessati li jifhmu l-bażi u sabiex l-imħallef jistabbilixxi l-fondatezza tajba tagħha. Minn naħa l-oħra, hija ma tridx tispeċifika l-elementi kollha tad-dritt u tal-fatt rilevanti, peress li l-kwistjoni dwar jekk hija tissodisfax l-Artikolu 253 KE tinftehimx fid-dawl tal-kliem tagħha kif ukoll tal-kuntest ġuridiku u fattwali tagħha (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-20 ta’ Marzu 1957, Geitling vs L-Awtorità Ġħolja, 2/56, Ġabra p. 9, 37, u tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Ġunju 2005, Regione Autonoma della Sardegna vs Il-Kummissjoni, T‑171/02, li għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġabra, punt 73).

51      Il-ħtieġa li timmotiva d-deċiżjonijiet tagħha għalhekk ma timponi fuq il-Kummissjoni ebda obbligu ġenerali sabiex tagħmel riferiment għal deċiżjoni tal-qrati speċifiċi fid-deċiżjonijiet li hija tadotta.

52      Issa, f’dan il-każ partikolari, GSK naqqset milli tgħid li d-Deċiżjoni hija vvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni peress li ma tagħmilx riferiment għal deċiżjoni tal-qorti.

53      Għalhekk, il-motiv ta’ insuffiċjenza ta’ motivazzjoni għaliex id-Deċiżjoni ma tagħmilx riferiment għas-sentenza Bayer vs Il-Kummissjoni, punt 47 iktar 'il fuq, trid tiġi miċħuda.

54      Sa fejn GSK għandha l-intenzjoni, b’dan il-mod, fir-realtà tikkontesta l-kontenut tad-Deċiżjoni, irid jintwera li l-eżami ta’ l-eżistenza u tal-livell tal-motivazzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni juri kontroll tal-forom sostanzjali u, għalhekk, tal-legalità formali ta’ dik id-deċiżjoni. Trid issir distinzjoni mill-eżami tal-fondatezza tal-motivi ta’ dik id-deċiżjoni, li turi minn naħa tagħha l-istħarriġ tal-legalità tagħha fuq il-mertu (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ April 1998, Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, C‑367/95 P, Ġabra p. I‑1719, punt 67, u tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ Jannar 2005, Confédération nationale du Crédit mutuel vs Il-Kummissjoni, T‑93/02, Ġabra p. II‑93/02, punt 67). B’dan il-mod, il-motiv jirreferi għal dak ibbażat fuq il-ksur ta’ l-Artikolu 81(1) KE, eżaminat iktar ’il quddiem.

B –  Fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur ta’ l-Artikolu 81(1) KE

1.     Kunsiderazzjonijiet preliminari

55      L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(1) KE tiddependi fuq li jseħħu flimkien numru ta’ kundizzjonijiet distinti (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Ġunju 1966, Société technique minière, 56/65, Ġabra p. 337, 356 sa 360, u s-sentenza Bayer vs Il-Kummissjoni, punt 47 iktar 'il fuq, punt 174), fejn l-eżistenza trid tiġi murija mill-persuna li tagħmel użu minn dik id-dispożizzjoni (Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Jannar 2004, Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P et C‑219/00 P, Ġabra p. I‑123, punt 78). B’hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit, fl-ewwel lok, li jeżisti bejn l-impriżi ftehim, prattika kkonċertata jew deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi; fit-tieni lok, bħal dik fejn din għandha bħala għan jew effett restrizzjoni kunsiderevoli tal-kompetizzjoni; u, fit-tielet lok, li l-kummerċ bejn l-Istati Membri jista' jiġi affettwat, din l-aħħar imsemmija ħtieġa bil-għan biss li jiġi stabbilit il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt komunitarju (sentenza Société technique minière, iċċitata iktar ’il fuq, p. 359; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Marzu 1993, Ahlström Osakeyhtiö et vs Il-Kummissjoni, C‑89/85, C‑104/85, C‑114/85, C‑116/85, C‑117/85 u C‑125/85 sa C‑129/85, Ġabra p. I‑1307, punt 176; sentenza Bayer vs Il-Kummissjoni, punt 47 iktar 'il fuq, punt 174).

56      F’dan il-każ partikolari, peress li GSK issostni li l-Kummissjoni applikat l-Artikolu 81(1) KE għal komportament li ma jammontax għal ftehim skond din id-dispożizzjoni, jiġifieri ftehim restrittiv, jeħtieġ li jiġi mfakkar li l-kwistjoni dwar l-eżistenza ta’ ftehim bejn l-impriżi u dik ta’ karattru restrittiv ta’ dak il-ftehim huma distinti u għalhekk għandhom jiġu eżaminati separatament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Société technique minière, punt 55 iktar 'il fuq, p. 358 u 359).

57      F’dan ir-rigward, l-imħallef li jkun qed jitratta talba għall-annullament ta’ deċiżjoni ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(1) KE jwettaq stħarriġ sħiħ ta’ l-eżami magħmul mill-Kummissjoni (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 1985, Remia et vs Il-Kummissjoni, 42/84, Ġabra p. 2545, punt 34, u s-sentenza Bayer vs Il-Kummissjoni, punt 47 iktar 'il fuq, punt 62), sakemm dan l-eżami ma jimplikax evalwazzjoni ekonomika kumplessa, f’liema każ l-istħarriġ huwa llimitat għall-verifika tan-nuqqas ta’ abbuż ta’ poter, ta’ l-osservenza tar-regoli tal-proċedura u ta' motivazzjoni, tal-preċiżjoni materjali tal-fatti u tan-nuqqas ta’ żball ċar ta’ evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti (sentenza Remia et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34, u s-sentenza Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, punt 55 iktar 'il fuq, punt 279).

58      Barra minn hekk, dan l-istħarriġ isir eskluzivament fir-rigward ta’ l-elementi ta’ fatt u ta’ dritt eżistenti fid-data ta’ l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 1979, Franza vs Il-Kummissjoni, 15/76 u 16/76, Ġabra p. 321, punt 7, u tal-Qorti tal-Prim Istanza tat-28 ta’ Frar 2002, Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni, T‑395/94, Ġabra p. II‑875, punt 252), bla ħsara għall-possibbiltà offerta lill-partijiet, fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom tad-difiża, li jikkompletawhom permezz ta’ elementi ta’ prova sussegwenti għal din id-data, iżda kostitwiti speċifikament sabiex jattakkaw din id-deċiżjoni jew sabiex isostnuha (sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-21 ta’ Settembru 2005, EDP vs Il-Kummissjoni, T‑87/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 158; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ottubru 1986, Metro vs Il-Kummissjoni, 75/84, Ġabra p. 3021, iktar ’il quddiem is-"sentenza Metro II ", punti 75 u 78, u s-sentenza Atlantic Container Lines et vs Il-Kummisskoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 254).

59      F’dan il-każ, jirriżulta li l-elementi ta’ fatt ma kinux jeżistu fid-data ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni, b’mod partikolari l-informazzjoni statistika għall-perijodu 2001/2005, u l-elementi ta’ prova ma kinux jeżistu f’din l-istess data u ma kinux ġew kostitwiti speċifikament għall-finijiet li jikkontestaw id-Deċiżjoni jew sabiex isostnuha safejn din tikkonkludi l-eżistenza ta’ ksur, b’mod partikolari l-istudji li juru b’mod ġenerali l-effetti tal-kummerċ parallel tal-prodotti mediċinali fil-Komunità, minbarra dawk prodotti matul il-proċedura amministrattiva, għandhom jiġu skartati mill-bidu tad-diskussjonijiet.

2.     Fuq l-eżistenza ta’ ftehim bejn impriżi

a)     Il-kontenut tad-Deċiżjoni

60      Il-Kummissjoni sosstniet, fil-premessa 109 tad-Deċiżjoni, li l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ kienu jikkostitwixxu ftehim konkluż bejn GW u l-grossisti kollha Spanjoli li kienu jaqgħu taħtha.

b)     L-argumenti tal-partijiet

61      GSK ssostni li l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ ma jikkostitwixxux ftehim.

62      Fil-fatt, GW u l-grossisti Spanjoli firmatarji tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ ma kinux urew volontà indipendenti, safejn il-prezz bl-ingrossa tal-prodotti mediċinali kopert mis-sistema Spanjola ta’ assigurazzjoni għall-mard huwa impost fuqhom mil-leġiżlazzjoni Spanjola f’dan ir-rigward.

63      Minbarra dan, huma ma kinux urew volontà konkordanti li jirristrinġu l-kompetizzjoni, iżda sempliċement volontà konkordanti li jbiegħu u li jixtru prodotti mediċinali skond il-kundizzjonijiet stipulati fil-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ.

64      Il-Kummissjoni, sostnuta mill-intervenjenti, tikkontesta l-fondatezza ta’ dawn l-argumenti.

c)     Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

65      L-argumenti ta’ GSK iwasslu sabiex fl-ewwel lok jiġi eżaminat jekk GW u l-grossisti Spanjoli urewx volontà independenti fir-rigward tal-leġiżlazzjoni Spanjola dwar il-prezz bl-ingrossa tal-prodotti mediċinali koperti mis-sistema Spanjola ta’ assigurazzjoni għall-mard, u għalhekk jekk il-Kummissjoni kinitx verament qed tiffaċċa komportament ta’ impriżi u mhuwiex komportament ta’ Stat. Jekk dan ikun il-każ, dawn iwasslu sabiex fit-tieni lok jiġi eżaminat jekk GW u dawn il-grossiti urewx volontà konkordanti, u għalhekk jekk il-Kummissjoni kinitx verament qed tiffaċċa komportament bilaterali u mhuwiex komportamenti unilaterali.

 Fuq l-indipendenza tal-volontajiet

66      L-Artikolu 81(1) KE japplika biss għall-komportamenti antikompetittivi li l-impriżi jadottaw fuq inizzjattiva tagħhom stess (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Settembru 1988, Van Eycke, 267/86, Ġabra p. 4769, punt 16; tal-11 ta’ Novembru 1997, Il-Kummissjoni u Franza vs Il-Ladbroke Racing, C‑359/95 P u C‑379/95 P, Ġabra p. I‑6265, punt 33, u tad-9 Settembru 2003, CIF, C‑198/01, Ġabra p. I‑8055, punt 45).

67      Meta huwa neċessarju, sabiex tiġi deċiża l-applikabbiltà ta’ din id-dispożizzjoni, li jiġi evalwat mill-bidu l-effett eventwali ta’ leġiżlazzjoni statali, jeħtieġ li jiġi stabbilit jekk din tħallix il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni suġġetta li tkun imxekkla, ristretta jew distorta minn komportament awtonomu ta’ impriżi (sentenza Il-Kummissjoni u Franza vs Ladbroke Racing, punt 66 iktar 'il fuq, punti 32 u 35, u s-sentenza CIF, punt 66 iktar 'il fuq, punt 66).

68      Meta jirriżulta, skond din l-evalwazzjoni, li l-leġiżlazzjoni in kwistjoni timponi komportament antikompetittiv fuq impriżi jew telimina l-possibbiltajiet kollha ta’ komportament antikompetittiv minn naħa tagħhom, l-Artikolu 81 (1) KE huwa inapplikabbli (sentenza Il-Kummissjoni u Franza vs Ladbroke Racing, punt 66 iktar 'il fuq, punt 33, u s-sentenza CIF, punt 66 iktar 'il fuq, punt 67).

69      Meta minn naħa l-oħra jirriżulta li din il-leġiżlazzjoni tħalli l-possibbiltà ta' kompetizzjoni li tista' tkun ipprevenuta, ristretta jew distorta minn komportament awtonomu ta’ impriżi, l-Artikolu 81(1) KE jibqa' applikabbli (sentenza Il-Kummissjoni u Franza vs Ladbroke Racing, punt 66 iktar 'il fuq, punt 34, u s-sentenza CIF, punt 66 iktar 'il fuq, punt 56).

70      Il-possibbiltà li komportament speċifiku jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għar-raġuni li dan huwa dovut għal leġislazzjoni statali ġiet applikata b’mod restrittiv mill-qorti Komunitarja (sentenza CIF, punt 66 iktar 'il fuq, punt 67, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Marzu 2000, Consiglio Nazionale degli Spedizionieri Doganali vs Il-Kummissjoni, T‑513/93, Ġabra p. II‑1807, punt 60).

71      Għalhekk jeħtieġ li jiġi stabbilit jekk il-leġiżlazzjoni Spanjola timponix fuq GW li tipprattika, fil-kuntratti li hija tikkonkludi mal-grossisti Spanjoli, prezzijiet differenzjati skond jekk il-prodotti mediċinali li tbiegħ lilhom ikunux koperti mis-sistema Spanjola ta’ assigurazzjoni għall-mard jew le, kif issosstni GSK.

72      Issa, huwa ċar li l-leġiżlazzjoni Spanjola, li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda tat-Titolu VIII tal-Liġi Nru 25/1990, minn naħa, u tad-Digriet 271/1990, min-naħa l-oħra, bl-ebda mod ma tiddetermina l-prezz bl-ingrossa tal-prodotti mediċinali mhux intiżi sabiex ikunu koperti mis-sistema Spanjola ta’ assigurazzjoni għall-mard. Barra minn hekk GSK ammettiet, kemm fl-osservazzjonijiet tagħha bil-miktub kif ukoll fis-seduta, li din il-konstatazzjoni, li tirriżulta impliċitament iżda neċessarjament mis-silenzju osservat mit-test tal-Liġi Nru 25/1990 fir-rigward ta’ dawn il-prodotti, fil-verżjoni tagħha applikabbli fid-dħul fis-seħħ tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ, ġiet espliċitament ikkonfermata mill-emendi li saru sussegwentement, kif juru l-premessi 37 u 139 tad-Deċiżjoni.

73      B’hekk, anki jekk wieħed jissuponi bħala eżatt l-argument ta’ GSK li l-prezz bl-ingrossa tal-prodotti mediċinali intiżi sabiex ikunu koperti mill-imsemmija sistema huwa stabbilit b’mod totalment indipendenti mill-amministrazzjoni Spanjola u huwa impost fuq GW u l-grossisti Spanjoli, kuntrarjament għal dak li jsostnu l-intervenjenti, xorta jibqa' l-fatt li l-komportament li jikkonsisti fl-istabbiliment, permezz ta’ mezz kuntrattwali, ta' sistema ta’ prezzijiet differenzjati li tipprojbixxi lill-grossisti Spanjoli li jwettqu negozju ma’ GW li jixtru b’dan il-prezz (prezz 4 A) prodotti mediċinali li huma jerġu jbiegħu fi Stati Membri oħra, u tobblighom jixtru dawn il-prodotti bi prezz ogħla (prezz 4 B), bl-ebda mod mhuwa impost mil-leġiżlazzjoni Spanjola. Barra minn hekk, mistoqsija fuq dan il-punt, GSK kellha taqbel ma' dan waqt is-seduta.

74      Konsegwentement, ma jistax jiġi meqjus li l-leġiżlazzjoni nazzjonali in kwistjoni imponiet fuq GW li tippratika, fil-kuntratti li hija tikkonkludi mal-grossisti Spanjoli, prezzijiet differenzjati skond jekk il-prodotti mediċinali li hija tbiegħ lilhom ikunux koperti mis-sistema Spanjola ta’ assigurazzjoni għall-mard jew le.

 Fuq il-ftehim tal-volontajiet

75      L-Artikolu 81(1) KE japplika biss għall-komportamenti ta’ impriżi ta’ natura bilaterali jew multilaterali (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Lulju 1999, Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, C‑49/92 P, Ġabra p. I‑4125, punti 79 u 112), peress illi dawn jistgħu jikkostitwixxu ftehim, prattiċi kkonċertati jew deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjoni.

76      Sabiex ikun hemm ftehim, huwa suffiċjenti li mill-inqas żewġ impriżi jkunu esprimew il-volontà komuni tagħhom li jikkomportaw ruħhom fis-suq b’mod speċifiku (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Lulju 1970, ACF Chemiefarma vs Il-Kummissjoni, 41/69, Ġabra p. 661, punt 112, u tal-11 ta’ Jannar 1990, Sandoz Prodotti Farmaceutici vs Il-Kummissjoni, C‑277/87, Ġabra p. I‑45, pubblikazzjoni somarja, punt 13; sentenza Bayer vs Il-Kummissjoni, punt 47 iktar 'il fuq, punti 67 u 173).

77      Jekk huwa konsegwentement essenzjali li d-deċiżjonijet li fihom il-Kummissjoni tapplika l-Artikolu 81(1) KE juru l-eżistenza ta’ volontà komuni ta' komportament fis-suq b’mod speċifiku, min-naħa l-oħra mhuwiex meħtieġ, kuntrarjament għal dak li ssostni GSK, li dawn jistabbilixxu l-eżistenza ta’ volontà komuni li jintlaħaq għan anti-kompetittiv.

78      F’dan il-każ partikolari, id-Deċiżjoni tikkonkludi l-eżistenza ta’ volontà komuni espressa minn GW u l-grossisti Spanjoli li qablu mal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ li jikkomportaw ruħhom fis-suq fil-mod stipulat fl-Artikolu 4 tagħhom, jiġifieri li jbiegħu u li jixtru wieħed jew ieħor mit-82 prodott mediċinali li għalih huma japplikaw il-prezz 4 A jew il-prezz 4 B skond jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-punt A tagħhom humiex sodisfatti jew huma nieqsa.

79      Evidentement, dik il-konklużjoni hija kkonfermata mill-proċess, li minnu jirriżulta, l-ewwel nett li, GW adottat kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ li jipprovdu sistema ta’ prezzijiet differenti. Minbarra dan, GW bagħtet dawn il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ lil 89 grossista li magħhom hija kellha relazzjonijiet kummerċjali fi Spanja. F’din l-okkażjoni, hija talbithom, filwaqt li saħqet l-importanza li hija kienet qed tagħti lil din it-talba, jibagħtulha kopja ffirmata, "bħala prova ta’ l-aċċettazzjoni [tagħhom]", f’terminu preskritt. Dawn l-elementi ta’ fatt juru l-volontà espressa minn GW li tikseb il-ftehim tal-grossisti Spanjoli fuq dawn il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ u, għalhekk, li tagħmilhom offerta dwar dan. Fl-aħħar nett, 75 mid-89 grossista destinatarji ta’ din l-offerta wettqu l-operazzjonijiet mitluba minn GW, billi ffirmaw il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ u bagħtuhomlha lura fit-terminu preksritt għal dan il-għan. Dawn l-elementi ta’ fatt juru l-volontà espressa minn dawn il-grossisti li jaċċettaw l-offerta ta’ GW u, b’hekk, li jikkonkludu ftehim magħha, kif GSK irrikonoxxiet fis-seduta.

80      L-ebda wieħed mill-argumenti mressqa minn GSK ma jidher li huwa tali li jpoġġi fid-dubju dik il-konklużjoni.

81      B’mod partikolari, GSK ma tistax tibbaża ebda argument fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma ressqitx il-prova ta’ l-eżistenza ta’ projbizzjoni formali ta’ esportazzjoni imposta minn GW fuq il-grossisti Spanjoli, minn naħa, u ta' komportament li juri l-aċċetazzjoni taċita ta’ din il-projbizzjoni mill-imsemmija grossisti, min-naħa l-oħra.

82      Fil-fatt, hija l-Kummissjoni li għandha tressaq il-prova tal-ksur li hija tikkunsidra billi tipprovdi, fid-deċiżjonijiet ta’ applikazzjoni tar-regoli ta' kompetizzjoni tagħha, elementi preċiżi u korroboranti li juru, b’mod konvinċenti, l-eżistenza tal-fatti kostituttivi ta' dawn il-ksur (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Marzu 1984, CRAM u Rheinzink vs Il-Kummissjoni, 29/83 u 30/83, Ġabra p. 1679, punt 20, u tas-6 ta’ Jannar 2004, BAI u Il-Kummissjoni vs Bayer, C‑2/01 P u C‑3/01 P, Ġabra p. I‑23, punt 62).

83      Dawn l-elementi jistgħu jikkostitwixxu provi diretti, li per eżempju jieħdu l-forma bil-miktub (sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Marzu 2000, Cimenteries CBR et vs Il-Kummissjoni, T‑25/95, T‑26/95, T‑30/95 sa T‑32/95, T‑34/95 sa T‑39/95, T‑42/95 sa T‑46/95, T‑48/95, T‑50/95 sa T‑65/95, T‑68/95 sa T‑71/95, T‑87/95, T‑88/95, T‑103/95 u T‑104/95, Ġabra p. II‑491, punt 862, u, fuq appell, is-sentenza Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, punt 55 iktar 'il fuq, punt 237), jew, fin-nuqqas ta’ dan, ta’ provi indiretti, materjalizzati per eżempju minn komportament (sentenza Bayer vs Il-Kummissjoni, punt 47 iktar 'il fuq, punt 73, u, fuq appell, is-sentenza BAI et Il-Kummissjoni vs Bayer, punt 82 iktar 'il fuq, punt 100).

84      F’dan il-każ partikolari, ġie rrilevat preċedentement li l-Kummissjoni kienet ibbażat ruħha fuq skambju ta’ korrispondenza bil-miktub li turi, mingħajr ebda dubju possibbli, li GW kienet offriet lill-grossisti Spanjoli jikkomportaw ruħhom fis-suq bil-mod stabbilit fil-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ u li l-parti l-kbira tagħhom kienu aċċettaw din l-offerta. Għalhekk kien inutli, kif hija sostniet fis-seduta, li jinstabu elementi oħra, bħal dawk relatati mal-komportament rispettiv ta’ GW u ta’ dawn il-grossisti.

85      Bl-istess mod, GSK mhijiex fondata meta ssostni, essenzjalment, li l-grossisti li lilhom indirizzat ruħha GW kienu definittavment ma jaqblux magħha.

86      Fil-fatt, meta, bħal f’dan il-każ partikolari, il-Kummissjoni ressqet il-prova ta’ l-eżistenza ta’ ftehim, hija l-impriża li ħadet sehem f'dan il-ftehim li għandha tressaq il-prova li hija ddistanzjat ruħha minnu, prova li għandha turi volontà ċara, u miġjuba għall-konoxxenza ta' l-impriżi parteċipanti l-oħra, li toħroġ minn dan il-ftehim (ara, f’dan is-sens, is-sentenza BAI u Il-Kummissjoni vs Bayer, punt 82 iktar 'il fuq, punt 63; is-sentenza Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, punt 55 iktar 'il fuq, punti 81 sa 84, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Diċembru 2003, Adriatica di Navigazione vs Il-Kummissjoni, T‑61/99, Ġabra p. II‑5349, punti 135 sa 138).

87      F’dan il-każ partikolari, għalkemm huwa veru li xi uħud mill-grossisti Spanjoli li kienu aċċettaw il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ poġġew fid-dubju l-legalità tagħhom, kif turi l-premessa 12 tad-Deċiżjoni, mill-proċess ma jirriżultax li dawn kienu iddistanzjaw ruħhom skond il-ġurisprudenza. Bl-istess mod, huwa veru li xi uħud minnhom kienu esportaw prodotti mediċinali mixtrija minngħand GW bil-prezz 4 A. Għalhekk, jirriżulta wkoll mill-proċess li dawn finalment aċċettaw li jħallsu l-fatturi korrispondenti għad-differenza bejn dan il-prezz u l-prezz 4 B, fuq talba ta’ GSK. Fi kwalunkwe każ, dawn il-fatti jikkonċernaw biss xi grossisti u għalhekk ma jippermettux li jiġi meqjus li kollha ddistanzjaw ruħhom mill-ftehim konkluż preċedentement minnhom ma’ GW.

88      Barra minn hekk, huwa minnu li tliet assoċjazzjonijiet professjonali, Aseprofar, l-Asociación de empresarios de cooperativas farmacéuticas u Fedifar, ippreżentaw ilmenti lill-Kummissjoni u lis-Servicio de defensa de competencia (Dipartiment tal-Ħarsien tal-Kompetizzjoni), kif turi l-premessa 3 tad-Deċiżjoni, u li dawn l-assoċjazzjonijiet għandhom fost il-membri tagħhom,,diretti għall-ewwel tnejn u indiretti għat-tielet, xi uħud mill-grossisti firmatarji tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ. Madankollu, il-fatt biss li assoċjazzjonijiet professjonali jiġbru flimkien, fost membri oħra, xi uħud mill-firmatarji tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ li ppreżentaw tali lmenti ma jistax ikun biżżejjed sabiex juri li l-grossisti kollha ma ridux realment, jew ma ridux iktar mid-data tal-preżentata ta’ dawn l-ilmenti, jaqblu ma’ GW.

89      Għalhekk, ma jistax jitqies li GW u l-grossisti li kienu aċċettaw il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ ma urewx volontà konkordanti.

90      Jirriżulta minn dak li ntqal li ma jidhirx, fir-rigward ta’ l-argumenti ta’ GSK, li l-Kummissjoni kienet ikkonkludiet b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ ftehim.

3.     Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni

a)     Il-kontenut tad-Deċiżjoni

91      Il-Kummissjoni qiset, fil-premessi 116 sa 143 u 189 tad-Deċiżjoni, li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ kellu fl-istess ħin bħala għan u bħala effett li jirrestrinġi l-kompetizzjoni.

92      Hija u teżamina għall-ewwel darba l-għan ta’ din il-kundizzjoni, il-Kummissjoni qabel kollox irrilevat, fil-premessa 116 tad-Deċiżjoni, li din kienet intiża sabiex tillimita l-kummerċ parallel tal-prodotti mediċinali kummerċjalizzati minn GW bejn Spanja u Stati Membri oħra. Hija kkostatat ukoll, fil-premessa 117 tad-Deċiżjoni, li l-paragun bejn il-prezz 4 A, applikabbli għall-prodotti mediċinali intiżi sabiex jerġgħu jinbiegħu u koperti fi Spanja, u l-prezz 4 B, applikabbli għall-prodotti mediċinali intiżi sabiex jerġu jinbiegħu jew koperti fi Stati Membri oħra, juri li l-applikazzjoni tagħha għandhha bħala effett, skond il-każ, li teskludi jew tfixkel il-kummerċ parallel.

93      Wara l-Kummissjoni kkunsidrat, fil-premessi 117 sa 119 tad-Deċiżjoni, li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ kien jipproduċi effetti ekwivalenti għal dawk ta’ projbizzjoni ta' esportazzjoni f’numru kunsiderevoli ta’ każijiet billi jimpedixxi l-kummerċ parallel f’każijiet oħra kważi kif tagħmel sistema ta’ prezz doppju. Hija kkunsidrat ukoll, fil-premessi 120 sa 123 tad-Deċiżjoni, li l-eżistenza, fi Spanja, ta’ leġiżlazzjoni statali dwar il-modalitajiet ta’ l-iffissar tal-prezz bl-ingrossa tal-prodotti mediċinali koperti mis-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard ma kinitx tali li timmodifika din l-analiżi.

94      Il-Kummissjoni fl-aħħar nett qieset, fil-premessi 124 u 125 tad-Deċiżjoni, li l-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim’Istanza kienu dejjem ikkwalifikaw il-ftehim li fihom projbizzjonijiet ta' esportazzjoni, sistemi ta’ prezz doppju jew limitazzjonijiet oħra tal-kummerċ parallel bħala ftehim li jirrestrinġu l-kompetizzjoni minħabba l-għan tagħhom, b’mod li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ kellu jiġi kkunsidrat bħala li għandu bħala għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni.

95      Hija u teżamina fit-tieni lok l-effett ta’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ, il-Kummissjoni qabel kollox ikkunsidrat, fil-premessa 126 tad-Deċiżjoni, li l-fatt li jiġi stabbilit prezz bl-ingrossa iktar għoli f’każ ta’ esportazzjoni, li miegħu jiżdiedu l-ispejjeż ta’ transazzjoni marbuta ma’ din l-operazzjoni (trasport, ippakkjar, eċċ.), għandu t-tendenza li jillimita l-kummerċ parallel li huwa possibbli fin-nuqqas ta’ dan il-prezz.

96      Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat, fil-premessi 127 sa 135 tad-Deċiżjoni, li din il-kundizzjoni ma kinitx tillimita ruħha li tinnewtralizza distorsjoni tal-kompetizzjoni attribwibbli għar-Renju ta’ Spanja u ma kinitx iġġustifikata mill-eżistenza ta’ kuntest leġiżlattiv partikolari.

97      Il-Kummissjoni barra minn hekk qiset, fil-premessi 136 sa 140 tad-Deċiżjoni, li l-prezzijiet differenzjati stipulati fl-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ kellhom bħala effett, minn naħa, li jirrestrinġu l-libertà ta’ azzjoni tal-grossisti li joperaw fl-Istat Membru ta’ oriġini tal-kummerċ parallel u, min-naħa l-oħra, li jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn dawn il-grossisti u d-distributuri li joperaw fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni ta’ dan il-kummerċ parallel.

98      Il-Kummissjoni fl-aħħar nett invokat, fil-premessi 141 sa 143 tad-Deċiżjoni, il-miżura li fiha l-varjazzjonijiet monetarji kienu kkontribwew, bejn 1996 u 1998, għall-kummerċ parallel tal-prodotti mediċinali, b’mod partikolari bejn Spanja u r-Renju Unit.

b)     L-argumenti tal-partijiet

99      GSK essenzjalment issostni li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ ma jikkostitwixxux restrizzjoni tal-kompetizzjoni.

100    Fl-ewwel lok, hija ssostni li l-kompetizzjoni fis-settur tal-prodotti mediċinali koperti mis-sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard hija mill-bidu distorta u li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ huwa intiż biss sabiex tiġi newtralizzata din is-sitwazzjoni, attribwibbli għall-eżistenza ta' leġiżlazzjonijiet statali dwar il-prezz ta’ l-imsemmija prodotti mediċinali, minn naħa, u għan-nuqqas ta' leġiżlazzjoni Komunitarja intiża sabiex tarmonizza dawn, min-naħa l-oħra.

101    Fit-tieni lok, GSK tgħid li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ m'għandux bħala għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni u li l-Kummissjoni ma urietx li dan għandu tali effett, fid-dawl ta' l-ispeċifikajiet tas-suq in kwistjoni u, aktar in ġeneral, tal-kuntest ġuridiku u ekonomiku li fih din il-kundizzjoni tidħol .

102    Il-Kummissjoni, sostnuta mill-intervenjenti, tikkontesta l-fondatezza ta’ dawn l-argumenti. Hija tikkunsidra li hija qiset korettament li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ, li kien ta’ tip li jeskludi jew li jfixxkel il-kummerċ parallel, kellu bħala għan u bħala effett li jirrestrinġi l-kompetizzjoni.

c)     Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

103    GSK ma tikkontestax l-eżatezza materjali tal-fatti li fuqhom ibbażat ruħa l-Kummissjoni sabiex tapplika l-Artikolu 81(1) KE, iżda l-evalwazzjoni li kienet saret minn din l-istituzzjoni. Il-kritiki kollha tagħha huma relatati, essenzjalment, għall-konsegwenzi li għandhom jinħarġu, matul l-analiżi ta’ l-eżistenza ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni, mill-kuntest ġuridiku u ekonomiku proprju għas-settur tal-prodotti mediċinali. Aktar partikolarment il-kritiki tagħha jikkonċernaw, fl-ewwel lok, l-istat tal-kompetizzjoni pre-eżistenti għall-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ u, fit-tieni lok, ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni attribwita għal dik il-kundizzjoni.

 Fuq l-istat tal-kompetizzjoni pre-eżistenti għall-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ

104    Kif GSK ġustament isssostni, is-settur tal-prodotti mediċinali koperti mis-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard jibqa' kkaratterizzat f’numru ta’ Stati Membri, mill-eżistenza ta’ leġiżlazzjoni li tmur lil hinn minn sempliċi sorveljanza ta’ attività ekonomika, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-prezz (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Novembru 1983, Roussel et, 181/82, Ġabra p. 3849, punt 8). Il-koeżistenza ta’ dawn il-leġiżlazzjonijiet statali differenti tista' tikkawża distorsjoni lill-kompetizzjoni (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Diċembru 1996, Merck u Beecham, C‑267/95 u C‑268/95, Ġabra p. I‑6285, punt 47). Barra minn hekk, hija għandha t-tendenza li tikkawża ċerti qsim tas-swieq nazzjonali fuq dan il-punt (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Diċembru 1975, Suiker Unie et vs Il-Kummissjoni, 40/73 sa 48/73, 50/73. 54/73, 111/73 u 114/73, Ġabra p. 1663, punt 24).

105    Madankollu, skond il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 67 sa 70 iktar ’il fuq, huwa biss meta s-settur li fih japplika l-ftehim huwa suġġett għal leġiżlazzjoni li teskludi l-possibbiltà ta’ kompetizzjoni li tista' tkun ipprevenuta, distorta jew ristretta minn dan il-ftehim li l-Artikolu 81(1) KE huwa inapplikabbli.

106    Issa, f’dan il-każ partikolari, teżisti kompetizzjoni bejn produtturi tal-prodotti mediċinali, li tikkonċerna prinċipalment parametri oħra għajr milli l-prezz, b’mod partikolari l-innovazzjoni (sentenza Roussel, punt 104 iktar 'il fuq, punt 9), kif sosstniet GSK fin-noti tagħha u matul is-seduta.

107    Minbarra dan, jista’ jkun hemm kompetizzjoni bejn produttur u d-distributuri tiegħu, jew bejn kummerċjanti paralleli u distributuri nazzjonali, li tirriżulta preċiżament mid-differenzi sinjifikattivi fil-prezz li għalihom jikkontribwixxu l-leġiżlazzjonijiet statali in kwistjoni u li, meta l-prodotti mediċinali huma protetti minn privattiv li jagħti monopolju temporanju lill-proprjetarju ta' dan il-brevet, hija, sa’ l-iskadenza ta’ dan il-privattiv, l-unika forma ta’ kompetizzjoni permezz tal-prezzjijiet prevista għal dak li jikkonċernhom, kif sostniet GSK ukoll fin-noti tagħha.

108    Konsegwentement, peress illi s-sitwazzjoni leġiżlattiva deskritta minn GSK tista' tirrestrinġi l-kompetizzjoni, iżda mhux teskludiha, hija m’għandhiex bħala konsegwenza li trendi l-Artikolu 81(1) KE inapplikabbli.

 Fuq ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni attribwita għall-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ

109    Peress illi GSK issostni li l-Kummissjoni ma kkunsidratx korrettement il-kuntest ġuridiku u ekonomiku rilevanti meta eżaminat l-eżistenza ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni, għandu mill-bidu jiġi rrilevat li l-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(g) KE u fl-Artikolu 81 KE tirreferi għal kompetizzjoni effettiva, jiġifieri ta’ l-ammont ta’ kompetizzjoni neċessarju sabiex ikunu milħuqa l-għanijiet tat-Trattat. L-intensità tagħha tista’ tvarja skond in-natura tal-prodott in kwistjoni u ta’ l-istruttura tas-suq in kwistjoni. Minbarra dan, il-parametri tagħha jistgħu jkollhom importanza inugwali, peress illi l-kompetizzjoni permezz tal-prezzijiet ma tikkostitwix l-unika forma effikaċi ta' kompetizzjoni u lanqas dik li lilha, fiċ-ċirkustanzi kollha, għandha tingħata prijorità assoluta (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ottubru 1977, Metro vs Il-Kummissjoni, 26/76, Ġabra p. 1875, iktar ’il quddiem is-"sentenza Metro I", punti 20 u 21, u s-sentenza CIF, punt 66 iktar 'il fuq, punt 68).

110    Konsegwentement, il-karatterizzazzjoni ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni skond l-Artikolu 81(1)KE għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-kuntest reali u, għalhekk, il-kuntest ġuridiku u ekonomiku li fih jiżviluppa l-ftehim li lilu din ir-restrizzjoni hija attribwita. Obbligu bħal dan huwa impost sabiex jiġi mifhum kemm l-għan kif ukoll l-effett (sentenza Société technique minière, punt 55 iktar 'il fuq, p. 359 u 360; sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Lulju 1966, Consten u Grundig vs Il-Kummissjoni, 56/64 u 58/64, Ġabra p. 429, 497, u tat-12 ta’ Diċembru 1995, Oude Luttikhuis et, C‑399/93, Ġabra p. I‑4515, punt 20).

111    B’hekk, meta l-eżami tal-klawsoli ta’ ftehim, imwettaq fil-kuntest ġuridiku u ekonomiku tagħhom, jiżvela fih innifsu l-eżistenza ta’ alterazzjoni tal-kompetizzjoni, jista’ jkun preżunt li dan il-ftehim għandu bħala għan li jipprevjeni jirristrinġi jew jiddistorta l-kompetizzjoni (ara s-sentenza Société technique minière, punt 55 iktar 'il fuq, p. 359 u 362, u s-sentenza Consten u Grundig vs Il-Kummissjoni, punt 110 iktar 'il fuq, p. 497), b’mod li mhuwiex neċessarju li jiġi eżaminat l-effett tiegħu (sentenza Consten u Grundig vs Il-Kummissjoni, punt 110 iktar 'il fuq, p. 496, u s-sentenza Il-Kummissjoni vs Anic Participazioni, punt 75 iktar 'il fuq, punt 99).

112    Min-naħa l-oħra, meta dan ma jkunx il-każ, huwa neċessarju li jiġi eżaminat l-effett ta’ dan il-ftehim u li jiġi muri, b’mod suffiċjenti skond il-liġi, li dan jipprevjeni, jirrestrinġi jew jiddistorta, attwalment jew potentzjalment il-kompetizzjoni (sentenza Société technique minière, punt 55 iktar 'il fuq, p. 359, 360 u 362, u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Mejju 1998, Deere vs Il-Kummissjoni, C‑7/95 P, Ġabra p. I‑3111, punti 75 u 77).

113    F’dan il-każ partikolari, jeħtieġ li sussegwentement jiġu eżaminati l-argumenti ta’ GSK dwar l-għan u l-effett ta’ l-Artikolu 4 tal- kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ.

–       Fuq l-eżistenza ta’ għan antikompetittiv

114    GSK ma tikkontestax li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ ġew implementati bl-intenzjoni li jillimitaw il-kummerċ parallel ta’ 82 prodott mediċinali kkummerċjalizzati minn GW bejn Spanja, minn naħa, u l-oħra Stati Membri oħra, b’mod partikolari r-Renju Unit, min-naħa.

115    Jirriżulta mill-ġurisprudenza li l-ftehim intiżi definittivament sabiex jipprojbixxu l-kummerċ parallel għandhom bħala regola ġenerali jiġu kkunsidrati bħala li għandhom bħala għan li jipprevjenu l-kompetizzjoni (sentenza Consten u Grundig vs Il-Kummissjoni, punt 110 iktar 'il fuq, p. 496 sa 498; sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-1 ta’ Frar 1978, Miller International vs Il-Kummissjoni, 19/77, Ġabra p. 131, punti 7 u 18; tat-12 ta’ Lulju 1979, BMW Belgium vs Il-Kummissjoni, 32/78, 36/78 u 82/78, Ġabra p. 2435, punti 20 sa28 u 31, u Sandoz Prodotti Farmaceutici vs Il-Kummissjoni, punt 76 iktar 'il fuq, punt 16).

116    Jirriżulta wkoll li l-ftehim intiżi ċarament sabiex jirriżervaw trattament sfavorevoli għall-kummerċ parallel għandhom bħala regola ġenerali jiġu kkunsidrati bħala li għandhom bħala għan li jirristrinġu l-kompetizzjoni (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Novembru 1983, IAZ et vs Il-Kummissjoni, 96/82 sa 102/82, 104/82, 105/82, 108/82 u 110/82, Ġabra p. 3369, punti 23 sa 25, u tas-6 ta’ April 2006, General Motors vs Il-Kummissjoni C‑551/03 P, li għada ma ġietx ippublikata fil-Ġabra, punti 67 u 68).

117    Madankollu, GSK ġustament issostni li, b'kunsiderazzjoni għall-kuntest ġuridiku u ekonomiku, il-Kummissjoni ma setgħetx tibbaża ruħha biss fuq il-fatt li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jistabbilixxi sistema ta' prezz differenzjat intiża sabiex tillimitata l-kompetizzjoni parallela sabiex tikkonkludi li din il-kundizzjoni kellha bħala għan li tirrestrinġi l-kompetizzjoni.

118    Fil-fatt, l-għan ta' l-Artikolu 81(1) KE, li jikkostitwixxi dispożizzjoni fundamentali indispensabbli għat-twettiq tal-missjonijiet mogħtija lill-Komunità, b’mod partikolari għall-funzjonament tas-suq intern (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-1 ta’ Ġunju 1999, Eco Swiss, C‑126/97, Ġabra p. I‑3055, punt 36, u ta’ l-20 ta’ Settembru 2001, Courage u Crehan, C‑453/99, Ġabra p. I‑6297, punt 20), huwa li li jiġi evitat li impriżi, billi jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejniethom jew ma’ terzi, inaqqsu l-benesseru tal-konsumatur finali tal-prodotti in kwistjoni (sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-7 ta’ Ġunju 2006, Österreichische Postsparkasse u Bank für Arbeit und Wirtschaft vs Il-Kummissjoni, T‑213/01 u T‑214/01, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 115; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza Consten u Grundig vs Il-Kummissjoni, punt 110 iktar 'il fuq, p. 493, u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-20 ta’ Ġunju 1978, Tepea vs Il-Kummissjoni, 28/77, Ġabra p. 1391, punt 56). Waqt is-seduta, il-Kummissjoni barra minn hekk sostniet bosta drabi li kienet f'din il-perspettiva li hija kienet wettqet l-eżami tagħha f’dan il-każ, fejn ikkonkludiet fl-ewwel lok li l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ ċarament jirrestrinġu l-benesseru tal-konsumaturi, umbgħad billi saqsiet lilha nnifisha fit-tieni lok dwar jekk din ir-restizzjoni hijiex ser tkun ikkompensata minn żieda fl-effikaċja li fiha nfisha tkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi.

119    Konsegwentement, l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(1) KE għal dan il-każ partikolari ma tistax tiddependi biss fuq il-fatt li l-ftehim in kwistjoni huwa intiż sabiex jillimita l-kummerċ parallel tal-prodotti mediċinali jew sabiex jaqsam is-suq komuni, elementi li jippermettu li jiġu konklużi li huwa jaffettwa l-iskambji bejn Stati Membri, iżda minnbarra dan teħtieġ analiżi intiża sabiex jiġi determinat jekk dan għandhux bħala għan jew effett il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq in kwistjoni, għad-detriment tal-konsumatur finali. Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 111 u 112 iktar ’il fuq, din l-analiżi, li tista’ tiġi mqassra meta l-klawsoli tal-ftehim stess juru l-eżistenza ta’ alterazzjoni tal-kompetizzjoni, kif irrilevat il-Kummissjoni matul is-seduta, għandha min-naħa l-oħra tkun kompletata, skond dak li jeħtieġu ċ-ċirkustanzi tal-kawża, meta dan ma jkunx il-każ (sentenza Société technique minière, punt 55 iktar 'il fuq, p. 358 sa 361, u s-sentenza Consten u Grundig vs Il-Kummissjoni, punt 110 iktar 'il fuq, p. 495 sa 498).

120    B’mod partikolari, fis-sentenza Consten u Grundig vs Il-Kummissjoni, punt 110 iktar 'il fuq, li tagħat bidu għall-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 115 u 116 iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ddeċidietx, kuntrarjament għal dak li sostniet il-Kummissjoni fin-noti tagħha, li ftehim intiż sabiex jillimita l-kummerċ parallel għandu jkun ikkunsidrat minn natura tiegħu, jiġifieri indipendentement minn kull analiżi ta’ kompetizzjoni, bħala li għandu bħala għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni. Kuntrarjament, il-Qorti tal-Ġustizzja llimitat ruħha, fl-ewwel lok, li tqis li ftehim bejn produttur u distributur li jkollu t-tendenza li jirrikostitwixxi l-barrieri nazzjonali fil-kummerċ bejn l-Istai Membri jista’ jkun ta’ tip li jmur kontra l-għanijiet l-aktar fundamentali tal-Komunità, (p. 494), kunsiderazzjoni li wasslitha tiċħad il-motiv bbażat fuq l-inapplikabbiltà ta’ l-Artikolu 81(1) KE għall-ftehim vertikali (p. 492 sa 494). Sussegwentement, hija wettqet analiżi tal-kompetizzjoni, sommarja iżda reali, li matulha hija b’mod partikolari rrilevat li l-ftehim in kwistjoni kien intiż sabiex jelimina l-possibbiltajiet kollha ta’ kompetizzjoni fil-livell tal-kummerċ bl-ingrossa sabiex jiġu pprattikati prezzijiet li mhumiex dawk ta' kompetizzjoni effettiva, kunsiderazzjoni li wassluha tirrifjuta motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta' restrizzjoni tal-kompetizzjoni (p. 496 sa 498).

121    Jekk hu akkwiżit minn hemm, li l-kummerċ parallel jibbenefika minn ċerta protezzjoni, mhuwiex għaldaqstant bħala tali iżda, kif iddeċidiet il-Qorti, għaliex jiffavorixxi, minn naħa, l-iżvilupp tal-kummerċ, u, min-naħa l-oħra, it-tisħiħ tal-kompetizzjoni (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Jannar 1992, X, C‑373/90, Ġabra p. I‑131, punt 12), jiġifieri, taħt dan it-tieni aspett, għaliex jagħti lill-konsumaturi finali l-vantaġġi ta’ kompetizzjoni effettiva f’dak li jirrigwarda l-provvista jew il-prezz (sentenza Tepea vs Il-Kummissjoni, punt 118, iċċitata iktar 'il fuq, punti 43 u 56). Konsegwentement, jekk huwa akkwiżit li ftehim bil-għan li jillimita l-kummerċ parallel irid fil-prinċipju jitqies li għandu bħala suġġett ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni, huwa b’hekk li jista’ jiġi preżunt li jċaħħad lill-konsumaturi finali minn dawn il-vantaġġi.

122    Issa, fid-dawl tal-kuntest ġuridiku u ekonomiku li fih jintużaw il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ ta’ GSK, ma jistax jiġi preżunt li huma jċaħħdu lill-konsumaturi finali tal-prodotti mediċinali minn vantaġġi bħal dawn. Fil-fatt, il-grossisti, li l-funzjoni tagħhom hija, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, li tassigura lill-kummerċ bl-imnut provvista li tiffavorixxi l-kompetizzjoni bejn il-produtturi (sentenza Metro I, punt 109 iċċitata iktar 'il fuq, punt 40), huma aġenti ekonomiċi li joperaw fi stadju intermedjarju tal-katina ta’ valur u jistgħu jikkonservaw il-vantaġġ li l-kummerċ parallel jista’ jagħti f’dak li jirrigwarda l-prezz, f’liema każ dan ma jkunx impost fuq il-konsumaturi finali.

123    Deskrizzjoni ta’ dan il-kuntest jidher fit-Taqsima I tad-Deċiżjoni, iddedikata għall-fatti, u aktar partikolarment fis-subtaqsima F, intitolata "Kummerċ parallel tal-prodotti farmaċewtiċi fil-Komunità: effett tas-sistemi leġiżlattivi nazzjonali u tal-varjazzjoni monetarji", u G, intitolat "Kummerċ parallel tal-prodotti ta’ GW fil-Komunità : effett fuq dawn il-kundizzjonijiet ta’ bejgħ".

124    Mill-qari ta’ din id-deskrizzjoni jirriżulta li l-karatteristiċi prinċipali tal-kuntest ġuridiku u ekonomiku huma s-segwenti, b’mod li GSK qablet kemm fin-noti tagħha kif ukoll fis-seduta.

125    Fl-ewwel lok, skond il-premessi 31, 36 u 50 tad-Deċiżjoni, il-prezz tal-prodotti mediċinali koperti mis-sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard mhuwiex stabbilit mill-konklużjoni ta’ proċess ta’ kompetizzjoni fil-Komunità kollha, iżda stabbilit direttament skond proċedura amministrattiva fil-parti l-kbira ta’ l-Istati Membri u kkontrollat indirettament mill-Istati Membri l-oħra.

126    Fit-tieni lok, skond il-premessa 31 tad-Deċiżjoni, it-tqarrib tad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għal dan il-qasam huwa, f’dan l-istadju, limitat. Fil-fatt, id-Direttiva 89/105 tiddisponi li l-iffissar tal-prezz ta’ dawn il-prodotti mediċinali, meta jkun previst mid-dritt nazzjonali, irid iseħħ skond proċedura trasparenti u jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi u verifikabbli. Għall-qbija, skond il-premessa 50 tad-Deċiżjoni, id-dritt nazzjonali jista’ jipprevedi li jieħu in kunsiderazzjoni kriterji differenti, fid-dawl tal-politika mħaddna mill-Istat Membru kkonċernat fil-qasam tas-saħħa pubblika u tal-finanzjament tas-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard, kif tgħid ukoll id-Direttiva 89/105. Dan huwa partikolarment il-każ tad-dritt Spanjol, li, skond il-premessi 37 u 38 tad-Deċiżjoni, jipprovdu l-iffissar dirett ta’ prezz massimu bl-ingrossa u l-iffissar indirett ta’ prezz massimu ta’ l-imnut. Minn naħa tiegħu, id-dritt Britanniku ma jipprevedix iffissar tal-prezzijiet, iżda, skond il-premessi 44 sa 46 tad-Deċiżjoni, kontroll tal-profitti tal-kumpanniji farmaċewtiċi.

127    Fit-tielet lok, skond il-premessi 29 sa 31 u 34 tad-Deċiżjoni, id-differenzi eżistenti bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli fil-qasam huma kawża strutturali ta’ l-eżistenza ta’ differenzi sinjifikattivi fil-prezz bejn l-Istati Membri.

128    Fir-raba’ lok, skond il-premessi 30, 32 u 53 tad-Deċiżjoni, il-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju huma kawża konġunturali ta’ l-eżistenza ta’ dawn id-differenzi fil-prezz. Dan il-fenomenu, li potenzjalment ikkonċerna l-Istati Membri kollha tal-Komunità fis-6 ta’ Marzu 1998, data li fiha GSK innotifikat il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ lill-Kummissjoni, kien jikkonċerna wkoll lir-Renju Unit, id-Danimarka u l-Iżvezja fit-8 ta’ Mejju 2001, data li fiha l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni, kif jirriżulta mill-premessa 53 tad-Deċiżjoni.

129    Fil-ħames lok, dawn id-differenzi fil-prezz huma l-kawża tal-kummerċ parallel tal-prodotti mediċinali fil-Komunità, skond il-premessa 29 tad-Deċiżjoni. L-Istati Membri prinċipali ta’ destinazzjoni ta’ dan il-kummerċ parallel huma, hekk kif jispeċifikaw il-premessi 33 u 34 tad-Deċiżjoni, id-Danimarka, l-Olanda u r-Renju Unit.

130    Fis-sitt lok, ċerti Stati Membri adottaw dispożizzjonijiet li, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk huma għandhomx bħala mira li jinkoraġġixxu l-kummerċ parallel – kif ssostni l-Kummissjoni fil-premessi 31, 33, 34, 36 u 52 tad-Deċiżjoni, iżda li GSK tikkontesta – jista’ jkollhom effett bħal dan. Dan huwa partikolarment il-każ tar-Renju Unit, fejn, kif tindika l-premessa 49 tad-Deċiżjoni, in-National Health Service awtomatikament jirrimborsa lill-ispiżjara ammont korrispondenti għall-prezz li għalih il-produttur jikkummerċjalizza l-prodott mediċinali tiegħu fis-suq Britanniku, diviż b’rata fissa minn 4 sa 5 % li suppost jikkorrispondi għal ammonti ffrankati mill-ispiżjara meta huma jiġu fornuti minn post ieħor, bi prezz inqas.

131    Fis-seba’ lok, hekk kif jirriżulta mill-premessi 31 u 51 tad-Deċiżjoni, il-pazjent bħala regola ġenerali jbagħti biss parti limitata, anki jekk varjabbli minn Stat Membru għall-ieħor, tal-prezz tal-prodotti mediċinali koperti mis-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard li huwa jikkonsma. Is-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard tħallas il-parti essenzjali. Dan huwa partikolarment il-każ fir-Renju Unit, fejn, skond il-premessa 48 tad-Deċiżjoni, il-pazjent iħallas 6 Sterlini (GBP) għal kull prodott mediċinali, sakemm ma jinsabx f’kategorija ta’ persuni eżenti minn ħlas bħal dan.

132    Il-Kummissjoni tirreferi għal ċerti aspetti ta’ din id-deskrizzjoni fil-kuntest ta’ l-eżami tas-suġġett ta’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ. Hija b’hekk tirreferi għall-premessa 117 tad-Deċiżjoni, sabiex tistabbilixxi l-effett ta’ dik il-klawżola fuq il-kummerċ parallel, li mhijiex ikkontestata. Hija tirreferi wkoll għall-premessa 121 tad-Deċiżjoni, sabiex tispjega li, kuntrarjament għal dak li ssostni GSK, il-kumpanniji farmaċewtiċi jiddisponu minn setgħa li jinnegozjaw fil-kuntest tal-proċedura Spanjola ta’ l-iffissar tal-prezz bl-ingrossa tal-prodotti mediċinali.

133    Madankollu, fl-ebda mument ma l-Kummissjoni teżamina l-karatteristika speċifika u essenzjali tas-settur, minħabba l-fatt li l-prezzijiet in kwistjoni, suġġetti għall-kontroll ta’ l-Istati Membri, li jiffissawhom direttament jew indirettament għal-livell li huma jqisu xierqa, huma stabbiliti fuq livell strutturalment differenti fil-Komunità u, kuntrarjament għall-prezzijiet ta’ beni oħra ta’ konsum li għalihom il-Kummissjoni rreferiet fin-noti tagħha u waqt is-seduta, bħalma huma l-artikli ta’ l-isport jew il-muturi, jibqgħu f’kull ipoteżi dipendenti, b’mod rilevanti, mill-effetti tal-provvista u d-domanda.

134    Dik iċ-ċirkustanza tostakola li jiġi preżunt li l-kummerċ parallel għandu effett fuq il-prezzijiet applikati fuq il-konsumaturi finali tal-prodotti mediċinali koperti mis-sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard u b jagħtihom vantaġġ kunsiderevoli analogu għal dak li jkun kieku l-prezz ikun ibbażat fuq il-provvista u d-domanda.

135    Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tiddeċiedi hi stess anki fuq l-effett prima face ambigwu tal-kummerċ parallel tal-prodotti mediċinali fuq il-benesseri tal-konsumaturi finali, peress li hija tindika fil-komunikazzjoni tagħha COM(1998) 588 finali, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar is-suq komuni tal-prodotti farmaċewtiċi, iċċitata fil-premessa 161 tad-Deċiżjoni u invokata mill-partijiet fin-noti tagħhom u fir-risposti tagħhom għall-mistoqsijiet miktuba tal-Qorti tal-Prim’Istanza, li, sakemm il-kummerċ parallel ma jeżerċitax effett dinamiku fuq il-prezzijiet, jinvolvi ineffiċjenzi, peress li l-parti l-kbira, għalkemm mhux it-totalità, tal-gwadann finanzjarju jaqa’ fuq dak li jipprattika l-kummerċ parallel minflok is-sistema tal-kuri tas-saħħa jew għall-pazjent (p. 6).

136    Konsegwentement, ma jistax jitqies li l-eżami ta’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ, iddestinati skond GSK sabiex jiggarantixxu li l-prezz bl-ingrossa ffissat mir-Renju ta’ Spanja jiġi effettivament applikat biss għall-prodotti mediċinali li għalihom kien legalment previst, jirrileva fih innifsu li l-kompetizzjoni hija prevenuta, ristretta jew distorta.

137    L-ebda wieħed mill-argumenti tal-Kummissjoni u ta’ l-intervenjenti ma jidhru li jpoġġi fid-dubju din il-konklużjoni.

138    B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma tistax, kif għamlet fil-premessi 118 u 119 tad-Deċiżjoni u fin-noti tagħha, tillimita ruħa li tistabbilixxi paraguni ma’ ftehim li hija kellha l-okkażjoni teżamina fil-prattika deċiżjonali preċedenti tagħha, meta qieset li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jixbaħ dawn il-ftehim jew huwa komparabbli magħhom. Fil-fatt, pass bħal dan definittivament inessi l-elementi tal-kuntest ġuridiku u ekonomiku deskritti iktar ’il fuq, li huma nieqsa fid-deċiżjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(1) KE li għalihom irriferiet il-Kummissjoni.

139    Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni mhix korretta meta ssostni li l-eżistenza tal-leġiżlazzjoni Spanjola dwar l-iffissar tal-prezz bl-ingrossa tal-prodotti mediċinali mhuwiex determinanti fl-aħħar mill-aħħar, fid-dawl tal-poter ta’ negozjar li hija tirriżerva għall-kumpanniji famaċewtiċi, kif hija qalet fil-premessi 120 sa 123 tad-Deċiżjoni u fin-noti tagħha. Mhux aktar fondata meta tgħid li l-koeżistenza tal-leġiżlazzjonijiet statali differenti dwar dan is-suġġett mhux aktar determinanti, fid-dawl tal-ġurisprudenza (sentenza BMW Belgium vs Il-Kummissjoni, punt 115 iktar 'il fuq, punt 5, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Mejju 1999, BASF vs Il-Kummissjoni, T‑175/95, Ġabra p. II‑1581, punti 121 sa 123 u 136), kif hija indikat fin-noti tagħha.

140    Fil-fatt, anki jekk wieħed jaċċetta li l-leġiżlazzjoni Spanjola tirriżerva setgħa ta’ nnegozjar lill-kumpanniji farmaċewtiċi, kif sostnew il-Kummissjoni u l-intervenjenti fis-seduta, jibqa’ li l-eżistenza ta’ din il-leġiżlazzjoni, u l-koeżistenza tagħha ma’ dawk ta’ l-Istati Membri oħra, għandha influwenza sinjifikattiva fuq parametru essenzjali ta’ l-operat tal-kompetizzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza Suiker Unie et vs Il-Kummissjoni, punt 104 iċċitata iktar 'il fuq, punti 17 u 71), element li fil-kuntest tiegħu ma tistax issir distrazzjoni fl-analiżi tal-kompetizzjoni.

141    Għalhekk l-ebda paragun ma jista’ jsir bejn il-kawżi mqajma mill-Kummissjoni, li, kif din l-istituzzjoni stess sostniet fis-seduta, dwar il-miżuri ta’ bblokkar tal-prezz tal-karozzi ġodda (sentenza BMW Belgium vs Il-Kummissjoni, punt 115 iċċitata iktar 'il fuq, punt 5) jew tal-prodotti ta’ l-isprejjar mill-ġdid tal-karozzi (sentenza BASF vs Il-Kummissjoni, punt 139 iktar 'il fuq, punt 123) fis-seħħ fi Stat Membru wieħed tal-Komunità, u l-kawża preżenti, ikkaratteriżżata mill-fatt li l-prezz tal-prodotti in kwistjoni, stabbilit b’mod definittiv mill-Istati Membri, jevita strutturalment il-mod kif taħdem l-offerta u d-domanda u huwa stabbilit f’livelli strutturalment differenti fil-Komunità kollha, minkejja kompetizzjoni residwa li tista’ timmanifesta ruħa fil-mod kif jaħdem il-kummerċ parallel.

142    Fl-aħħar nett, ma jistax jiġi dedott mill-punt 75 tas-sentenza General Motors vs Il-Kummissjoni, punt 116 iktar 'il fuq, invokata mill-Kummissjoni fir-risposti tagħha għall-mistoqsijiet bil-miktub mill-Qorti tal-Prim’Istanza u fis-seduta, li trid tiġi totalment injorata s-sitwazzjoni mill-fatt imsemmi fil-punt preċedenti.

143    Fil-fatt, jirriżulta mill-punt 75 ta’ din is-sentenza li n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fiskali ma jwaqqafx li jiġi konkluż li ftehim iddestinat li jillimita l-kummerċ parallel tal-karozzi għandu bħala għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni, peress li għandha, kif irrilevat il-Kummissjoni fis-seduta, effett fuq l-operat tal-kompetizzjoni f’dan is-settur. Min-naħa l-oħra, fl-ebda mod ma jirriżulta li l-leġiżlazzjonijiet statali in kwistjoni f’dan il-każ partikolari mhumiex effettwati mill-analiżi kompetittiva, meta jkollhom bħala mira l-istabbiliment tal-prezz tal-prodotti mediċinali koperti mis-sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard għall-operat tal-kompetizzjoni.

144    Minn naħa tagħhom, l-intervenjenti ma invokawx il-fatt li, fir-realtà, il-leġiżlazzjonijiet statali in kwistjoni ma jipprevedux li jistabbilixxu l-prezz ta’ dawn il-prodotti mediċinali għall-operat ta’ l-offerta u tad-domanda, iżda kkumpensaw għan-nuqqas ta’ kompetizzjoni dovuta għall-piż tal-kumpanniji farmaċewtiċi fis-suq u sabiex jiggarantixxi l-eżistenza tal-prezz ġust, kif għamlu fis-seduta.

145    Fil-fatt, meta tkun qed tieħu konjizzjoni ta’ rikors għal annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapplika r-regoli ta’ kompetizzjoni, skond l-Artikolu 230 KE, l-imħallef Komunitarju jistħarreġ il-legalità ta’ dik id-deċiżjoni. Issa, l-argumenti ta’ l-intervenjenti huma bbażati fuq fatti li la ssemmew u aktar importanti lanqas ma ġew eżaminati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni. Il-Qorti tal-Prim’Istanza ma għandhiex tissostitwixxi ruħha magħha billi teżaminahom.

146    Minbarra dan, dawn l-argumenti għandhom jiġu kkonfrontati ma’ l-argumenti ta’ GSK, li jgħidu li dawn il-leġiżlazzjonijiet statali fil-qasam tal-privattivi huma intiżi li jippermettu lill-kumpanniji farmaċewtiċi li jħallsu l-ispejjeż tagħhom ta’ riċerka u ta’ żvilupp (iktar ’il quddiem ir-"R&D") li jagħtuhom monopolju temporanju, li fil-konfront tagħhom il-produtturi tal-prodotti mediċinali ġeneriċi jerġgħu jdaħħlu l-kompetizzjoni permezz tal-prezzijiet, b’mod li l-kummerċjanti paralleli, li joperaw fis-suq waqt it-terminu tal-validità tal-privattivi, huma l-mezzi ta’ kompetizzjoni artifiċjali u mhuwiex ta’ kompetizzjoni effettiva skond l-Artikolu 3(1)(g), KE u ta’ l-Artikolu 81 KE.

147    Konsegwentement, il-konklużjoni prinċipali tal-Kummissjoni, li skond din l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ għandu jitqies bħala pprojbit mill-Artikolu 81(1) KE fejn għandu bħala oġġett ir-restrizzjoni tal-kummerċ parallel, ma jistax jittieħed in kunsiderazzjoni. Peress li l-prezzijiet tal-prodotti mediċinali in kwistjoni fil-parti l-kbira jkunu nħarġu abbażi ta’ l-operat ħieles ta’ l-offerta minħabba l-leġiżlazzjoni applikabbli u ffissati jew ikkontrollati mill-awtoritajiet publiċi, ma jistax jitqies mill-bidu bħala aċċettat li l-kummerċ parallel għandu l-effett li jbaxxihom u b’hekk iżid l-benesseri tal-konsumaturi finali. L-analiżi tat-termini ta’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ, effettwati f’dan il-kuntest, għalhekk ma jippermettix li jkun preżunt li din il-klawżola, li għandha l-għan li tillimita l-kummerċ parallel, b’hekk għandha l-għan li tnaqqas il-benesseri tal-konsumaturi finali. F’din is-sitwazzjoni fil-parti l-kbira tagħha mhux mimsusa, in-natura restrittiva tal-kompetizzjoni ta’ dak il-ftehim konsegwentement ma jistax jiġi dedott biss mill-qari tat-termini tagħha, imwettaq fil-kuntest tagħha, u peress li l-effetti tagħha għandhom neċessarjament ikunu previsti, ikunx biss biex jiġi vverifikat li dan il-qari ppermetta lill-awtorità regolatriċi li tipprevedi dan.

–       Fuq l-eżistenza ta’ effett antikompetittiv

148    L-eżami ta’ l-effett ta’ ftehim fuq il-kompetizzjoni jeħtieġ, fl-ewwel lok, li jiddefinixxi s-suq jew is-swieq in kwistjoni, mill-perspettiva kemm materjali kif ukoll ġeografika (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Frar 1991, Delimitis, C‑234/89, Ġabra p. I‑935, punti 15, 16 u 18).

149    F’dan il-każ partikolari, fir-rigward tas-suq tal-prodotti in kwisjoni, il-Kummissjoni qieset, fil-premessi 112 u 113 tad-Deċiżjoni, li, fid-dawl tal l-osservazzjonijiet ta’ GSK li jgħidu li n-natura u l-portata tal-kummerċ parallel u tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ setgħu jipprovaw l-eżistenza ta’ suq tal-prodotti li jinkludu l-prodotti mediċinali kollha mogħtija taħt preskrizzjoni, mhuwiex neċessarju li jiġu stabbiliti preċiżament il-partijiet tas-suq tal-GW għal kull wieħed mit-82 prodott mediċinali in kwistjoni. Sa fejn fis-seduta l-Kummissjoni poġġiet fid-dubju l-eżistenza ta’ l-osservazzjonijiet ta’ GSK li fuqhom kienu bbażati dawn il-premessi, hemm lok li jiġi kkonstatat li qari tan-notifika komplementari juri li d-Deċiżjoni mhijiex ivvizzjata minn żball ta’ fatt fuq dan il-punt.

150    Fir-rigward tas-suq Ġeografiku in kwistjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet, fil-premessa 114 tad-Deċiżjoni, li kellu jitqies bħala nazzjonali minħabba, b’mod partikolari, l-eżistenza, fl-Istati Membri tal-Komunità, tad-differenzi eżistenti bejn il-leġiżlazzjonijiet dwar il-prezz u l-ħlas lura, l-istrateġiji dwar it-trade mark u l-ippakkjar, is-sistemi ta’ distribuzzjoni u l-abitudnijiet tal-preskrizzjoni.

151    Minn naħa tagħhom, is-swieq affettwati mill-ftehim ma ġewx speċifikament enumerati mill-Kummissjoni. Madankollu jirriżulta mill-premessi 112 sa 114, 117 u 126 tad-Deċiżjoni li, kif ikkonfermat il-Kummissjoni fir-risposti tagħha għal-mistoqsijiet bil-miktub tal-Qorti tal-Prim’Istanza, huwa, minn naħa, tas-suq Spanjol, fejn il-grossisti Spanjoli huma suġġetti li jixtru prodotti mediċinali minn GW, u, min-naħa l-oħra, tas-swieq nazzjonali kollha tal-Komunità li huma suġġetti li jerġu jbiegħuhom hemmhekk, jiġifieri ta’ dawk li fir-rigward tagħhom id-differenzjali eżistenti bejn il-prezz Spanjol u l-prezz domestiku huwa suffiċjenti sabiex jirrendi lill-kummerċ parallel lukrattiv.

152    GSK ma tikkontestax l-approċċ adottat mill-Kummissjoni fir-rigward tas-suq ġeografiku in kwistjoni, kif hija diġà kkonfermat fis-seduta. Għalhekk huwa kostanti li dan is-suq, li jirreferi għat-territorju li fuqu l-kundizzjonijiet oġġettivi ta’ kompetizzjoni relattivi għall-prodott in kwistjoni huma, jekk mhuwiex simili, għallinqas suffiċjentement omoġenji għall-operaturi kollha ekonomiċi (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-14 ta’ Frar 1978, United Brands vs Il-Kummissjoni, 27/76, Ġabra p. 207, punti 44 u 53, u tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Ottubru 1994, Tetra Pak vs Il-Kummissjoni, T‑83/91, Ġabra p. II‑755, punt 91), jista’ jitqies f’dan il-każ partikolari li huwa nazzjonali, fid-dawl b’mod partikolari tad-differenzi tal-leġiżlazzjonijiet relattivi għall-prezz u tar-rimbors tal-prodotti mediċinali.

153    Min-naħa l-oħra, GSK tikkontesta l-approċċ li l-Kummissjoni ħadet fir-rigward tas-suq tal-prodotti in kwistjoni. Hija ssostni li, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni Spanjola f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kellha tistabbilixxi distinzjoni bejn suq irregolat, li jinkludi l-prodotti mediċinali ddestinati li jerġgħu jinbiegħu u meħuda fi Spanja minn naħa, u suq liberu, li jinkludi l-prodotti mediċinali ddestinati li jerġu jinbiegħu u li jittieħdu f’kull Stat Membru ieħor, min-naħa l-oħra. Madankollu, dik il-kritika ma tidhirx fondata.

154    Jirriżulta mill-premessi 112 u 113 tad-Deċiżjoni li l-Kummissjoni ma approfondietx il-kwistjoni tad-definizzjoni tas-suq tal-prodotti kkonċernati. Mistoqsija dwar f’liema kuntest hija fil-prattika kienet irraġunat, il-Kummissjoni madankollu indikat fir-risposti tagħha għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Qorti tal-Prim’Istanza li, u dan kollu fejn qieset li mhuwiex neċessarju li jiġi ddefinit is-suq tal-prodotti in kwistjoni fejn hija kienet setgħet tikkonkludi l-eżistenza ta’ oġġett antikompetittiv, hija kienet wettqet definizzjoni konċiża tagħha.

155    Hija spjegat ukoll, fir-risposti tagħha fis-seduta, li, meta ma adottatx approċċ estremament elaborat f’dan ir-rigward, hija kienet żammet b’mod definittiv mad-definizzjoni tradizzjonalment użata fil-qasam, jiġifieri definizzjoni bbażata fuq it-tielet livell tal-klassifikazzjoni anatomika terapewtika (ATC) elaborata mill-European Pharmaceutical Medical Research Association (EphMRA). Din tikkorrispondi, hekk kif jindikaw il-premessi 16 u 110 tad-Deċiżjoni, għal subgruppi ddefiniti fir-rigward ta’ l-indikazzjoni terapewtika u għall-proprjetajiet farmakoloġiċi tal-prodotti mediċinali kkonċernati.

156    Meta l-Qorti tal-Prim’Istanza tiddeċiedi fuq rikors għal annullament kontra att Komunitarju, hija din il-qorti stess li trid tinterpreta dan l-att, b’mod partikolari meta l-istituzzjoni li tkun l-awtriċi tagħha tispjega fuq il-mod li jeħtieġ li tinftiehem (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Ottubru 2003, Thyssen Stahl vs Il-Kummissjoni, C‑194/99 P, Ġabra p. I‑10821, punti 55 u 56). F’dan il-każ partikolari, minn qari flimkien tad-Deċiżjoni jirriżulta li l-Kummissjoni impliċitament, iżda neċessarjament, irraġunat fil-kuntest ta’ suq mifhum bħala dak tad-distribuzzjoni tal-prodotti mediċinali koperti mis-sistema Spanjola ta’ assigurazzjoni għall-mard, sa fejn ikunu suxxettibbli li jkunu l-oġġett ta’ kummerċ parallel fir-rigward ta’ Stati Membri oħra tal-Komunità. B’hekk, huwa b’mod ġenerali li l-Kummissjoni ddeskriviet il-kummerċ parallel tal-prodotti mediċinali kkumerċjalizzati minn GW fi Spanja, fil-premessi 64 sa 71 tad-Deċiżjoni, u l-effett tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ fuq dan il-fenomenu, fil-premessi 72 sa 75 tad-Deċiżjoni. Huwa bl-istess mod li hija eżaminat l-effett restrittiv ta’ l-Artikolu 4 tagħhom, fil-premessi 117, 126, 137, 139 u 140 tad-Deċiżjoni, u dan kollu billi ffokat l-attenzjoni tagħha fuq kampjun ta’ 8 prodotti mediċinali partikolarment suxxettibbli li jkunu l-oġġett ta’ kummerċ parallel li dwarhom GSK kienet tagħthom informazzjoni. Huwa bl-istess mod, b’mod definittiv, li hija fehmet in-natura ta’ dan l-effett antikompetittiv, fil-premessa 144 tad-Deċiżjoni, kif ukoll l-effett tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, fil-premessa 146 tad-Deċiżjoni.

157    B’hekk fid-dawl tal-punti 13 u 14 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 97/C 372/03 fuq id-definizzjoni tas-suq in kwistjoni għall-finijiet tad-dritt komunitarju tal-kompetizzjoni (ĠU 1997, C 372, p. 5, punti 13 u 14), din l-istituzzjoni hija obbligata tiddefinixxi s-suq tal-prodotti in kwistjoni billi tikkunsidra prinċipalment min-naħa s-sostitwibbiltà tad-domanda, u minn naħa l-oħra l-offerta.

158    Fir-rigward ta’ l-ewwel aspett, jirriżulta mill-Artikolu 1(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 336, p. 21) li jeħtieġ li ssir riċerka, fil-kuntest ta’ ftehim bħal dak in kwistjoni fil-kawża preżenti, ta’ x’inhuma l-prodotti li x-xerrej iqis bħala li jistgħu jinbidlu bejniethom jew sostitwibbli minħabba l-karatteristiċi tagħhom, tal-prezz tagħhom u ta’ l-użu li għalihom huma ddestinati.

159    Issa, ma jidhirx manifestament żbaljat li jitqies li x-xerrej, jiġifieri l-grossista Spanjol suġġett li jiddedika ruħu għall-kummerċ parallel, huwa inqas interessat, għal dan il-għan, mill-indikazzjoni terapewtika u mill-proprjetajiet farmakoloġiċi ta’ kull wieħed mill-prodotti mediċinali li huwa jixtri minn GW minħabba l-fatt li dawk il-prodotti mediċinali kollha huma koperti mis-sistema Spanjola ta’ assigurazzjoni għall-mard, u konsegwentement li l-prezz tagħhom huwa ffissat mill-amministrazzjoni Spanjola. Bl-istess mod, ma jidhirx manifestament żbaljat li jitqies li x-xerrej huwa inqas interessat mill-prezz ta’ kull wieħed ta’ dawn il-prodotti mediċinali kif ukoll mill-fatt li differenza fil-prezz hija suffiċjenti sabiex jagħmel lill-kummerċ parallel lukrattiv jeżisti, għall-prodotti mediċinali kollha, bejn Spanja u l-Istat Membru tad-destinazzjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, mhuwiex manifestament żbaljat li jitqies li dawn il-prodotti mediċinali flimkien koperti mis-sistema Spanjola ta’ assigurazzjoni għall-mard, fejn il-bejgħ mill-ġdid jwassal għal profitt minħabba d-differenza fil-prezz eżistenti bejn Spanja u l-Istat Membru tad-destinazzjoni, jammonta għas-suq tal-prodotti.

160    Fir-rigward tat-tieni aspett, jista’ jiġi kkostatat li, fid-dawl ta’ l-osservazzjonijiet ta’ GSK li fuqhom il-Kummissjoni kienet ibbażat il-premessi 112 u 113 tad-Deċiżjoni, l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ kien maħsub sabiex tiġi mifhuma, b’mod globali, id-domanda dwar il-kummerċ parallel tal-prodotti mediċinali kkumerċjalizzati minn GW bejn Spanja u l-Istati Membri li fir-rigward tagħhom dik l-attività tista’ tkun lukrattiva għall-grossisti Spanjoli.

161    Konsegwentement, l-eżistenza tal-leġiżlazzjoni Spanjola tippreżenta ruħha, mill-perspettiva kemm tax-xerrejj kif ukoll ta’ GSK, l-aktar bħala l-fattur li jagħti l-unità tagħha mas-suq tal-prodotti in kwistjoni li bħal element li għandu jwassal sabiex jiddistingwi suq tad-distribuzzjoni tal-prodotti mediċinali destinati għall-konsum domestiku, li jkun irregolat, u suq tad-distribuzzjoni tal-prodotti mediċinali ddestinati għall-esportazzjoni, li jkun liberu. Fir-realtà, id-distinzjoni proposta minn GSK hija aktar konnessa man-natura evidentement territorjali tal-leġiżlazzjoni Spanjola u mad-dimensjoni nazzjonali tas-suq ġeografiku in kwistjoni, kif hi wara kollox ammettiet fis-seduta.

162    Fit-tieni lok, jeħtieġ li jiġu eżaminati l-effetti attwali jew potenzjali tal-ftehim fuq il-kompetizzjoni. Dan l-eżami jimplika li jrid isir paragun bejn is-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta mill-ftehim u dik li tkun teżisti fin-nuqqas tagħha (sentenza Société technique minière, punt 55 iċċitata iktar 'il fuq, p. 360, u s-sentenza Deere vs Il-Kummissjoni, punt 112 iċċitata iktar 'il fuq, punt 76).

163    F’dan il-każ partikolari, jeħtieġ li mill-bidu jingħad li jirriżulta mill-premessi 26 u 28 tad-Deċiżjoni li l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ, li daħlu fis-seħħ fid-9 ta’ Marzu 1998, ġew sospiżi fis-16 ta’ Ottubru 1998 u baqaw hekk sad-data ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni, kif il-partijiet fakkru fis-seduta. Konsegwentement, l-eżami mwettaq mill-Kummissjoni għandu jiġi interpretat bħala prinċipalment iddedikat għall-effett potenzjali tiegħu fuq il-kompetizzjoni, kif iddeċidew il-partijiet fis-seduta.

164    F’dan ir-rigward, GSK tammeti li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ għandu jew jista’ jkollu bħala effett li jillimita l-kummerċ parallel, iżda tikkontesta li għandu jew li jista’ jkollu bħala effett ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni. L-argumenti prinċipali li hija tressaq jikkonċernaw, essenzjalment, erba’ aspetti tar-raġunament li seħħ mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni. Fl-ewwel lok, il-fatt li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jillimita l-kummerċ parallel u jippreġudika l-libertà ta’ l-azzjoni tal-grossisti Spanjoli ma jimplikax, fih innifsu, li għandu bħala effett ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni. Fit-tieni lok, fid-dawl tal-kuntest ġuridiku u ekonomiku li fih dik l-klawżola tintuża, il-fatt li hija tistabbilixxi sistema ta’ prezz differenzjat ma jimplikax, fih nnfisu, li hija għandha bħala effett ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni. Fit-tielet lok, il-Kummissjoni tkun kuntenta li tikkonkludi li dik il-klawżola tillimita l-kummerċ parallel, tippreġudika l-libertà ta’ l-azzjoni tal-grossisti Spanjoli u timponi prezzijiet differenzjati, b’mod li hija ma tkunx uriet, b’mod suffiċjenti skond il-liġi, li dik kellha bħala effett ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni. Fir-raba’ lok, il-Kummissjoni ma kinitx, b’kull probabbiltà, ħadet in kunsiderazzjoni l-fatt li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ kien sempliċement jinnewtralizza distorsjoni tal-kompetizzjoni attribwibbli għar-Renju ta’ Spanja.

165    Jeħtieġ li jiġi stabbilit jekk dawn il-kritiċi differenti jwasslu li juru li d-Deċiżjoni sostniet b’mod żbaljat li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ kellhom bħala effett ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni.

166    Fl-ewwel lok, huwa kostanti li, kif ikkunsidrat mill-premessa 126 tad-Deċiżjoni, dik il-klawżola għandha bħala effett li tillimita l-kummerċ parallel tal-prodotti mediċinali kkumerċjalizzati minn GW fi Spanja. F’numru ta’ każijiet, huwa fil-fatt jisosstitwixxi għal prezz 4 A inferjuri b’mod sinjifikattiv għal prezz fis-seħħ f’ċerti Stati Membri oħra barra minn Spanja prezz 4 B li għalih id-differenza hija inqas jew ineżistenti. B’dak il-mod, hija tneħħi jew tnaqqas il-profit li l-grossisti Spanjoli jistgħu jagħmlu jekk iwettqu attività ta’ esportazzjoni.

167    Madankollu, jeħtieġ li jiġi mfakkar li, meta jitqies waħdu, il-fatt li ftehim għandu jew jista’ jkollu bħala effett li jillimita l-kummerċ parallel ċertament jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, iżda mhux neċessarjament iġib restrizzjoni tal-kompetizzjoni. Dawn huma r-riperkussjonijiet li din il-limitazzjoni tal-kummerċ parallel għandha jew jista’ jkollha fuq parametru jew aktar tal-kompetizzjoni, bħall-kwantità li fih prodott huwa pprovdut jew il-prezz li bih huwa mibjugħ, li juru restrizzjoni bħal din (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Tepea vs Il-Kummissjoni, punt 118 iktar 'il fuq, punti 41, 43 u 56).

168    B’hekk, il-fatt li, fin-nuqqas ta’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ, il-grossisti Spanjoli jkunu f’pożizzjoni li jixtru l-prodotti mediċinali bil-prezz ta’ l-ingrossa ffissat mill-amministrazzjoni Spanjola indipendentement mill-Istat Membru li fih dawk il-prodotti mediċinali huma destinati li jkunu mibjugħa mill-ġdid u tas-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard li permezz tiegħu huma destinati li jkunu koperti minna, u b’hekk sabiex jerġu jbiegħuha fl-Istati Membri kollha fejn il-prezz huwa suffiċjentement superjuri għall-prezz Spanjol sabiex jippermettilhom li jagħmlu profitt, fid-dawl ta mill-ispejjeż tat-transazzjoni, ma jippermettix, indipendentement minn kull eżami tad-domanda dwar b’liema mod il-kummerċ parallel jikkontribwixxi għall-kompetizzjoni permezz tal-prezzijiet, fid-dawl ta mir-rwol ta’ l-Istati Membri f’dan il-qasam, sabiex jistabbilixxu l-eżistenza ta’ effett restrittiv tal-kompetizzjoni.

169    Konsegwentement, GSK ġustament issostni, wara li evokat l-effett ta’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ fuq il-kummerċ parallel, li l-Kummissjoni għadha trid tipprova l-effett fuq il-kompetizzjoni.

170    Fit-tieni lok, mhuwiex ikkontestat li, kif jirriżulta mill-premessi 137 sa 139 tad-Deċiżjoni, l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ għandu bħala effett ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ l-azzjoni tal-grossisti Spanjoli, b’mod partikolari dawk li jgħażlu l-klienti tagħhom.

171    Madankollu, kull ftehim li jirrestrinġi l-libertà ta’ azzjoni ta’ waħda jew iktar intrapriżi li pparteċipaw fih, mhux neċessarjament jaqa’ taħt il-kappa tal-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 81(1) KE (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Frar 2002, Wouters et, C‑309/99, Ġabra p. I‑1577, punt 97, u tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ Settembru 2001, M6 et vs Il-Kummissjoni, T‑112/99, Ġabra p. II‑2459, punt 76). B’mod partikolari, kull kuntratt konkluż bejn aġenti ekonomiċi li joperaw fi stadji differenti tal-katina ta’ produzzjoni u tad-distribuzzjoni għandu bħala konsegwenza li jorbothom u, konsegwentement, li jillimithom, sekond it-termini li huwa jistabbilixxi, fil-libertà tagħhom ta’ azzjoni. F’dan il-każ partikolari, ikun xi jkun il-prezz li bih il-grossisti Spanjoli jiftehmu li jixtru prodott mediċinali minn GW fis-suq Spanjol (prezz 4 A jew prezz 4 B), huma limitati fil-libertà tagħhom ta’ azzjoni fejn jew, mill-perspettiva ekonomika, fil-partika mhumiex f’pożizzjoni li jerġu jbiegħhom bi prezz inferjuri fis-swieq nazzjonali l-oħra tal-Komunità. Madankollu, l-għan tar-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni jkun li jevita li l-impriżi, billi jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejniethom jew ma’ terzi, inaqqsu l-benesseri tal-konsumatur finali tal-prodotti in kwistjoni (punt 118 iktar ’il fuq), għadu jrid jintwera li l-limitazzjoni in kwistjoni tirrestrinġi l-kompetizzjoni, għad-detriment ta’ dan l-aħħar imsemmi. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni stess spjegat, fis-seduta, li l-limitazzjoni tal-libertà ta’ azzjoni tal-grossisti Spanjoli tkun diffiċilment imaġinabbli waħidha u tammonta biss għal punt tat-tluq ta’ l-eżami tagħha.

172    Konsegwentement, GSK ġustament issostni, wara li evokat l-effett ta’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ fuq il-libertà ta’ azzjoni tal-grossisti Spanjoli, li l-Kummissjoni għadha trid turi kif dik il-klawżola kellha bħala effett li tirrestrinġi l-kompetizzjoni, għad-detriment tal-konsumatur finali.

173    Fit-tielet lok, mhuwiex ikkontestat li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jistabbilixxi sistema tal-prezz differenzjat skond li kull wieħed mit-82 prodott mediċinali kkonċernat huwa destinat li jkun mibjugħ mill-ġdid u kopert minn Spanja, minn naħa, jew min-naħa l-oħra minn kull Stat Membru.

174    Għalkemm il-premessa 139 tad-Deċiżjoni tista’, mill-ewwel qari tagħha, tkun tidher ambigwa fuq dan il-punt, wara eżami jidher li l-Kummissjoni kkunsidrat li sistema bħal din kellha effett diskriminatorju minħabba d-destinazzjoni tal-prodotti in kwistjoni (minn naħa suq Spanjol, u min-naħa l-oħra swieq nazzjonali). Il-qari tan-noti tal-Kummissjoni jikkonferma dik l-interpretazzjoni. Minn-naħa, is-sistema tal-prezz differenzjat implementata minn GW hija kkomparata ma’ diskriminazzjoni tal-prezz ipprojbit fuq il-bażi tal-pajjiż tad-destinazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li twassal li tapplika kundizzjonijiet inugwali għal transazzjonijiet ekwivalenti skond l-Artikolu 81(1)(d), KE. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni hemmhekk għamlet referenza għall-ġurisprudenza relattiva għall-Artikolu 82(c) KE, fejn il-kliem huwa identiku għal dak ta’ dik id-dispożizzjoni.

175    L-Artikolu 81(1)(d) KE jipprojbixxi l-ftehim li jikkonsistu f’li japplikaw, fir-rigward ta’ l-imsieħba kummerċjali, kundizzjonijiet inugwali għal transazzjonijiet ekwivalenti u li minħabba dan il-fatt jimponu fuqhom żvantaġġ fil-kompetizzjoni.

176    F’dan il-każ partikolari, mhemmx dubju li l-grossisti Spanjoli huma msieħba kummerċjali ta’ GW u li dawn jissuġġettawhom għal kundizzjonijiet inugwali skond jekk ibiegħux dawk il-prodotti mediċinali fi Spanja jew fi Stati Membri oħra tal-Komunità. Min-naħa l-oħra, ma ġiex muri li dawn il-bejgħ jammontaw għal transazzjonijiet ekwivalenti u, għalhekk, li l-elementi kostituttivi ta’ l-Artikolu 81, paragrafu 1(d), KE jseħħu flimkien.

177    Fil-fatt, jirriżulta mill-ġurisprudenza li għaliha tirreferi l-Kummissjoni li l-Artikolu 82(c), KE ma jipprojbix li impriża f’pożizzjoni dominanti tistabbilixxi prezzijiet differenti fl-Istati Membri differenti, b’mod partikolari meta d-differenzi fil-prezzijiet huma ġustifikati minħabba varjazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni u l-intensità tal-kompetizzjoni, iżda jipprojbixxuha milli tapplika differenzi artifiċjali tal-prezz fl-Istati Membri differenti, b’mod li jikkawżaw żvantaġġ għall-klijenti tagħha u għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni, fil-kuntest ta’ qsim artifiċajli tas-swieq nazzjonali (sentenza Tetra Pak vs Il-Kummissjoni, punt 152 iktar 'il fuq, punt 160, u l-ġurisprudenza ċċitata). B’mod aktar ġenerali, jirriżulta li, jekk il-fatt li impriża f’pożizzjoni dominanti tippratika prezzijiet differenti tista’, fin-nuqqas ta’ spjegazzjoni oġġettiva, tikkostitwixxi l-indiċi ta’ diskriminazzjoni meta dawk il-prezzijiet huma applikati fis-suq ġeografiku speċifiku, ikkaratterizzat minn kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni suffiċjentement omoġenji, dan mhuwiex il-każ meta huma applikati għas-swieq ġeografiċi distinti, ikkaratterizzati minn kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni insuffiċjentement omoġenji, fir-rigward b’mod partikolari għall-qafas leġiżlattiv rilevanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza United Brands vs Il-Kummissjoni, punt 152 iktar 'il fuq, punti 44 sa 56 u 207, 208, 225, 228 u 233, u s-sentenza Tetra Pak vs Il-Kummissjoni, punt 152 iktar 'il fuq, punti 92 sa 96 u 161, 164, 165, 167 u 170).

178    Dawn il-kunsiderazzjonijiet jistgħu jkunu trasposti f’dan il-każ partikolari, fejn produttur u l-grossisti tiegħu jiftehmu sabiex jipprattikaw prezzijiet differenti skond l-Istat Membru li fih il-prodotti in kwistjoni huma destinati sabiex jerġu jinbiegħu u li jkopruhom. Issa, huwa kostanti li kull wieħed minn dawn l-Istati Membri jammonta għal suq distint, fejn is-suq ġeografiku in kwistjoni huwa nazzjonali minħabba, b’mod partikolari, id-differenzi tal-leġiżlazzjonijet dwar il-prezz u l-ħlas lura tal-prodotti mediċinali in kwistjoni. Għalhekk il-Kummissjoni stess qieset, fid-Deċiżjoni, li, meta jiġi fornut suq nazzjonali wieħed jew aktar ta’ dawn is-swieq nazzjonali, il-grossist Spanjol jopera, fir-rigward b’mod partikolari tal-qafas leġiżlattiv rilevanti, f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li jitratta l-prezz, parametru li fuqu jitratta preċiżament l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ, ikunu eteroġenji.

179    Konsegwentement, GSK ġustament ssostni li l-konsistenza ta’ differenza ta’ prezz mhuwiex suffiċjenti sabiex jikkonkludi l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni. Fil-fatt, huwa possibbli li hija tipprattika prezzijiet differenti peress li jeżistu swieq differenti u mhux għaliex jeżistu swieq differenti.

180    Spjegazzjoni bħal din hija madankollu proposta mill-Kummissjoni stess, li tindika fil-Komunikazzjoni COM(1998) 588 final, punt 135 iktar 'il fuq, li l-kumpanniji farmaċewtiċi li jipprattikaw differenza ta’ prezz sabiex jittieħed in kunsiderazzjoni l-kapaċitajiet differenti tal-ħlas (p. 6) u, jżiedu, b’mod ġenerali, li jkun estremament diffiċli li jiġi stabbilit livell ta’ prezz xieraq għall-Komunità kollha, l-għażla ta’ livell baxx li għandu effett immedjat jibbenefika għall-oġġetivi tal-kontroll ta’ l-ispejjeż tas-saħħa, iżda jinkludu tnaqqis kostanti tal-kontribuzzjoni ewropea għall-isforz ta’ investiment fir-R&D farmaċewtika, u l-għażla ta’ livell elevat għall-effet li jillimita l-aċċess għall-kuri tal-konsumaturi u ta’ l-organizzazzjonijet debituri tal-pajjiżi li, minħabba l-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali, mgħandhomx il-mezzi li jħallsu prezz bħal dan (p. 14).

181    Fir-raba’ lok, GSK essenzjalment issostni, li l-Kummissjoni bl-ebda mod ieħor ma wriet li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ kellhom bħala effett ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni.

182    Madankollu, dan mhuwiex il-każ. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni kkonkludiet abbażi ta’ eżami relattivament sommarju, kif ammettiet fir-risposti tagħha għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Qorti tal-Prim’Istanza, iżda suffiċjentement komplet fir-rigward tal-fatti tal-kawża partikolari (ara l-punt 119 iktar ’il fuq) u ta’ l-argumenti ta’ GSK, li dik il-klawżola kellha wkoll bħala effett li tnaqqas il-benesseri tal-konsumaturi finali, meta ġew prevenuti milli jieħdu vantaġġ, taħt il-forma ta’ tnaqqis ta’ prezzijiet u ta’ spejjeż, tal-parteċipazzjoni tal-grossisti Spanjoli għall-kompetizzjoni bejn id-ditti fis-swieq tad-destinazzjoni tal-kummerċ parallel ta’ oriġini Spanjola.

183    B’hekk, il-Kummissjoni kkonstatat, fil-premessi 72 sa 75 tad-Deċiżjoni, li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jimponi fuq il-grossisti Spanjoli li jixtru l-prodotti mediċinali kummerċjalizzati fi Spanja minn GW li jħallsuha prezz (prezz 4 B) ogħla mill-prezz iffissat mill-amministrazzjoni Spanjola, li huma jkunu ħallsu fin-nuqqas tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ (prezz 4 A). B’hekk, dik il-klawżola għandha effett li tnaqqas jew li tneħħi, fil-parti l-kbira tal-każijiet, id-differenza eżistenti sa dak iż-żmien bejn il-prezzijiet fis-seħħ fi Spanja, minn naħa, u min-naħa l-oħra fl-Istati Membri tal-Komunità. In-numru ta’ każijiet ikkonċernati huwa sinjifikattiv li jwassal li wieħed jinjora l-ispejjeż magħmula mill-grossisti Spanjoli meta huma jwettqu kummerċ parallel (trasport, ipakkjar, eċċ.) jew li wieħed jieħu dawn in kunsiderazzjoni. GSK ma tikkontestax dawn il-konstatazzjonijiet ta’ fatt.

184    Minbarra dan, il-Kummissjoni kkonstatat, fil-premessi 48 u 51 tad-Deċiżjoni, li parti, ċertament limitata, tal-prezz tal-prodotti mediċinali koperti mill-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jibqgħu, f’numru ta’ Stati Membri, ir-responsabbiltà tal-pazjent, li b’dan il-mod jammontaw għal konsumatur finali tal-prodotti in kwistjoni skond is-sens ekonomiku tat-terminu. Il-Kummissjoni kkonstatat ukoll, fil-premessi 49 u 51 tad-Deċiżjoni, li l-kumplament tal-prezz ta’ dawn il-prodotti mediċinali kien kopert mis-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard, li jammonta wkoll għal konsumatur finali tal-prodotti in kwistjoni, peress li rendiet komuni r-riskji ekonomiċi għas-saħħa tagħhom mill-assigurati taħt sistema soċjali. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat l-ispeċifiċità, taħt dan ir-rapport, tal-kummerċ tal-prodotti farmaċewtiċi, kkaratterizzati mis-sostituzzjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali għall-konsumaturi għar-responsabbiltà ta’ l-ispejjez mediċi (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 1984, Duphar et., 238/82, Ġabra p. 523, punt 20). GSK ma tikkontestax dawn il-konstatazzjonijiet ta’ fatt, fejn il-Kummissjoni fakkret, fis-seduta, l-importanza fil-kuntest tar-raġunament li hija għamlet fid-Deċiżjoni.

185    Anki jekk jiġi aċċettat li l-kompetizzjoni bejn il-grossisti Spanjoli li jwettqu kummerċ parallel, jew bejn dawn il-grossisti u d-distributuri stabbiliti fis-suq ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni tal-kummerċ parallel, tkun limitata sal-punt li jippermettilhom li jipprattikaw prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid li ma jkunux inqas minn dawk ipprattikati minn dik l-aħħar imsemmija ħlief jekk strettament neċessarju sabiex tattira lill-bejjiegħa bl-imnut, kif spegat b’mod konvinċenti, minn ċerti dokumenti ppreżentati minn GSK, il-Kummissjoni tista’, kif għamlet fil-premessa 140 tad-Deċiżjoni, tiddeduċi konstatazzjonijiet ta’ fatt imfakkra fil-punti preċedenti li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jostakolaw dik il-kompetizzjoni u, essenzjalment, il-pressjoni li kienet tezisti, fin-nuqqas tagħha, fuq il-prezz unitarju tal-prodotti mediċinali in kwistjoni, għad-detriment tal-konsumatur finali, mifhum kemm bħala l-pazjent u bħala s-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard, li taġixxi għan nom ta’ l-avventi tagħha skond il-liġi.

186    Huwa veru li, kif irrilevat il-Kummissjoni fil-premessa 133 tad-Deċiżjoni, imbagħad fir-risposti tagħha fid-domandi miktuba tal-Qorti tal-Prim’Istanza u fis-seduta, ikkunsidrat li l-livell individwali ta’ kif jista’ jiġi affettwat wieħed mis-swieq nazzjonali mill-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ, bħas-suq Brittaniku, jista’ jkun marġinali. Madankollu, il-Kummissjoni rrilevat ukoll, fil-premessa 140 tad-Deċiżjoni, li l-fatt li tagħmel ostaklu, permezz ta’ ftehim konkluż ma’ numru kunsiderevoli ta’ grossisti Spanjoli u li jaffettwa ammont kunsiderevoli ta’ prodotti u tas-swieq nazzjonali fil-Komunità, tikkontribwixxi jew tista’ tikkontribwixxi, permezz ta’ effett tan-netwerk, sabiex isaħħaħ ir-riġidità pre-eżistenti tal-prezzijiet fis-suq. Issa, tisħiħ bħal dan jikser l-Artikolu 81(1) KE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Metro I, punt 109 iktar 'il fuq, punt 22; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ottubru 1980, Van Landewyck et vs Il-Kummissjoni, 209/78, Ġabra p. 3125, punt 139).

187    GSK ma ressqitx il-prova ta’ żball dwar dan is-suġġett. Għal kuntrarju, hija amettiet fis-seduta li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ, jekk kien prinċipalment destinat li jkun ta’ ostakolu għal trasferiment ta’ l-ammont żejjed lejn il-grossisti, setgħa jkollu effett li jnaqqas il-profitt, ċertament jirrestrinġi l-parteċipazzjoni tagħhom fil-kompetizzjoni bejn il-marki mogħti lill-konsumatur finali fil-qasam, fis-swieq tad-destinazzjoni tal-kummerċ parallel.

188    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kkonstatat, fil-premessi 33, 34, 52 u 134 tad-Deċiżjoni, li ċerti sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard jieħdu parti, u f’livelli differenti u skond metodi differenti, tal-kummerċ parallel sabiex inaqqsu l-ipiża tal-prodotti mediċinali li huma jkopru. Peress li GSK tikkontesta li l-miżuri nazzjonali li għalihom tirreferi l-Kummissjoni għandhom bħala oġġett li jinkoraġixxu l-kummerċ parallel, hija ma tikkonstestax li dawn jistgħu jikkawżaw effett bħal dan, kif irrilevat il-Kummissjoni fis-seduta mingħajr ma tkun ikkontradita. Ċerti dokumenti li hija ssottomettiet kuntrarjament juru, b’mod konvinċenti, li dan jista’ jkun il-każ. GSK tametti wkoll fl-aħħar lok fir-risposti tagħha għall-mistoqsijiet bil-miktub u fis-seduta l-eżistenza tal-miżuri meħuda minn ċerti Stati Membri sabiex jiġi rkuprat parti minn dak li jkun iffrankat mill-ispiżeriji pemezz tal-kummerċ parallel.

189    Billi tiffoka fuq l-eżempju tar-renju Unit, li jammonta skond GSK għas-suq prinċipali mmirat mil-kummerċ parallel tal-prodotti mediċinali kkumerċjalizzati fi Spanja minn GW, il-Kummissjoni tista’ tiddeduċi, fil-premessa 134 tad-Deċiżjoni, li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ kellhom bħala effett li jċaħħdu lis-sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard mill-vantaġġ li huma jkunu kisbu, taħt il-forma ta’ tnaqqis ta’ l-ispejjeż u indipendentement minn kull tnaqqis ta’ prezz bl-imnut, tal-parteċipazzjoni tal-grossisti Spanjoli għall-kompetizzjoni bejn id-ditti. Meta kienet qed tispjega n-natura mnaqqsa ta’ dan l-effett, GSK min-naħa l-oħra amettiet l-eżistenza fis-seduta. Hija ammettiet ukoll li effett bħal dan setgħa jkun prodott fi Stati Membri oħra barra r-Renju Unit.

190    Konsegwentement, irid jiġi konkluż li l-Kummissjoni setgħet issostni, fid-dawl ta’ l-elementi fejn ir-rilevanza ma ġietx validament impoġġija fid-dubju minn GSK, li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ kellu bħala effett li jnaqqas il-benesseri tal-konsumaturi finali f’li jipprevjenuhom milli jieħdu vantaġġ, taħt il-forma ta’ tnaqqis tal-prezzijiet u ta’ l-ispejjez, tal-parteċipazzjoni tal-grossisti Spanjoli għall-kompetizzjoni bejn il-marki fuq is-swieq nazzjonali tad-destinazzjoni tal-kummerċ parallel ta’ oriġini Spanjola.

191    L-ebda argument ta’ GSK ma jidher ta’ tip li jpoġġi fid-dubju dik il-konklużjoni.

192    B’mod partikolari, l-argument fundamentali tagħha li skond dan l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ huwa ġustifikat peress li jinnewtralizza distorsjoni tal-kompetizzjoni attribwibbli għar-Renju ta’ Spanja mhuwiex fondat. Fil-fatt, il-fatt li l-kuntest ġuridiku u ekonomiku li fih joperaw l-impriżi jikkontribwixxu għar-restrizzjoni tal-kompetizzjoni ma jistax iwassal sabiex jiġi ammess li dawn l-impriżi, f’li jipprevjeni jew li jirrestrinġu l-kompetizzjoni li dan il-kuntest iħalli li jisussiti jew jiġġenera, minn naħa tagħhom jiksru r-regoli kollha tal-kompetizzjoni (sentenza Suiker Unie et vs il-Kummissjoni, punt 104 iktar 'il fuq, punt 620, u s-sentenza CIF, punt 66 iktar 'il fuq, punt 57).

4.     Konklużjoni

193    Jirriżulta minn dak li ntqal iktar ’il fuq li GSK ma rnexxilhiex tpoġġi fid-dubju l-konklużjoni tal-Kummissjoni li skond din il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jammontaw għal ftehim skond l-Artikolu 81(1) KE.

194    Jirriżulta wkoll li, peress li l-konklużjoni prinċipali tal-Kummissjoni li skond din l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ għandu bħala oġġett ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni tkun żbaljata, GSK ma rnexxilhiex tpoġġi fid-dubju l-konklużjoni sussidjarja tagħha li skond din dik il-klawżola kellha bħala effett li ċċaħħad lill-konsumaturi finali mill-vantaġġ li huma kienu jkunu ħadu, f’dak li jirrigwarda l-prezz u l-ispejjeż, tal-parteċipazzjoni tal-grossisti Spanjoli għall-kompetizzjoni bejn il-marki fis-swieq nazzjonali tad-destinazzjoni tal-kummerċ parallel ta’ oriġini Spanjola.

195    Konsegwentement, il-mezz ibbażat fuq il-vjolazzjoni ta’ l-Artikolu 81(1) KE jrid jiġi rrifjutat.

C –  Fuq il-motiv ibbażat fuq l-abbuż ta’ poter, ta’ l-injorar tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-vjolazzjoni ta’ l-Artikolu 43 KE

1.     L-Argumenti tal-partijiet

196    GSK essenzjalment issostni li meta tiġi pprojbita tipprovdi prezzijiet differenzjati, id-Deċiżjoni imposta fuqa fid-definittiv li tipprattika l-prezzijiet iffissati mill-amministrazzjoni Spanjola għall-finijiet tal-bejgħ bl-ingrossa tal-prodotti mediċinali huma destinati li jinbiegħu mill-ġdid fi Spanja u koperti mis-sistema Spanjola ta’ assigurazzjoni għall-mard, fil-kuntesta tal-bejgħ bl-ingrossa tal-prodotti mediċinali destinati sabiex jerġgħu jinbiegħu fi Stati Membri oħra jew koperti minn sistemi oħra nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard, li għandhom is-sistema tagħhom ta’ kontroll tal-prezzijiet. Meta tagħmel dan, hija tinjora l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Minbarra dan, hija kisret id-dritt ta’ stabbiliment previst mill-Artikolu 43 KE. Fl-aħħar nett, sakemm il-Kummissjoni għandha bħala għan li tiffavorixxi wkoll il-konverġenza tal-prezz tal-prodotti mediċinali fil-Komunità, hija trendi ruħa ħatja ta’ abbuż ta’ poter.

197    Il-Kummissjoni, ssostni permezz ta’ l-intervenjenti, li tikkontesta l-fondatezza ta’ dan il-motiv.

2.     Evalwazzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza

198    Fl-ewwel lok għandu jingħad, li deċiżjoni ma tistax tiġi kkunsidrata vvizzjata minħabba abbuż ta’ poter meta jidher, fuq il-bażi ta’ l-indiċi oġġettivi, rilevanti u fi qbil, li hija kkunsidrat fl-għan eskluziv, jew għall-inqas determinanti, li tistenna finijiet oħra minn dawk eċċezzjonali (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ġunju 1958, Groupement des hauts fourneaux et aciéries belges vs l-Awtorità Għolja, 8/57, Ġabra p. 223, 245, u tal-11 ta’ Novembru 2004, Ramondín et vs Il-Kummissjoni, C‑186/02 P u C‑188/02 P, Ġabra p. I‑10653, punt 44).

199    Issa, f’dan il-każ partikolari, jirriżulta minn noti ta’ GSK li dawk jispekolaw fir-rigward ta’ l-għan li hija tagħti lill-Kummissjoni, iżda ma jipprovdux indizzji li jippermettu li jiġi stabbilit b’mod suffiċjenti skond il-liġi li d-Deċiżjoni ttieħdet fil-għan eskluziv jew determinanti li tiffavorixxi l-konverġenza tal-prezz tal-prodotti mediċinali fil-Komunità.

200    Fit-tieni lok, it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 5 KE jipprovdi li, fl-oqsma li ma jikkonċernawx il-kompetenza eskluziva tagħha, il-Komunità tintervjeni biss, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jekk huwa fil-miżura fejn l-oġġettivi ta’ l-azzjoni previsti ma jistgħux ikunu realizzati b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba raġunijiet tad-dimensjonijiet jew ta’ l-effetti ta’ l-azzjoni previsti, jkunu realizzati aħjar fil-livell Komunitarju.

201    Fil-kuntest ta’ l-Artikolu 81(1) KE, il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa konkretizzat mil-limitazzjoni tal-projbizzjoni li hija prevista hemm għall-ftehim bejn impriżi, għad-deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi u għall-prattiċi miftehma li huma suġġetti li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. B’hekk, meta ġabra ta’ elementi oġġettivi tad-dritt jew ta’ fatt jippermettu li jipprevedu b’ċertu livell ta’ probabbiltà suffiċjenti li komportamenti bħal dawn jistgħu jinfluwenzaw direttament jew indirettament, attwalment jew potenzjalment, ir-rati ta’ skambji bejn l-Istati Membri, dawn il-komportamenti għandhom ikunu kkunsidrati bħala suġġetti li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri (sentenza Consten u Grundig vs Il-Kummissjoni, punt 110 iktar 'il fuq, p. 495, u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 2004, British Sugar vs Il-Kummissjoni, C‑359/01 P, Ġabra p. I‑4933, punt 27), b’mod li huwa xieraq li l-Komunità tintervjeni minħabba r-raġuni tad-dimensjoni u l-effetti ta’ l-azzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Ottubru 2003, Van den Bergh Foods vs Il-Kummissjoni, T‑65/98, Ġabra p. II‑4653, punti 197 u 198).

202    Meta dik l-azzjoni għandha l-forma ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, dik hija allura konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà meta hija stabbilit b’mod suffiċjenti skond id-dritt li l-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa suġġett li jkun affettwat minn ftehim bejn l-impriżi, id-deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriża jew il-prattika miftehma fejn hija teżamina l- legalità.

203    Issa, f’dan il-każ partikolari, il-Kummissjoni essenzjalment sostniet, fil-premessi 145 u 146 tad-Deċiżjoni, li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ kienu suġġetti li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati membri fejn hija poġġiet fis-seħħ prezzijiet differenzjati skond il-grossisti li magħhom GW kellha relazzjonijiet kummerċjali fi Spanja jiddestinaw il-prodotti mediċinali li huma jixtru mingħandha għall-bejgħ mill-ġdid fi Spanja jew fi Stati Membri oħra tal-Komunità, u GSK ma tikkontestax dan.

204    Fit-tielet u l-aħħar lok, l-Artikolu 43 KE jikkonferixxi fuq iċ-ċittadini ta’ kull stat membru li għalih l-Artikolu 48 KE jassimila l-kumpanniji stabbiliti skond il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru u li għandhom is-sede tagħhom ta’ reġistrazzjoni, l-amministrazzjoni ċentrali tagħhom jew l-istabbiliment prinċipali tagħhom fil-Komunità, il-libertà fundamentali (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 1981, Broekmeulen, 246/80, Ġabra p. 2311, punt 20, u tal-31 ta’ Marzu 1993, Kraus, C‑19/92, Ġabra p. I‑1663, punti 28 u 29), li jistabbilixxi ruħu fi kwalunkwe Stat Membru ieħor bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta’ dan l-aħħar imsemmi u jipprojbixxi li jinżammu jew li jiġu introdotti restrizzjonijiet għal dik il-libertà.

205    Jammontaw għal restrizzjonijiet bħal dawn il-miżuri nazzjonali kollha, anki applikabbli mingħajr diskriminazzjoni fuq bażi ta’ nazzjonalità, li huma suġġetti li jpoġġi liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra f’sitwazzoni tad-dritt jew ta’ fatt żvantaġġjati meta kkomparati ma’ dawk taċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru ta’ stabbiliment u, b’hekk, li jiġġenera jew li jagħmel anqas attrajenti l-eżerċizzju ta’ dik il-libertà fundamentali suġġett għall-eċċezzjonijiet previsti mit-trattat u minn eċċezzjonijiet rikonoxxuti mill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Mejju 1999, Pfeiffer, C‑255/97, Ġabra p. I‑2835, punti 18 u 19, u tal-21 ta’ April 2005, il-Kummissjoni vs Il-Greċja, C‑140/03, Ġabra p. I‑3177, punt 27).

206    Issa, f’dan il-każ partikolari, GSK issaqsi għall-annullament ta’ deċiżjoni ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(1) KE, li ġiet adottata mill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenza kkonferita lilha mir-regoli Komunitarji ta’ kompetizzjoni. Min-natura tagħha, deċiżjoni bħal din ma tammontax u ma tikkontjeni l-ebda miżura nazzjonali suġġetta li tammonta għal restrizzjoni pprojbita mill-Artikolu 43 KE. Għalhekk huwa inutli li tiġi invokata kontra dan il-ksur ta’ dik id-dispożizzjoni (ara, b’analoġija, fir-rigward ta’ l-Artikolu 49 KE, Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Frar 2006, Piau vs Il-Kummissjoni, C‑171/05 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 58).

207    Konsegwentment, il-motiv ibbażat fuq abbuż ta’ poter, ta’ l-injorar tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-vjolazzjoni ta’ l-Artikolu 43 KE jrid jiġi rrifjutat kollu kemm hu, kif ukoll il-konkluzjonijiet ta’ GSK f’li hi tipprevedi l-annullament ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni.

II –  Fuq il-motivi li jwasslu għall-annullament ta’ l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni

A –  Fuq il-motivi bbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni

1.     L-argumenti tal-partijiet

208    GSK essenzjalment issostni li d-Deċiżjoni hija vvizzjata minn insuffiċjenza ta’ motivazzjoni f’li l-Kummissjoni ma wettqitx eżami adegwat ta’ l-argumenti tal-fatt u ta’ l-elementi ta’ prova li ġew ippreżentati lilha fil-proċedura amministrattiva dwar il-vantaġġi u ta’ l-inkonvenjenti rispettivi tal-kummerċ parallel u ta’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ fuq il-kompetizzjoni fis-settur tal-prodotti mediċinali, kif hija kellha tagħmel fid-dawl ta mis-sentenza Bayer vs Il-Kummissjoni, punt 47 iktar 'il fuq.

209    Il-Kummissjoni, sostnuta mill-intervenjenti, tikkontesta l-fondatezza tal-motiv.

2.     Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

210    Id-domanda dwar in-natura adegwata ta’ l-eżami mwettaq mill-Kummissjoni f’deċiżjoni ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni ma jiżvelax kontroll ta’ l-eżistenza jew tal-livell tal-motivazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni, iżda tal-kontroll tal-fondatezza ta’ dawn il-motivi (sentenza Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, punt 54 iktar 'il fuq, punt 67, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta’ Jannar 2004, Thermenhotel Stoiser Franz et vs Il-Kummissjoni, T‑158/99, Ġabra p. II‑1, punt 97).

211    Issa, f’dan il-każ partikolari, GSK issostni li d-Deċiżjoni hija vvizzjata minn insuffiċjenza ta’ motivazzjoni f’li l-eżami ta’ l-argumenti tal-fatt u ta’ l-elementi ta’ prova ppreżentati sabiex isaħħaħ id-domanda tagħha ta’ eżenzjoni hija inadegwata. Hija għalhekk tikkontesta inqas l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni tad-Deċiżjoni milli l-fondatezza tal-motivi ddedikati għall-evalwazzjoni ta’ dik id-domanda fir-rigward ta’ l-Artikolu 81(3) KE.

212    Konsegwentement, il-motiv preżenti fir-realtà huwa bbażat fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur ta’ dik id-dispożizzjoni, eżaminat iktar ’il quddiem.

213    Safejn GSK għandha l-intenzjoni wkoll li turi li d-Deċiżjoni hija insuffiċjentement motivata fir-rigward tad-domanda tagħha ta’ eżenzjoni, dik il-kritika ma tidhirx fondata. Fil-fatt, fil-premessi 147 sa 188 tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tesponi, b’mod suffiċjentement żviluppat sabiex tippermetti lil GSK tifhem ir-raġunament tagħha u sabiex tiddeċiedi li tivverifika lil din l-aħħar imsemmija, li dik id-domanda hija, skond hi, li tiġi miċħuda minħabba l-prova li seħħew flimkien il-kundizzjonijiet neċessarji għall-għoti ta’ eżenzjoni u, li ma ġiex murija b’suffiċjenza biżżejjed skond il-liġi fl-ewwel kap il-gwadann ta’ effikaċja.

B –  Fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur ta’ l-Artikolu 81(3) KE

1.     Il-kontenut tad-Deċiżjoni

214    Il-Kummissjoni kkunsidrat, fil-premessi 147 sa 189 tad-Deċiżjoni, li GSK ma kenitx uriet li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) KE kienu seħħew flimkien f’dan il-każ partikolari.

215    Abbażi ta’ l-ewwel kundizzjoni ta’ applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat, fil-premessi 151 u 154 sa 176 tad-Deċiżjoni, li GSK ma kenitx uriet b’mod suffiċjenti skond id-dritt li l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jikkontribwixxu sabiex jippromwovu l-progress tekniku jew sabiex titejjeb id-distribuzzjoni tal-prodotti mediċinali.

216    Skond it-tieni kundizzjoni ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) KE, il-Kummissjoni kkunsidrat, fil-premessi 177 sa 186 tad-Deċiżjoni, li GSK ma kenitx uriet b’mod suffiċjenti skond id-dritt li parti xierqa tal-profitt suġġetta li tirriżulta mill-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ tkun riżervata għal utenti.

217    Il-Kummissjoni żiedet, fil-premessi 187 u 188 tad-Deċiżjoni, li mhuwiex ta’ vantaġġ stabbilit li l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ ma jimponux restrizzjoni mhuwiex indispensabbli u ma jeliminawx il-kompetizzjoni għal parti sostanzjali tal-prodotti mediċinali in kwistjoni.

2.     L-Argumenti tal-partijiet

218    GSK issostni li l-konlużjoni tal-Kummissjon li skond din ma ġiex muri li l-kundizzjonijiet ta’ konċessjoni ta’ eżenjoni jkunu sodisfatti kollha u vvizzjati bi żballji li jiġġustifikaw l-annullament ta’ l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni.

219    B’mod ġenerali, hija essenzjalment tgħid li l-Kummissjoni ma eżaminatx b’mod serju l-argumenti ta’ fatt u l-elementi ta’ prova li jsaħħa t-talba għall-eżenzjoni. Hija madankollu tinvoka argumenti relattivi għal kull waħda mill-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) KE.

220    L-ewwel nett, fir-rigward ta’ l-ewwel waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, hija ssostni, minn naħa, li l-Kummissjoni ma eżaminatx b’mod serju l-argumenti tagħha ta’ fatt u l-elementi tagħha ta’ prova li skond dawn il-kummerċ parallel jipperikola telf ta’ l-effettività billi tnaqqas il-kapaċità tagħha ta’ innovazzjoni, peress li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jiġġeneraw gwadann ta’ effikaċja peress li jippermettula li żżid il-kapaċità tagħha ta’ innovazzjoni. Hija tikkunsidra li l-Kummissjoni b’mod żbaljat ikkonkludiet li ma ġiex muri li l-Kummerċ parallel kellu rabta ma’ l-innovazzjoni u, probabbilment, li kellu effett kunsiderevoli fuq l-innovazzjoni. Hija tikkunsidra li uriet l-eżistenza ta’ kontribuzzjoni għall-promozzjoni tal-progress tekniku.

221    GSK issostni, minn naħa l-oħra, li l-Kummissjoni b’mod żbaljat ikkonkludiet li ma wrietx li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jikkontribwixxu għat-titjib tad-distribuzzjoni tal-prodotti mediċinali meta tillimita l-kummerċ parallel, li jinvolvi dewmien ta’ tpoġġija fis-suq f’ċerti Stati Membri, kif ukoll ta’ distribuzzjoni mhuwiex ideali tal-prodotti mediċinali offerti għall-bejgħ minn GSK.

222    Imbagħad, fil-każ tat-tieni kundizzjoni ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) KE, GSK ssostni li l-Kummissjoni b’mod żbaljat ikkonkludiet li ma jidhirx li parti xierqa tal-profitt konness ma’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ tkun riżervata għall-utenti. Fil-fatt, il-Kummissjoni kienet identifikat ħażin lil utenti, meta inkludiet fosthom il-grossisti u meta ma kkunsidratx ir-rwol kollu kemm hu ta’ l-Istati Membri fis-settur in kwistjoni. Minbarra dan, hija kienet ċarament evalwat b’mod żbaljat il-vantaġġi flimkien li l-utenti setgħu jistennew mis-sistema tagħha ta’ prezz differenzjat, meta kkomparat mas-sitwazzjoni tagħhom minħabba l-fatt tal-kummerċ parallel.

223    Minbarra dan, GSK tqis li uriet b’mod inekwivoku li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ ikun indispensabbli, skond it-tielet kundizzjoni ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) KE għat-twettiq tal-vantaġġi li hija tistenna għal utenti.

224    Fl-aħħar nett, GSK tqis li wriet li dik il-klawżola ma twasslax sabiex telimina parti sostanzjali tal-kompetizzjoni, kif jirriżulta min-natura u mill-intensità tagħha, b’mod konformi mar-raba’ kundizzjoni ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) KE.

225    Il-Kummissjoni, ssostni permezz ta’ l-intervenjenti, tikkontesta l-fondatezza ta’ dawn l-argumenti.

226    Hija ssostni, fl-ewwel lok, li hija pproċediet għal eżami serju u adegwat ta’ l-argumenti kollha ta’ fatt u ta’ l-elementi ta’ prova ppreżentati minn GSK sabiex isaħħaħ id-domanda tagħha ta’ eżenzjoni.

227    Fit-tieni lok hija ssostni li setgħet tikkonkludi li l-prova ta’ l-eżistenza tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) KE ma ġietx imressqa minn GSK.

228    F’dan ir-rigward, hija tqis, fl-ewwel lok, li GSK ma tistax tillimita ruħha li tallega li l-ftehim li hija kkonkludiet bl-intenzjoni jew l-effett li tfixkel il-kummerċ parallel kien jippermettila li timmassimizza l-profitt kummerċjali tagħha u li twettaq parti minn din għall-finanzjament ta’ l-attivitajiet tagħha ta’ R&D. Min-naħa l-oħra hija r-responsabbiltà tagħha li tistabbilixxi permezz ta’ elementi suffiċjenti sabiex turi l-konvinzjoni, l-eżistenza ta’ rabta kawżali oġġettiva, speċifika u diretta bejn ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni pperikolata minn dan il-ftehim u ta’ gwadannji ta’ effettività xierqa sabiex tikkumpensaha. Issa, f’dan il-każ partikolari, il-Kummissjoni setgħet issostni li rabta kawżali bħal din ma ġietx murija.

229    Fit-tieni lok, il-Kummissjoni tikkunsidra li, sabiex jiġu kkunsidrati bħala suffiċjentement speċifiċi sabiex jittieħdu in kunsiderazzjoni l-argumenti ta’ GSK, li skond dawn il-kummerċ parallel jiddistruba d-distribuzzjoni tal-prodotti mediċinali u jipperikola li jkun hemm dewmien fit-tpoġġija fis-suq, huma diffikultajiet li għalihom l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jirrimedja, fl-ebda mument tal-proċedura amministrattiva ma ġew murija b’mod suffiċjenti skond id-dritt.

230    Fit-tielet lok, il-Kummissjoni hija essenzjalment ta’ l-opinjoni li l-grossisti għandhom jirranġaw permezz ta’ l-utenti u li jista’ jitqies li b’hekk huma jibbenefikaw, kif ukoll il-pazjenti u s-sistemi nazzjonali tagħhom ta’ assigurazzjoni għall-mard, mill-kummerċ parallel. Hija żżid li min-naħa l-oħra qatt ma ġie muri b’mod suffiċjenti skond il-liġi li l-utenti jibbenefikaw ukoll mill-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ.

231    Fir-raba’ lok, il-Kummissjoni ssostni li l-argumenti ta’ GSK ma jurux li kuntrarjament għal dak li qieset fid-Deċiżjoni, ġiet murija n-natura indispensabbli ta’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ.

232    Fil-ħames lok, minbarra dan il-Kummissjoni ssostni li l-argumenti ta’ GSK ma jpoġġux f’dubju serju l-evalwazzjoni li skond din ma ġiex muri li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ ma jwassalx għall- eliminazzjoni tal-kompetizzjoni għal parti sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni.

3.     Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

a)     Kunsiderazzjonijiet preliminari

233    Kull ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni, li bl-effetti jew bl-oġġett tiegħu, jista’ fil-prinċipju jibbenefika minn eżenzjoni (sentenza Consten u Grundig vs Il-Kummissjoni, punt 110 iktar 'il fuq, p. 496 sa 498 u 501 sa 505, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Lulju 1994, Matra Hachette vs Il-Kummissjoni, T‑17/93, Ġabra p. II‑595, punt 85), b’hekk li l-Kummissjoni wriet fil-premessa 153 tad-Deċiżjoni u fis-seduta.

234    L-applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni hija suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet, fejn il-kundizzjonijiet kollha jiġu sudisfatti u fl-istess waqt neċessarja u suffiċjenti (sentenza Remia et vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 38, u s-sentenza Matra Hachette vs Il-Kummissjoni, punt 233 iktar 'il fuq, punt 104). Fl-ewwel lok jeħtieġ li l-ftehim ikkonċernat jikkontribwixxi sabiex itejjeb il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni tal-prodotti in kwistjoni, jew sabiex jippromwovi l-pogress tekniku jew ekonomiku, fit-tieni lok, li parti xierqa tal-profitt li jirriżulta jkun riżervat għal utenti, fit-tielet lok, li ma jimponi l-ebda restrizzjoni mhuwiex indispensabbli għall-impriżi parteċipanti u, fir-raba’ lok, li ma jagħtihomx il-possibbiltà li jelimina l-kompetizzjoni għal parti sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni.

235    Konsegwentement, il-persuna li tirrikorri għall-Artikolu 81(3) KE trid turi li dawn il-kundizzjonijijiet ġew kollha sodisfatti, permezz ta’ argumenti u elementi ta’ prova konvinċenti (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Jannar 1984, VBVB u VBBB vs Il-Kummissjoni, 43/82 u 63/82, Ġabra p. 19, punt 52, u s-sentenza Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, punt 55 iktar 'il fuq, punt 78).

236    Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni trid teżamina adegwatament dawk l-argumenti u dawk l-elementi ta’ prova (sentenza Consten u Grundig vs Il-Kummissjoni, punt 110 iktar 'il fuq, p. 501), jiġifieri tistabbilixxi jekk huma juru li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) KE huma sodisfatti kollha. F’ċerti każijiet, dawk l-argumenti u dawk l-elementi ta’ prova jistgħu jkunu ta’ tip li jobbligawa li tforni spjegazzjoni jew ġustifikazzjoni, jew inkella huwa permess li jiġi konkluż li r-responsabbiltà tal-prova li hija r-responsabbiltà tal-persuna li tkun qed tirrikorri għall-Artikolu 81(3) KE ġiet sodisfatta (sentenza Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, punt 55 iktar 'il fuq, punt 79). Kif inhu meħtieġ fin-noti tagħha, il-Kummissjoni għandha, f’każ bħal dan, tirrifjuta dawk l-argumenti u dawk l-elementi ta’ prova.

237    F’dan il-każ partikolari, il-Kummissjoni kkonċentrat l-eżami tagħha fuq l-ewwel kundizzjoni ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) KE, kif hija wara kollox sostniet fin-noti tagħha, imbagħad fis-seduta. Hija kkunsidrat, fil-premessi 151 u 154 sa 176 tad-Deċiżjoni, li l-argumenti tal-fatt u l-elementi ta’ prova ppreżentati minn GSK fil-proċedura amministrattiva mu urewx l-eżistenza.

238    L-argumenti ta’ fatt u l-elementi ta’ prova ppreżentati minn GSK sabiex jiġi stabbilit li parti xierqa tal-profitt tirriżulta minn dawk il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ ikun riżervat għal utenti u, konsegwentement, li t-tieni kundizzjoni ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) KE jkun sodisfatt, konsegwentent ġew skartati, kif jirriżulta li l-Kummissjoni kkonfermat fis-seduta. Fil-fatt, il-Kummissjoni sosstniet fil-premessa 179 tad-Deċiżjoni, li, GSK ma kenitx ressqet il-prova li r-restrizzjoni tal-kummerċ parallel effettivament jippermetti li jinkiseb vantaġġ jew ieħor meħtieġ fil-kuntest ta’ l-ewwel kundizzjoni, it-tieni kundizzjoni ma setgħetx lanqas, tkun sodisfatta, b’mod li ma kienx neċessarju li jiġi eżaminat iktar ’il quddiem. Huwa biss ulterjorment, u biss għal finijiet eżawrjenti, li l-Kummissjoni rrispondiet, fil-premessi 180 sa 186 tad-Deċiżjoni, għal ċerti argumenti mressqa minn GSK sabiex jiġi stabbilit li l-kummerċ parallel ma jipperikolax profitt fejn parti xierqa tkun riżervata għal utenti.

239    Fir-rigward tat-tielet u r-raba’ kundizzjoni ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) KE, huma ġew eżaminati b’mod sommarju, kif uriet il-Kummissjoni fin-noti tagħha, anki fis-seduta, u wkoll konsegwentement skartata, fil-parti l-kbira tagħha. B’hekk, it-tielet kundizzjoni ġiet skartata, fil-premessa 187 tad-Deċiżjoni, peress li, xejn ma juri li l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jipperikolaw l-vantaġġi, isegwi li ma teżisti l-ebda kontribuzzjoni fejn in-natura indispensabbli tista’ tiġi analizzata. Ir-raba’ kundizzjoni kienet fil-premessa 188 tad-Deċiżjoni hekk peress li GSK ma ressqitx fir-rigward tagħha l-ebda argument li hija ma kenitx diġà ressqet preċedentement u li ma kenitx diġà ġiet miċħuda.

240    F’dawk iċ-ċirkustanzi, hija l-Qorti tal-Prim’Istanza li trid tistabbilixxi qabel kull ħaġa oħra jekk il-Kummissjoni setgħet tikkonkludi li l-argumenti tal-fatt u l-elementi tal-prova li jsostnu d-domanda għal eżenzjoni ta’ GSK ma turix li l-ewwel kundizzjoni ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) KE kienet sodisfatta. Huwa biss fin-negattiv li hija jkolla xorta tistabbilixxi jekk il-Kummissjoni setgħet tikkonkludi li ma kienx ta’ vantaġġ li jiġi muri li t-tliet kundizzjonijiet l-oħra ta’ applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni kienu sodisfatti.

241    F’dan ir-rigward, l-imħallef li jkun qed jitratta domanda għal annullament ta’ deċiżjoni ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) KE jwettaq, meta jkun qed janalizza l-evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi, għal kontroll strett, fir-rigward tal-bażi, għall-verifika tal-preċiżjoni materjali tal-fatti, ta’ l-assenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ dawk il-fatti u tal-preċiżjoni tal-kwalifiki ġuridiċi li huma dedotti (sentenza Consten u Grundig vs Il-Kummissjoni, punt 110 iktar 'il fuq, p. 501; sentenza Metro I, punt 109 iktar 'il fuq, punt 25; sentenza Remia et vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 34; sentenza Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, punt 55 iktar 'il fuq, punt 279).

242    Hija trid tivverifika wkoll mhuwiex biss jekk l-elementi tal-prova invokati huma materjalment eżatti, li wieħed jista’ jafdhom u koerenti, iżda wkoll jekk huma jammontaw għall-informazzjoni kollha rilevanti sabiex tittieħed in kunsiderazzjoni l-evalwazzjoni ta’ sitwazzjoni kumplessa u jekk huma ta’ tip li jsaħħu l-konklużjonijiet li huma mressqa (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Frar 2005, Il-Kummissjoni vs Tetra Laval, C‑12/03 P, Ġabra p. I‑987, punt 39, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005, General Electric vs Il-Kummissjoni, T‑210/01, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punti 62 u 63).

243    Min-naħa l-oħra, hija ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni ekonomika tagħha għal dik ta’ l-awtur tad-Deċiżjoni fejn hija mitluba tivverifika l-legalità.

244    Hemm lok li jiġi osservat li l-Kummissjoni tiddisponi b’mod partikolari minn diskrezzjoni, li fuqha tiġi eżerċitata biss verifika ġudizzjarja ristretta, fl-operazzjoni li tikkonsisti, la darba jkun ġie vverifikat li ġie sodisfatt wieħed mill-kriterji li fid-dawl tagħhom l-Artikolu 81(3) KE jippermetti li tiġi prevista eżenzjoni, li jitwettaq il-bilanċ bejn il-vantaġġi mistennija ta’ l-implementazzjoni tal-ftehim u l-inkonvenjenti involuti għall-konsumatur finali minħabba l-impatt tiegħu fuq il-kompetizzjoni, bilanċ li jieħu l-forma ta’ bbilanċjar fir-rigward ta’ l-interess ġenerali evalwat fil-livell komunitarju.

245    Min-naħa l-oħra, il-kontroll imwettaq fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni jsir eskluzivament fir-rigward ta’ l-elementi ta’ fatt u tad-dritt eżistenti fid-data ta’ l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà offerta lill-partijiet, fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom ta’ difiża, li jikkompletawhom permezz ta’ elementi ta’ prova wara dik id-data, iżda magħmula speċifikament sabiex dik id-deċiżjoni tiġi attakkata jew difiża (ara punt 58 iktar ’il fuq).

246    F’dan il-każ partikolari, jirriżulta li l-elementi ta’ prova ma kienux jeżistu fid-data ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni u ma kienux magħmula speċifikament għall-finijiet li jiġu attakati jew li jiġu defenduti f’dak li hija tiddeċiedi għar-rifjut tat-talba ta’ eżenjoni ta’ GSK, b’mod partikolari l-informazzjoni fattwali għall-perijodu 2001/2005 u l-istudji intitolati "Benefits to Payers and Patients from Parallel Trade", magħmula mill-York University f’Mejju 2003, "The Economic Impact of Pharmaceutical Parallel Trade in European Member States : A Stakeholder Analysis", magħmula mil-London School of Economics and Political Sciences f’Jannar 2004, u "Parallel Imports and the Pricing of Pharmaceutical Products : Evidence from the European Union", magħmula minn M. Ganslandt u K. E. Maskus fi Frar 2004, huma, kif il-Kummissjoni ġustament sostniet fir-risposti tagħha għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Qorti tal-Prim’Istanza u fis-seduta, sabiex mill-bidu jkunu evitati dibattiti.

b)     Fuq il-prova ta’ l-eżistenza ta’ gwadann ta’ effikaċja

247    Sabiex tkun possibbli eżenzjoni skond l-Artikolu 81(3) KE, ftehim irid jikkontribwixxi sabiex tittejjeb il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni tal-prodotti jew sabiex jiġi promoss il-progress tekniku jew ekonomiku. Dik il-kontribuzzjoni ma tidentifikax ruħha għall-vantaġġi kollha li l-intrapriżi parteċipanti f’dak il-ftehim jiksbu fir-rigward ta’ l-attività tagħhom, iżda għal vantaġġi oġġettivi kunsiderevoli, ta’ tip li jikkumpensa l-inkonvenjenti li jirriżultaw għall-kompetizzjoni (ara, għall-kontribuzzjoni għat-titjib tal-produzzjoni jew tad-distribuzzjoni, is-sentenza Consten u Grundig vs Il-Kummissjoni, punt 110 iktar 'il fuq, p. 502 u 503; is-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza tat-8 ta’ Ġunju 1995, Langnese-Iglo vs Il-Kummissjoni, T‑7/93, Ġabra p. II‑1533, punt 180, u s-sentenza Van den Bergh Foods vs Il-Kummissjoni, punt 201 iktar 'il fuq, punt 139; ara wkoll, għall-kontribuzzjoni għall-promozzjoni tal-progress, is-sentenza Matra Hachette vs Il-Kummissjoni, punt 233 iktar 'il fuq, punti 108 sa 111).

248    Għalhekk, fl-ewwel lok hija l-Kummissjoni li trid teżamina jekk l-argumenti ta’ fatt u l-elementi ta’ prova li huma ppreżentati lilha juru, b’mod konvinċenti, li l-ftehim in kwistjoni jrid jippermetti li jikseb il-vantaġġi oġġettivi kunsiderevoli (ara, f’dan is-sens, sentenza Metro I, punt 109 iktar 'il fuq, punt 43; sentenza Metro I I, punt 58 iktar 'il fuq, punt 55; is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza M6 et vs Il-Kummissjoni, punt 171 iktar 'il fuq, punt 143, u tal-21 ta’ Marzu 2002, Joynson vs Il-Kummissjoni, T‑231/99, Ġabra p. II‑2085, punti 48 u 49), peress li dawn setgħu jseħħu mhux biss fis-suq, iżda wkoll fi swieq oħra (sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-28 ta’ Frar 2002, Compagnie générale maritime et vs Il-Kummissjoni, T‑86/95, Ġabra p. II‑1011, punt 343).

249    Dak il-pass setgħa jimplika analiżi prospettiva, f’liema każ jeħtieġ li jiġi stabbilit jekk, fid-dawl ta’ l-argumenti ta’ fatt u ta’ l-elementi ta’ prova fornuti, jidher aktar probabbli, kemm jekk il-ftehim in kwistjoni jrid jippermetti vantaġġi oġġettivi kunsiderevoli, kemm jekk dan mhuwiex il-każ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Compagnie générale maritime et vs Il-Kummissjoni, punt 248 iktar 'il fuq, punt 365, u s-sentenza Van den Bergh Foods vs Il-Kummissjoni, punt 201 iktar 'il fuq, punt 143; ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza Tetra Laval vs Il-Kummissjoni, punt 242 iktar 'il fuq, punti 42 u 43, u s-sentenza General Electric vs Il-Kummissjoni, punt 242 iktar 'il fuq, punt 64).

250    Fit-tieni lok, f’dan il-każ partikolari hija l-Kummissjoni li trid tevalwa jekk dawn il-vantaġġi oġġettivi kunsiderevoli huma ta’ tip li jikkumpensaw l-inkonvenjenti identifikati għall-kompetizzjoni fil-kuntest ta’ l-eżami mwettaq fir-rigward ta’ l-Artikolu 81(1) KE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Van Landewyck et vs Il-Kummissjoni, punt 186 iktar 'il fuq, punti 183 sa 185).

251    F’dan il-każ partikolari, GSK issostni li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ għandhom jippermettu li jinkisbu vantaġġi li jittiżultaw kemm fl-ammont tas-suq in kwistjoni, li tiffavorixxi l-innovazzjoni, kif ukoll f’dan is-suq stess, li tottimizza d-distribuzzjoni tal-prodotti mediċinali. Dawn is-swieq jikkorrispondu għal stadji differenti tal-katina ta’ valur, il-konsumatur finali li huwa suġġett li jibbenefika minn dawk il-vantaġġi huwa l-istess.

252    Għalhekk jeħtieġ li jiġi stabbilit mill-bidu jekk il-Kummissjoni setgħet tikkonkludi li l-argumenti ta’ fatt u l-elementi ta’ prova ta’ GSK, fejn l-eżami jimplika analiżi prospettiva, ma jurix, b’ammont suffiċjenti ta’ probabbiltà, li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ kellu jippermetti l-ksib ta’ vantaġġ oġġettiv kunisderevoli ta’ tip li jikkumpensa l-inkonvenjent li jiġi kkawżat lill-kompetizzjoni, favur l-innovazzjoni.

 Fuq l-eżistenza ta’ vantaġġ oġġettiv kunsiderevoli

253    Fir-rigward tal-kritiki ta’ GSK, fl-ewwel lok jeħtieġ li jiġu ppreżentati l-argumenti ta’ fatt u l-elementi ta’ prova li jsaħħu t-talba tagħha ta’ eżenzjoni fuq dan il-punt, imbagħad, fit-tieni lok, li jiġi kkontrollat il-mod fejn il-Kummissjoni teżaminhom.

254    Fl-ewwel lok, il-premessa 90, 92 sa 99, 151 u 154 tad-Deċiżjoni, kif ukoll il-premessi 64 sa 68 tad-Deċiżjoni, li jirreferu għalihom, jirreferu fil-qosor għal argumenti ppreżentati minn GSK sabiex tikkonvinċi lill-Kummissjoni li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ kellhom jippermettu li tiġi ffavorita l-innovazzjoni.

255    B’hekk kif jirriżulta mid-Deċiżjoni, dawk l-argumenti huma bbażati fuq żewġ punti ċentrali, interament assoċjati u madankollu distinti. Minn naħa, kif tindika l-ewwel frażi tal-premessa 154 tad-Deċiżjoni, il-kummerċ parallel tal-prodotti mediċinali kkumerċjalizzati minn GW fi Spanja jipperikola telf ta’ effiċjenza għall-kompetizzjoni bejn il-marki, fejn il-kapaċità ta’ innovazzjoni ta’ GSK hija dagħjfa. Min-naħa l-oħra, kif jesponu t-tieni u t-tielet frażijiet ta’ l-istess premessa, l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jipperikola gwadann ta’ effikaċja għall-kompetizzjoni bejn il-marki, fejn jippermettila s-saħħaħ il-kapaċità ta’ innovazzjoni ta’ GSK.

256    Kif jirriżulta wkoll mid-Deċiżjoni, dawn iż-żewġ punti ċentrali ta’ raġunament huma żviluppati fin-notifika ta’ GW, fin-notifika sussegwenti ta’ GSK u, l-aktar, f’ċertu numru ta’ elementi ta’ prova ta’ tip ekonomiku jew ekonometriku ppreżentati minn GSK fil-proċedura amministrattiva, b’mod partikolari bħala risposta għall-komunikazzjoni ta’ l-ilmenti tal-Kummissjoni. Dawn l-elementi ta’ prova ġew sottomessi fl-atti, il-parti l-kbira tagħhom għan-noti ta’ GSK, fejn huma jsostnu u jikkumplimentaw il-kontenut, u għar-risposti l-oħra għall-organizzazzjoni tal-proċedura. Huma d-dokumenti segwenti:

–        l-istudju intitolat "Glaxo Wellcome’s Spanish Pricing System : The Need for a New Approach to Parallel Imports", magħmul mil- London Economics;

–        l-istudju intitolat "Pharmaceutical Pricing in the EU – A note in response to the European Commission’s Statement of objections concerning GlaxoWellcome’s Spanish Pricing Agreements", magħmul mill-Frontier Economics;

–        l-istudju intitolat "The Adverse Effects of Parallel Imports on Consumer Welfare", magħmul mill-Professur P. Rey;

–        l-istudju intitolat "The Effects of Parallel Imports on Social Welfare I : Critique", magħmul mill-Frontier Economics;

–        l-istudju intitolat "The Effects of Parallel Imports on Social Welfare II : Critique", magħmul mill-Professur P. Rey;

–        il-preżentazzjoni intitolata "Glaxo Wellcome’s R&D budgeting process", magħmula minn A. Baxter.

257    Jirriżulta mill-qari flimkien tad-Deċiżjoni u tad-dokumenti l-oħra ċċitati fil-punt preċedenti li l-argumenti ta’ GSK, għalkemm jinsabu f’dokumenti differenti, kif ukoll il-preżentazzjoni tagħhom tista’ tvarja u li l-kontenut tagħhom jista’ jkun aktar jew inqas żviluppat, fir-rigward b’mod partikolari ta’ l-aspett tal-komunikazzjoni ta’ l-ilmenti kkritikati mid-dokument li jikkontjenihom, huma, fl-essenza tagħhom, is-segwenti.

258    Minn naħa, skond id-dokumenti sottomessi minn GSK, il-kummerċ parallel ta’ prodotti mediċinali kkumerċjalizzati fi Spanja minn GW jipperikola telf ta’ effikaċja. Fil-fatt :

–        is-settur tal-prodotti mediċinali taħt privattiv u kopert minn sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard u kkaratterizzat mill-fatt li l-innovazzjoni tammonta għall-parametru li jiddetermina l-kompetizzjoni bejn id-ditti;

–        l-innovazzjoni hija assigurata b’livell ta’ nfiq fir-R&D kemm sostanzjali u superjuri għal dak li jikkaratterizza l-parti l-kbira ta’ l-industriji l-oħra; fil-każ ta’ GSK, dan l-infiq jirrapreżenta ċirka 14 % tal-fatturat, jiġifieri ċirka 1,3 billjun GBP;

–        l-investiment fir-R&D ikun jiswa ħafna, riskjuż u għat-tul, huwa prinċipalment iffinanzjat minn fondi propji, milli minn self; fil-każ ta’ GSK, huwa ffinanzjat eskluzivament minn fondi propji;

–        l-iffinanzjar tar-R&D ġej, minn naħa, mid-dħul attwali u, minn-naħa l-oħra, mid-dħul imnaqqas; fil-każ ta’ GSK, il-multiplikazzjoni tal-kapaċità tagħha ta’ finanzjament minn 230 fis-snin 1980 u 1990 kien possibbli minħabba l-eżistenza tal-prodotti mediċinali ta’ suċċess kbir, b’mod partikolari z-Zantac, li jammonta għal 40 % tal-profitti tagħha mondjali sa’ l-1994;

–        il-kummerċ parallel għandu bħala effett li jnaqqas dħul tal-kumpannija farmaċewtika kkonċernata (skematikament, għal kull unità mibjugħa bi prezz 100 fil-pajjiż ta’ oriġini jikkorrespondi ma’ unità mhux mibjugħa bi prezz 100 + n fil-pajjiż ta’ destinazzjoni) u, b’hekk, li jkun ta’ ostakolu għall-possibbiltà li jiġi applikat, għal bejgħ kollu magħmul f’kull suq nazzjonali, prezz ottimali, jiġifieri prezz stabbilit abbażi tal-preferenzi tiegħu għal kull Stat Membru;

–        dan l-impatt huwa kkonċentrat fuq ċerti prodotti u fuq ċerti swieq ġeografiċi; fil-każ ta’ GSK, it-telf jolqot prinċipalment ċerti prodotti mediċinali kkunsmati fir-Renju Unit;

–        dan l-impatt huwa kunsiderevoli, fid-dawl ta mid-differenza sinjifikattiva li teżisti bejn il-prezzijiet fis-seħħ fl-Istati membri differenti tal-Komunità; b’mod partikolari, id-differenza eżistenti bejn il-prezz Spanjol u l-prezz Ingliż kienu fl-1998, għat-tmien prodotti mediċinali prinċipalment previsti (punt 11 iktar ’il fuq), f’minimu ta’ 21 % u massimu ta’ 132 %;

–        f’dak ir-rigward, GSK fornit stimi kunfidenzjali relattivi għal nuqqas ta’ qligħ ikkawżat mill-kummerċ parallel li joriġina mill-Istati Membri flimkien, immirat lejn ir-Renju Unit u relattiv għall-prodotti mediċinali tagħha flimkien, kif ukoll għal nuqqas ta’ qligħ ikkawżat mill-kummerċ parallel li joriġina minn Spanja, immirat lejn ir-Renju Unit u relattiv għal tmien prodotti mediċinali prinċipalment previsti, għas-snin 1996, 1997 u 1998;

–        il-kummerċ parallel għandu wkoll bħala effett li jnaqqas l-ammont li GSK hija awtorizzata li tnaqqas, abbażi ta’ l-investimenti tagħha għal R&D, ta’ l-ammont ta’ profitti kkunsidrati sabiex jiġi stabbilit jekk teċċediex ir-rata massima ta’ redditu fuq l-investimenti ffissati minn National Health Service; f’dan ir-rigward, GSK fornit stimi kunfidenzjali ta’ l-ammont ta’ tnaqqis ikkawżat mill-kummerċ parallel ta’ l-oriġini kollha u mill-kummerċ parallel ta’ oriġini Spanjol, fl-1998;

–        il-fatt li l-kumpannija farmaċewtika tkompli, minn naħa l-oħra, tagħmel profitti apparentement kunsiderevoli ma tnaqqasx ir-rilevanza ta’ dawn l-argumenti, fejn jeħtieġ li jittieħed in kunsiderazzjoni l-metodu ta’ kontabilità ta’ l-investimenti ta’ R&D, ta’ kif jitqassmu fiż-żmien, ta’ l-ispejjeż medji tagħhom u tal-livell ta’ riskju li huma jippreżentaw;

–        il-kummerċ parallel fl-aħħar nett għandu bħala effett li jnaqqas l-kapaċitajiet ta’ finanzjament tar-R&D; f’dak ir-rigward, GSK forniet stimi kunfidenzjali relattivi għall-persentaġġ tal-profitti tagħha qabel it-taxxi li hija terġa tinvesti fir-R&D u għat-tnaqqis tal-baġit tagħha ta’ R&D li għalih jikkorrispondu t-telf tad-dħul ikkawżati mill-kummerċ parallel li joriġina minn Spanja, destinat għar-Renju Unit u dwar tmien prodotti mediċinali prinċipalment previsti, għas-snin 1996-1998;

–        il-fatt li dak it-tnaqqis ikun kwantitattivament limitat ma jnaqqasx ir-rilevanza minn dan l-argument, fejn huwa biss il-każ ta’ l-impatt tal-kummerċ parallel oriġinarju minn Spanja, destinat għar-Renju Unit u dwar tmien prodotti mediċinali prinċipalment previsti bejn l-1996 u l-1998, u fejn tnaqqis kwantitattivament limitat jista’ fi kwalunkwe każ ikollu effetti kwalitattivi kunsiderevoli, b’mod partikolari billi jkunu abandunati proġetti inqas ta’ gwadann jew aktar riskjużi; GSK telenka disa’ proġetti abbandunati minħabba dan il-fatt;

–        min-naħa l-oħra, il-kummerċ parallel għandu ftit effetti pożittivi, il-kummerċjanti paralleli jwettqu ftit kompetizzjoni fil-prezzijiet u fir-rigward tagħhom tkun ikkonservata parti sostanzjali tad-differenza eżistent bejn il-prezz fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ oriġini u l-Istat Membru tad-destinazzjoni, il-pressjoni għal tnaqqis tal-prezzijiet ikun imnaqqas u l-konsumatur finali jibbenefika b’mod definittiv b’mod limitat.

259    Min-naħa l-oħra, skond id-dokumenti prodotti minn GSK, l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jipperikola gwadann ta’ effikaċja. Fil-fatt :

–        l-ispiża tar-R&D hija globali u magħquda f’dan is-sens li jikkorrispondi ma’ attività li hija mwettqa fuq livell mondjali u mhux, għal parti kunsiderevoli, speċifikament attribwibbli għal sit ta’ produzzjoni jew għal prodott;

–        il-kumpanniji farmaċewtiċi m’għandhomx kontroll tal-prezzijiet tagħhom fil-parti l-kbira ta’ l-Istati Membri; huma jaċċettaw li jaqdu suq nazzjonali peress li l-prezz iffisat mill-awtoritajiet pubbliċi jippermettulhom li jkopru l-ispiża marġinali tagħhom, iżda huma għandhom xorta jirnexxilhom ikopru f’daqqa, fejn jistgħu l-ispiża globali tagħhom ta’ R&D;

–        is-sistema tal-prezz differenzjat previst fl-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jippermetti li tkun koperta l-ispiża ta’ R&D fejn ikun garantit li l-prezzijiet ikunu ffissati, fuq kull suq nazzjonali, għal-livel korrispondenti għall-preferenzi tal-konsumatur finali, jiġifieri fid-definittiv ta’ l-Istat Membru kkonċernat; b’mod partikolari, jippermettila li tipprevjeni li l-prezz iffissat mir-Renju ta’ Spanja ma jiġix esportat għar-Renju Unit;

–        il-pressjoni għolja kompetittiva permezz ta’ l-innovazzjoni li hemm fis-settur jiggarantixxi li GSK iġġib ruħha bħal operatur ekonomiku razzjonali li jittrasforma, fejn meħtieġ, il-profitti addizzjonali tiegħu f’investimenti ta’ R&D.

260    Fit-tieni lok, il-Kummissjoni kkunsidrat, fil-premessi 151, 154, 155 u 169 tad-Deċiżjoni, li ma kienx muri li l-kummerċ parallel kellu effett negattiv fuq l-attivitajiet ta’ R&D ta’ GSK, u, fi kwalunkwe każ, li ma kienx ġie muri li l-kummerċ parallel kellu effett negattiv kunsiderevoli fuq dawk l-attivitajiet.

261    B’hekk, il-Kummissjoni essenzjalment eżaminat, fil-premessi 157 sa 168 tad-Deċiżjoni, jekk kien muri li l-kummerċ parallel jipperikola li jkun hemm telf ta’ effikaċja, domanda li għaliha tat risposta fin-negattiv. Għalhekk, hija ma kkunsidratx neċessarju li jiġi eżaminat fid-detall jekk kien muri li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jipperikola minn naħa tiegħu gwadann ta’ effikaċja, dik id-domanda kienet tittrattata biss kull tant żmien fil-premessa 156 tad-Deċiżjoni.

262    Issa, fir-rigward tar-rilevanza ta’ l-argumenti ta’ fatt u ta’ l-elementi ta’ prova preżentati minn GSK, l-eżami magħmul mill-Kummissjoni għat-telf ta’ effikaċja konnessa mal-kummerċ parallel, sal-livell ta’ dak it-telf ta’ effikaċja u gwadann konness ma’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ ma jistax jitqies suffiċjenti sabiex jiġu sostnuti l-konklużjonijiet li għalihom il-Kummissjoni waslet għalihom fuq dawn il-punti.

–       Fuq ir-rilevaza ta’ l-argumenti ta’ fatt u ta’ l-elementi ta’ prova ppreżentati minn GSK

263    Jeħtieġ li jingħad li l-argumenti ta’ fatt ta’ GSK u l-elementi ta’ prova ppreżentati sabiex isosstnu dan jidhru rilevanti, affidabbli u probabbli, fir-rigward tal-kontenut tagħhom (sentenza Cimenteries CBR et vs Il-Kummissjoni, punt 83 iktar 'il fuq, punt 1838), li huwa stess huwa korroborat fuq numru ta’ aspetti importanti minn dokumenti maħruġa mill-Kummissjoni.

264    B’hekk, il-Komunikazzjoni COM(1998) 588 final, punt 135 iktar 'il fuq, essenzjalment ddedikata għat-tkabbir tas-suq wieħed fis-settur farmaċewtiku, li mhux ikkontestata hawnhekk, xorta tagħmel kundizzjoni r-relazzjoni eżistenti ta’ l-opinjoni tal-Kummissjoni, bejn l-innovazzjoni, il-kummerċ parallel u l-kompetizzjoni f’dan is-settur. Il-qari tagħha jippermetti li jiġi kkonstatat li, barra d-dikjarazzjoni ċċitata fil-punt 135 iktar ’il fuq dwar l-effett ambigwu tal-kummerċ parallel fuq il-benesseri tal-konsumatur finali, il-Kummissjoni sostniet hemmhekk dan li ġej:

–        l-industrija farmaċewtika hija bbażata fuq ir-riċerka (p. 3 u 11) u huwa ċar li hija twettaq, fis-settur tal-prodotti mediċinali taħt privattiv, kompetizzjoni ħarxa fuq il-livell ta’ l-innovazzjoni (p. 16), li jwassal għal wasla kontinwa ta’ prodotti ġodda fis-suq (p. 11); min-naħa l-oħra, hemm relattivament ftit kompetizzjoni dinamika fuq il-prezzijiet wara li l-prodotti jitpoġġew fis-suq għall-ewwel darba (p. 16);

–        l-industrija farmaċewtika għandha tħallas l-investimenti tar-R&D (p. 14) u għal dan il-għan għandha bżonn li tasal għal-livell ta’ redditu suffiċjenti sabiex tiddedika għar-R&D ir-riżorsi neċessarji għall-iżvilupp tal-prodotti innovattivi (p. 17 u 23);

–        peress li l-industrija farmaċewtika ewropea tkun settur industrijali qawwi, l-ammont ta’ investimenti Ewropej tar-R&D li ttriplaw fl-1997 ikkomparat mad-disa’ snin preċedenti, juri tnaqqis fil-kompetittivita apparenti, li jikkonferma sew li dik is-sitwazzjoni bdiet titbiddel; waħda mir-raġunijiet ta’ dik is-sitwazzjoni hija li r-redditu globali u r-rata tiegħu ta’ redditu finanzjarju jidher kunsidervolment aktar għoli fl-Istati Uniti milli fl-Unjoni Ewropea (p. 4 u 5);

–        sabiex tiffinanzja l-attivitajiet ta’ R&D, l-industrija farmaċewtika tfittex tagħmel profitt f’livell mondjali (p. 3);

–        jeżistu differenzi kunsiderevoli bejn l-Istati Membri, kemm fuq il-livell tal-kundizzjonijiet makro‑ekonomiċi ġenerali (b’mod partikolari d-dħul u s-sinjurija nazzjonali għal kull abitant) għal dak li jikkonċerna s-sistemi tas-saħħa; hemm jidher li hemm relazzjoni pożittiva stabbilita tajjeb bejn l-ispejjeż tas-saħħa u d-dħul, għalkemm dik ir-relazzjoni mhix perfetta (p. 5);

–        jeżistu wkoll differenzi kunsiderevoli bejn l-Istati Membri mill-perspettiva tal-prezzijiet, li jistgħu jiġu spjegati b’ċertu numru ta’ fatturi; wieħed mill-fatturi responsabbli għal dawn id-differenzi jidher li hu l-livell li permezz tiegħu l-Istati Membri rrikorrew għall-kontroll tal-prezzijiet, għalkemm jeżistu wkoll fatturi ekonomiċi bħall-inflazzjoni u l-varjazzjonijiet monetarji (p. 6);

–        f’dak ir-rigward, il-passaġġ għall-Euro għandu jikkontribwixxi għall-implementazzjoni ta’ ambjent aktar stabbli għall-pajjiżi parteċipanti għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM). Madankollu, ikunu iktar viżibbli d-differenzi tal-prezz fis-suq Ewropew eżistenti, li jista’ wkoll jinċita lill-grossisti u lill-ispiżjara sabiex iwettqu transazzjonijiet internazzjonali (p. 9);

–        ikun estremament diffiċli li jkun stabbilit livell ta’ prezz li jkun xieraq għall-Komunità kollha. Fil-fatt, l-għażla tal-livell baxx ikollu effett immedjat ta’ benefiċċju għall-għanijiet li jiġu kkontrollati l-ispejjeż tas-saħħa (għall-inqas fl-Istati fejn il-prezzijiet huma attwalment għolja), iżda jinvolvi tnaqqis kostanti tal-kontribuzzjoni Ewropea għall-isforz ta’ l-investiment fir-R&D farmaċewtika fuq livell mondjali, li jista’ jipprovoka fenomenu ta’ tneħħija ta’ investiment fl-ekonomija Ewropea. L-iffissar ta’ livell ta’ prezz għoli jkollu bħala effett li jillimita l-aċċess għall-kuri tal-konsumaturi u ta’ l-organizzazzjonijiet li jħallsu tal-pajjiżi li, minħabba kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali, m’għandhomx il-mezzi li jħallsu prezz bħal dan (p. 14);

–        l-impriżi farmaċewtiċi jippratikaw differenza fil-prezzijiet sabiex jieħdu in kunsiderazzjoni l-kapaċitajiet differenti tal-ħlas (p. 6).

265    Ċertament, dawn l-estratti relattivi għar-rwol ta’ l-innovazzjoni u ta’ l-effett għall-kummerċ parallel u ta’ differenza tal-prezzijiet fuq l-innovazzjoni mgħandhomx ikunu inklużi bħala li jfissru li l-argumenti ta’ fatt ta’ GSK huma neċessarjament b’bażi, jew li jagħtu imaġini kompluta u definittiva tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fuq dik id-domanda kumplessa. Madankollu, ma jonqosx li huma jikkorroboraw parti minn dawn l-argumenti u ta’ l-analiżi ekonomiċi li jidhru fl-elementi ta’ prova prodotti sabiex dawn jiġu sostnuti, b’hekk jattestaw l-affidabbiltà u l-probabbiltà tagħhom.

266    Fir-rispost tagħha għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Qorti tal-Prim’Istanza, il-Kummissjoni sostniet li l-Komunikazzjoni COM(1998) 588 final, punt 135 iktar 'il fuq, tindika wkoll li, minkejja d-differenzi importanti tal-prezz bejn l-Istati Membri, kien neċessarju li tiġi adotta attitudni konformi mal-prinċipji tas-suq indikat, li tagħmlu impossibbli li jiġi ġustifikat li jintużaw miżuri li għandhom bħala effett li jipperpetwaw jew li tiżdied il-frammentazzjoni tas-suq komuni skond il-fruntjieri nazzjonali (p. 23). Minbarra dan hija spjegat li d-Deċiżjoni kienet f’koerenza ma’ dak l-approċċ. Madankollu, dan l-argument ma jistax jittieħed in kunsiderazzjoni. Fil-fatt dan jippreżumi li ftehim li jipprovdi li l-prodotti mediċinali taħt privattiv u koperti mis-sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard jkunu mibjugħa bi prezzijiet differenti fi swieq ġeografiċi differenti, abbażi tal-preferenzi tal-konsumatur finali li jħallas l-ispejjeż, u f’kull sitwazzjoni mhuwiex suġġett li tibbenefika minn eżenzjoni. Issa, l-Artikolu 81 KE bl-ebda mod ma jipprevedi dan.

267    Fuq il-livell aktar ġenerali tat-teorija ekonomika, għandu jingħad li l-Kummissjoni pproduċiet, f’anness għar-risposta tagħha, l-"Executive Summary" ta’ studju datat it-8 ta’ Frar 1999, imwettaq minn NERA għan nom tad-Direzzjoni Ġenerali "Suq intern u servizzi finanzjarji" tal-Kommissjoni u intitolata "The Economic Consequences of the Choice of Regime of Exhaustion in the Area of Trademarks". Dan b’mod partikolari joħroġ il-kunsiderazzjonijiet li jidhru fil-paġna 5 ta’ dan, jikkorobora ċerti analiżi avvanzati fl-elementi ta’ prova fornuti mill-GSK dwar l-interess li soċjetà farmaċewtika jista’ jkollha sabiex tiddiferenzja l-prezzijiet li hija tapplika abbażi tas-suq li fih il-prodotti mediċinali tagħha huma kummerċjalizzati u ta’ preferenzi proprji għall-konsumaturi finali.

268    F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni, li hija stess wara analiżi stabbiliet is-sistema tal-prezzijet differenti implementata mill-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ bħala li huma diskriminatorji minħabba d-destinazzjoni tal-prodotti mediċinali kkonċernati (punt 174 iktar ’il fuq), fil-kuntest ta’ l-eżami li hija wettqet skond l-Artikolu 81(1) KE, ma tistax tistenna, kif hija tagħmel fir-risposti tagħha għall-mistoqsijiet bil-mikub tal-Qorti tal-Prim’Istanza, li dik il-mistoqsija mhix rilevanti fil-kuntest ta’ l-eżami li jwassal għat-titolu ta’ l-Artikolu 81(3) KE. Ma jkunx ta’ vantaġġ li jkun sostnut li GSK ma invokatx dan fil-proċedura amministrattiva jew fil-proċedura preżenti. Għal kuntrarju, waqt li ripetutament tgħid li hija għanda l-intenzjoni li tostakola li l-prezzijiet li huma mposti minnha fi Spanja jkunu esportati lejn ir-Renju Unit, GSK tirreferi partikolarment għall-idea li skond din hija tixtieq tpoġġi fis-seħħ prezzijiet differenzjati sabiex jiġi ggarantit li l-bejgħ li hija twettaq fir-Renju Unit jsir kollu bil-prezz li dak l-Istat Membru jippermettila li tapplika u mhux bil-prezz li r-Renju ta’ Spanja jimponi fuqa.

–       Fuq it-telf ta’ l-effikaċja konnessa mal-kummerċ parallel

269    Jeħtieġ li jingħad li l-konklużjoni li skond din mhuwiex muri li l-kummerċ parallel jipperikola telf ta’ effikaċja fejn jaltera l-kapaċità ta’ innovazzjoni ta’ GSK tibbaża ruħa fuq eżami, li jidher fil-premessi 155 sa 161 tad-Deċiżjoni, li ma jieħdux in kunsiderazzjoni l-argumenti ta’ fatt flimkien u ta’ elementi ta’ prova rilevanti ppreżentati minn GSK, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni fin-noti tagħha, u mhux sostnuta minn elementi konvinċenti. Issa, jekk ma jaqax evidentement fuq il-Kummissjoni sabiex teżamina l-integralità ta’ l-argumenti li huma fornuti lilha, min-naħa l-oħra hija trid, skond il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 236 u 242 iktar ’il fuq, li teżamina adegwatament dak kollu li huwa rilevanti u, skond il-bżonn, li tirrifjuthom permezz ta’ l-elementi xierqa sabiex issostni l-konklużjoni tagħha.

270    In ġenerali, dawn l-argumenti jgħidu li l-problema kompetittiva li għaliha GSK kienet konfrontata biha u s-soluzzjoni li hija kienet fittxet kienet, skond hi, s-segwenti.

271    L-ewwel nett, is-settur tal-prodotti mediċinali huwa kkaratterizzat minn l-importanza tal-kompetizzjoni permezz ta’ l-innovazzjoni. Ir-R&D hemmhekk hija għalja u riskjuża. L-ispiża tagħha hija kemm spiża fissa (dan mhuwiex konness man-numru tal-prodotti mediċinali mibjugħa), spiża konġunta (dan jaffettwa l-ammont tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni u mhix in parti marbuta ma’ prodott mediċinali jew ieħor) u spiża globali (mhux marbuta ma pajjiż speċifiku). Il-finanzjament tiegħu jsir l-aktar spiss fuq fondi proprji milli permezz ta’ self. Dan għalhekk jeħtieġ influss ta’ dħul ottimu. L-ottimiżżar tad-dħul jista’ jkun assigurat mill-adatazzjoni tal-prezz tal-prodotti mediċinali skond il-preferenzi tal-konsumaturi finali, meta dawn huma differenti. Id-differenza fil-prezzijiet għalhekk tippermetti li tiġi rkuprata l-ispiża ta’ R&D mill-konsumaturi finali li huma lesti li jħalsu. Dik il-prattika tal-prezz differenzjat, ippreżentata hawnhekk taħt forma simplifikata, u magħrufa mill-ekonomisti bl-isem ta’ "Ramsey Pricing" (prezz ta’ Ramsey).

272    Fit-tieni lok, l-implementazzjoni ta’ dik il-prattika fis-settur tal-prodotti mediċinali hija kkaratterizzata minn ċerti karatteristiċi partikolari. Peress li l-prodotti mediċinali huma protetti minn privattiv, il-prezz tagħhom jista’ jkun mantnut, fl-interess partikolari tal-produttur, għal livell għola mill-ispiża marġinali tul il-validità tal-privattiv. Madankollu, peress li dawn l-istess prodotti mediċinali huma koperti mis-sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard, il-prezz tagħhom irid, direttament (kontroll tal-prezzijiet) jew indirettament (kontroll tal-profitti), fl-interess ġenerali jinżamm għal-livell li mhuwiex eċċessivament għola mill-ispiża marġinali. Il-miżura ta’ dak l-eċċess jirrefletti l-preferenza tal-konsumatur finali, jiġifieri essenzjalment is-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard. Jekk dan huwa relattivament kunsiderevoli għall-prezz tal-prodott mediċinali, l-eċċess għandu t-tendenza li jkun limitat; jekk huwa relattivament insensibbli għal dak il-prezz, l-eċċess għandu t-tendenza li jkun kunsiderevoli. Fil-prattika, dan il-livell ta’ sensibiltà huwa funzjoni tal-parametri differenti, bħal livell tal-ħajja jew ta’ l-istat tal-finanzi pubbliċi. Il-porzjoni ta’ l-ispiża tar-R&D irkuprata mill-produtturi tal-prodotti mediċinali għalhekk tvarja minn Stat Membru għal ieħor, abbażi tad-dħul li l-prezzijiet fis-seħħ jippermettu li jiksbu. F’dan il-każ partikolari, huwa mir-Renju Unit li GSK tista’, fid-dawl ta mil-leġiżlazzjoni applikabbli, tirkupra l-parti globali u konġunta ta’ l-ispiża tagħha ta’ R&D.

273    Fit-tielet lok, il-kummerċ parallel għandu bħala effett li jnaqqas dawn id-dħul, f’mezz inċert iżda reali. Dik il-prattika, magħrufa mill-ekonomisti taħt l-isem ta’ "free riding" (parasitiżmu) hija kkaratterizzata mill-fatt li l-intermedjarju minħabba r-rwol li huwa għandu tradizzjonalment fil-katina ta’ valur sabiex jittrasforma ruħu f’arbitru u b’hekk jikseb minn naħa l-part l-aktar kbira tal-profitt. Il-leġittimità ta’ dak it-trasferiment ta’ rikezza tal-produttur lejn l-intermedjarju ma jinteressax, fiħ innifsu, id-dritt tal-kompetizzjoni, li jippreokkupa ruħu biss dwar l-effett fuq il-benesseri tal-konsumatur finali. Fejn l-intermedjarju jipparteċipa fil-kompetizzjoni bejn il-marki, il-kummerċ parallel jista’ jkollu effett li jifavorixxi l-kompetizzjoni. Madankollu, fis-settur tal-prodotti mediċinali, dik l-attività tippreżenta ruħha f’ottika partikolari, peress li hija ma tinkludix valur miżjud kunsiderevoli għall-konsumatur finali.

274    Fir-raba’ lok, l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ għandhom l-għan li jottimiżżaw id-dħul u sabiex jinnewtraliżżaw il-kummerċ parallel. Huwa jillimita l-possibbiltà offerta qabel lill-grossisti ta’ GW li jbiegħu, barra minn Spanja l-prodotti mediċinali mixtrija bil-prezz stabbilit fid-dawl tal-kopertura mis-sistema Spanjola ta’ assigurazzjoni għall-mard. Dan għalhekk jippermetti li l-bejgħ li jseħħu fi Stati Membri oħra jsiru bi prezz stabbilit fid-dawl tal-kopertura mis-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard rispettiva. Iż-żamma tal-profitt mill-produttur jipperikola probabbilment gwadann ta’ effikaċità kkomparat mas-sitwazzjoni li fiha l-profitt huwa maqsum ma’ l-intermedjarju, peress li l-produttur razzjonali li jista’ jiggarantixxi l-profittabiltà ta’ l-innovazzjonijiet tiegħu u li jopera f’settur ikkaratterizzat minn kompetizzjoni ħajja permezz ta’ l-innovazzjoni bl-interess kollu li jerġa jinvesti għall-inqas parti mill-profitt żejjed fl-innovazzjoni.

275    Issa, l-istruttura stess tal-premessi 155 sa 161 tad-Deċiżjoni tiżvela li l-Kummissjoni, wara li kienet rikonoxxiet l-importanza tal-kompetizzjoni mill-innovazzjoni fis-settur in kwistjoni, naqqset milli tagħmel hi stess eżami rigoruż ta’ l-argumenti fattwali u ta’ l-elementi ta’ prova preżentati minn GSK dwar in-natura ta’ l-investimenti fir-R&D, tal-karatteristiċi tal-finanzjament tar-R&D, tal-kapaċità ta’ finanzjament tar-R&D, ta’ l-effett tal-kummerċ parallel fuq dan u tal-leġiżlazzjoni applikabbli, sabiex iżomm, kif tindika l-premessa 155 tad-Deċiżjoni, ma’ l- osservazzjonijiet, li huma għall-inqas parżjali u, kif issostni ġustament GSK, ftit rilevanti jew konvinċenti.

276    Ommissjoni bħal din hija partikolarment gravi meta l-Kummissjoni hija msejħa tistabbilixxi jekk il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) KE huma sodisfatti fil-qafas ta’ kuntest ġuridiku u ekonomiku, bħal dak li jikkaraterizza s-settur farmaċewtiku, jew kif topera l-kompetizzjoni hija mxekkla minħabba l-preżenza tal-leġiżlazzjonijiet statali. Fil-fatt, dik iċ-ċirkustanza timponi lill-Kummissjoni li teżamina b’attenzjoni partikolari l-argumenti u l-elementi ta’ prova li tippreżentala l-persuna li tipprevali mill-Artikolu 81(3) KE.

277    B’hekk, l-ewwel frażi tal-premessa 157 tad-Deċiżjoni, iddedikata lill-fatturi li wasslu għad-deċiżjonijiet relattivi għar-R&D, tibbaża ruħha fuq waħda mill-istudji ekonomiċi li jidhru fl-atti, iżda huma qraw fuq fuq u b’mod ftit konvinċenti. Ċertament, dan l-istudju effettivament jindika li l-kummerċ parallel mhuwiex il-fattur bażiku prinċipali għad-deċiżjonijiet dwar ir-R&D. Madankollu, hija żżid ukoll li dawn id-deċiżjonijiet huma meħuda, b’mod partikolari, abbażi tal-livell ġenerali tal-benefiċċji kurrenti jew tar-redditu mnaqqas tal-prodotti li qedin fil-proċess li jiġu żviluppati, kif turi t-tieni frażi ta’ l-istess premessa. Issa, dawn huma fatturi li dwarhom GSK sostniet li l-kummerċ parallel għandu effett negattiv, kif il-Kummissjoni taċċetta t-tielet frażi ta’ l-istess premessa. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma setgħetx tonqos milli tapprofondixxi l-eżami tagħha f’dan ir-rigward, fid-dawl ta’ l-elementi ta’ prova ppreżentati mill-bidu.

278    Minn naħa tagħha, il-kontinwazzjoni tal-premessa 157 tad-Deċiżjoni, li tillimita ruħha li tevoka l-possibbiltajiet li GSK ikollha sabiex tirrispondi għat-telf ta’ l-effikaċja li jista’ jikkawża l-kummerċ parallel fejn jitnaqqsu titoli oħra tal-baġit jew fejn jintużaw parti sostanzjali mill-profitti tagħha, ma jikkunsidrax l-argumenti li skond dawn GSK għandha l-interess kollu li tinvesti fir-R&D, minħabba l-fatt tal-vivaċità tal-kompetizzjoni bejn il-marki, li jibbaża fuq l-innovazzjoni, u jinsab fl-impossibiltà li jiġi rkuprat l-frott kollu ta’ dak l-investiment, sabiex jiġi investit mill-ġdid fir-R&D, minħabba l-kummerċ parallel. Minbarra dan hija tinsa l-argumenti ta’ GSK li skond dawn l-importanza tal-profitti għandu jkun moderat fid-dawl ta mill-metodu ta’ kontabilità tagħhom.

279    F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-domanda dwar il-livell ta’ korrelazzjoni bejn il-kummerċ parallel u r-R&D ma jistax ikun trattat mingħajr aktar approfondiment u lanqas ma jkun sodisfatt b’konklużjoni konċiża li skond din mhuwiex muri li teżisti rabta tal-kawża għall-effett bejn il-kummerċ parallel (jew il-limitazzjoni tagħha) u r-R&D, kif isosstnu l-premessi 151, 154, 155 u 159 tad-Deċiżjoni.

280    Wara li l-Kummissjoni wriet diżapprovazzjoni, fin-noti tagħha, għall-ambigwità tat-termini tal-premessa 169 tad-Deċiżjoni, sabiex tispjega li GSK ma kenitx wriet, lanqas l-eżistenza ta’ rabta bejn l-Artikolu 4 tal- kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ u l-gwadann ta’ l-effikaċja li hija kienet qed tistenna, iżda dik ta’ rabta diretta bejn dawk iż-żewġ elementi, jeħtieġ li jingħad li dak l-argument, invokat fl-aħħar lok fis-seduta, ma jistax jiġi kkunsidrat. Fil-fatt, dik id-distinzjoni ma tidhirx fil-premessi 155 sa 161 tad-Deċiżjoni, li għalihom tagħmel referenza l-premessa 169, peress li din tikkonkludi ċarament ir-rabta bejn il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ u l-kontribuzzjoni għall-promozzjoni tal-progress tekniku. Minbarradan, dik id-distinzjoni mhix prevista mill-Artikolu 81(3) KE, li jippermetti li jeżenta l-ftehim li jipproduċu gwadann ta’ effikaċja mingħajr ma tiġi stabbilita distinzjoni li skond din dan l-effett huwa dirett jew indirett, u fil-prinċipju wieħed ma jkunx jista’ jiddistingwi fejn it-trattat ma jiddistingwix (sentenza Consten u Grundig vs Il-Kummissjoni, punt 110 iktar 'il fuq, p. 493). Skond il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 247 u 248 iktar ’il fuq, kull vantaġġ li jkollu l-forma ta’ gwadann ta’ effikaċja għalhekk irrid jittieħed in kunsiderazzjoni, bil-kundizzjoni li jkun oġġettiv u kunsiderevoli, u li l-eżistenza tiegħu jkun muri b’mod konvinċenti.

–       Fuq il-livell tat-telf ta’ effikaċja konness mal-kummerċ parallel

281    Jeħtieġ li jingħad li l-konklużjoni sussidjarja li skond din fl-ebda mod ma kien muri li l-kummerċ parallel jipperikola telf ta’ effikaċja kunsiderevoli fejn tiġi alterata l-kapaċità ta’ innovazzjoni ta’ GSK mhuwiex sostnut b’mod konvinċenti u li l-eżami li fuqu hija bbażata, li tidher fil-premessi 159 u 162 sa 168 tad-Deċiżjoni, ma jieħux in kunsiderazzjoni l-elementi rilevanti mressqa f’daqqa f’dan ir-rigward. Essenzjalment, jirriżulta minn dak l-eżami li t-telf ta’ l-effikaċja allegata minn GSK hija limitata, minn naħa, minn perspettiva temporanja, peress li hija tispjega ruħa inqas permezz tad-differenzi fil-prezzijiet marbuta ma’ l-eżistenza tal-leġiżlazzjonijiet differenti fl-Istati Membri tal-Komunità, kif jindikaw il-premessi 162 u 163 tad-Deċiżjoni, kif ukoll permezz tal-varjazzjonijiet monetarji li seħħew bejn 1996 u 1998, kif jindikaw il-premessi 164 sa 166 tad-Deċiżjoni. Jirriżulta wkoll li hija limitata minn perspettiva materjali, kif jindikaw il-premessi 167 sa 169 tad-Deċiżjoni.

282    F’dan ir-rigward, indipendentement mill-fatt li l-prezzijiet Spanjoli ma jkunux kunsiderevolment inqas mill-medja komunitarja, li hija invokata fil-premessi 162 u 163 tad-Deċiżjoni u fejn ir-rilevanza hija limitata fejn il-prezzijiet nazzjonali jinsabu f’livelli strutturalment differenti minħabba l-awtorità leġiżlattiva ta’ l-Istati Membri fil-qasam u fejn għalhekk mhuwiex suffiċjentement ċar, mill-perspettiva ekonomika, li tirraġuna fir-rigward ta’ sitwazzjoni ipotetika medja Komunitarja, jeħtieġ li jingħad li mingħajr eżami serju l-Kummissjoni kkonkludiet, f’mod definittiv, dwar in-natura puntwali u limitata tal-kummerċ parallel li seħħ bejn Spanja u r-Renju Unit bejn 1996 u 1998, fil-premessi 164 u 165 tad-Deċiżjoni.

283    Kif jirriżulta minn noti tagħha, GSK ma tinnegax li l-varjazzjonijiet tar-rata ta’ bidla, b’mod partikolari l-movimenti spekulattivi li pprevedew għall-GBP għall-approċċ tal-fażi finali ta’ l-UEM, ikkontribwew b’mod konġunt għall-kummerċ parallel tal-prodotti mediċinali kkummerċjalizzati minn GW fi Spanja, bejn 1996 u 1998. Madankollu, hija ssostni li dik l-inċidenza konġunta, immarkata wkoll kif setgħet, ma tammontax għal fattur aggravanti, peress li l-kummerċ parallel huwa marbut, indipendentement mill-varjazzjonijiet ta’ bidla, mal-fatt li l-koeżistenza tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali differenti ssarraf f’prezzijiet strutturalment differenti fl-Istati Membri tal-Komunità.

284    Issa, dak l-argument huwa rilevanti u l-elementi ta’ prova li fuqhom hija bbażata huma kkorroborati kemm mill-estratti tal-komunikazzjoni COM(1998) 588 final li tidher fil-punt 264 iktar ’il fuq kif ukoll permezz tad-Deċiżjoni stess. Fil-fatt, il-premessi 31, 32 u 53 tagħha jindikaw li l-varjazzjonijiet monetarji, li għandhom bin-natura stess tagħhom effett ta’ ċiklu fuq il-kummerċ parallel, jammontaw biss għal fattur importanti ta’ kumplikazzjoni ta’ fenomenu li jiġi spjegat, b’mod strutturali, mill-eżistenza, fl-Istati Membri differenti tal-Komunità, tal-prezz differenti għall-istess prodott mediċinali.

285    Ċertament, dik is-sitwazzjoni ma timpedixxix, fiha nnfisha, lill-Kummissjoni li tikkunsidra l-kummerċ parallel l-aktar bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit bejn 1996 u 1998 bħala każ partikolari essenzjalment ikkawżat miż-żieda fil-valur tal-GBP ikkomparata mal-peseta Spanjola (ESP).

286    Madankollu, iċ-ċifri ċċitati mill-Kummissjoni huma ambigwi wisq sabiex ikunu fondatezza għal dik il-konklużjoni b’mod konvinċenti. Skond id-Deċiżjoni, il-valur tal-GBP żied b’30 % ikkomparat ma’ l-ESP bejn Ottubru 1996 u April 1998. F’dak il-perijodu, il-parti ta’ l-importazzjonijiet paralleli ta’ oriġini Spanjoli fit-total ta’ l-importazzjonijiet paralleli destinati għar-Renju Unit baqat stabbli bħala volum (ċirka 40 %), peress li dawk l-importazzjonijiet paralleli jżidu fil-valur (ċirka 20 miljun GBP fl-1996 u ċirka 42 miljun GBP fl-1998). Kif spjegat il-Kummissjoni, fl-aħħar lok fir-risposti tagħha għall-mistoqsijiet bil-mikutb tal-Qorti tal-Prim’Istanza, din tattesta mill-fatt li ż-żieda fil-valur tal-GBP wasslet żieda ta’ importazzjonijiet paralleli ġejjin minn Stati Membri oħra. Madakollu, dan jikkonferma wkoll li, qabel bħal wara ż-żieda fil-valur tal-GBP, il-parti l-kbira (ċirka 40 %) ta’ l-importazzjonijiet paralleli destinati għar-Renju Unit ġew minn Spanja, il-qbija nqasam bejn l-Istati Membri li kienu sorsi. Konsegwentement, hija ma tikkunsidrax risposta suffiċjenti l-argument ta’ GSK li skond dan l-evalwazzjoni tal-GBP, jekk hija mingħajr ebda dubju żiedet is-serjetà tal-problema kkawżata mill-kummerċ parallel Spanjol, ma jżid xejn fl-oriġini strutturali tiegħu.

287    L-argument imressaq mill-Kummissjoni fir-risposti tagħha għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Qorti tal-Prim’Istanza, li skond dawn iż-żieda tal-kummerċ parallel li joriġina minn Spanja fil-perijodu 1996/1998 jista’ jiġi spjegat bl-iskadenza, fis-6 ta’ Ottubru 1995, bil-perijodu ta’ transizzjoni previst mill-Artikoli 47 u 209 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja, li fih is-sid ta’ privattiv setgħa jeżerċita d-drittijiet li jirriżultawlu minn dan il-privattiv sabiex jopponi l-importazzjoni ta’ prodotti mediċinali kkummerċjalizzati minnu jew bil-kunsens tiegħu fi Spanja, ma jimmodifikax dik il-konklużjoni, fejn, fl-evidenza, ma trattax il-perijodu wara d-data tan-notifika, li għaliha tirreferi ż-żieda ta’ GSK.

288    Fl-aħħar nett, kif jirriżulta mill-premessi 15, 18 u 55 tad-Deċiżjoni, GSK indikat, fil-proċedura amministrattiva, li, għalkemm il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ ikunu applikabbli għall-82 prodott mediċinali, tmienja minnhom ikunu prinċipalment previsti mill-kummerċ parallel. Minbarra dan, kif jirriżulta mill-premessi 22 u 35 tad-Deċiżjoni, GSK spjegat ukoll li dawk il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ, li kollha huma applikabbli indipendentement mid-destinazzjoni finali tal-prodotti mediċinali kkonċernati, kienu jipprevedu prinċipalment iż-żieda tal-kummerċ parallel bejn Spanja u r-Renju Unit. Għalhekk, hija essenzjalment, anki jekk mhuwiex eskluzivament, forniet lill-Kummissjoni ċifri, l-ewwel nett dwar id-differenzi fil-prezz eżistenti bejn Spanja u r-Renju Unit, it-tieni nett, il-kummerċ parallel ta’ Becloforte, ta’ Beconase, ta’ Becotide, ta’ Flixotide, ta’ Imigran, ta’ Lamictal, ta’ Serevent u ta’ Ventolín bejn Spanja u r-Renju Unit, fil-perijodu 1996/1998 u, it-tielet nett, l-effett li hija tħalli fuq id-dħul tagħha u fuq il-baġit tagħha ta’ R&D. Dawk iċ-ċifri huma msemmija fil-premessi 55, 59 sa 67, 70, 83, 92, 98 u 99 tad-Deċiżjoni.

289    Min-naħa l-oħra, kif jirriżulta mill-premessi 70 u 71 tad-Deċiżjoni, GSK speċifikat li l-kummerċ parallel jitwettaq barra mill-mezzi ta’ distribuzzjoni li huma l-oġġett tal-kontrolli formali u żiedet li ċ-ċifri fornuti mill-Kummissjoni kienu stimi, li jistgħu jkunux affidabbli iżda li huwa impossibbli li jkun preċiżi. Dawn l-allegazzjonijiet fattwali, li ġew ripetuti fir-replika, ma ġewx ikkontestati.

290    GSK ġustament sostniet li ċ-ċifri, minbarra li mhumiex superfluwi, għandhom ikunu kkunsidrati bħala kampjuni li juri mhuwiex telf ta’ effikaċita puntwali u limitata, iżda ta’ telf aktar ġenerali u mixtieqa li tkompli.

291    Fir-rigward ta’ l-ewwel aspett, jeħtieġ li jiġi mfakkar li, meta hija eżaminat jekk l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ setgħu jwasslu għal inkonvenjent, il-Kummissjoni, filwaqt li taċċetta li tikkonċentra fuq tmien prodotti mediċinali prinċipalment previsti mill-kummerċ parallel eżistenti bejn Spanja u r-Renju Unit, kif hija indikat fil-premessi 18, 56, 57 u 69 tad-Deċiżjoni, xorta kkunsidrat l-effet tas-sistema marbuta mal-kummerċ parallel ta’ prodotti mediċinali oħra, u dik bejn Spanja u Stati Membri oħra, kif jirriżulta mill-premessi 72 sa 75, 117, 126, 140 u 144 tad-Deċiżjoni. Huwa preċiżament dan l-effett tas-sistema li wettaq b’mod sinjfikanti restrizzjoni fil-kompetizzjoni li kienet marġinali biss fuq il-livell tar-Renju Unit, skond il-premessa 133 tad-Deċiżjoni. Issa, il-Kummissjoni bl-ebda mod ma tispjega għaliex hija għandha ssegwi approċċ differenti fil-kuntest ta’ l-eżmi dwar il-kwistjoni jekk l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ setgħu jippreżentaw vantaġġ u tiffoka eskluzivament fuq iċ-ċifri li ġew fornuti lilha minn GSK, fid-dawl ta mid-diffikultà li jrid jistabbilixxi r-realtà tal-kummerċ parallel u tal-fatt li hija aċċettat li tikkunsidra ċ-ċifri fornuti minn GSK bħala kampjun.

292    Fir-rigward tat-tieni aspett, jeħtieġ li jingħad li l-kummerċ parallel huwa fenomenu li jista’ jiġi prolongat lil hinn mill-perijodu qasir meqjusa mill-Kummissjoni, mhuwiex biss minħabba n-natura fit-tul tad-differenzi permessi fil-prezz, iżda wkoll min-natura ta’ ċiklu tal-varjazzjonijiet ta’ kambju, sakemm huma jibqaw. Il-Kummissjoni tiddeċiedi fil-Komunikazzjoni COM(1998) 588 final tagħha, punt 135 iktar 'il fuq. Hija xorta tirrikonoxxi, fid-difiża tagħha, li t-tibil monetarju jibqa’ realtà għal dak li jikkonċerna l-Istati Membri li ma għaddewx għat-tielet fażi ta’ l-UEM fl-1999, li fosthom jidher speċifikament ir-Renju Unit.

293    F’dan il-kuntest, il-kampjun taċ-ċifri fornuti minn GSK jirrivela tendenza. Il-mistoqsijiet tal-Kummissjoni li jidhru fil-premessa 168 tad-Deċiżjoni, kemm fir-rigward tal-fatt kif ukoll taċ-ċifra fornuta minn GSK dwar dawn it-telf ta’ dħul gross fl-1998 jista’ jkun stmat wisq, ma jpoġġix fid-dubju dik il-konklużjoni. Fil-fatt, iċ-ċifra mogħtija dwar dan fl-14 ta’ Diċembru 1998 u fl-14 ta’ Frar 2000 tibqa’ ogħla minn dik tas-sentejn preċedenti, kif jirriżulta mill-premessa 67 tad-Deċiżjoni. Minbarra dan, l-ispjegazzjoni ta’ GSK li skond din iċ-ċifra preċedenti mogħtija dwar dan, fit-28 ta’ Lulju 1998, tkun stima, peress li l-ammont mogħti f’Diċembru 1998 u fi Frar 2000 ikun reali u jiġi spjegat mill-fatt li l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ kienu ġew applikati bejn ir-rebbiegħa u l-ħarifa 1998, kif jirriżulta mill-premessi 19, 23, 26, 64, 67 u 168 tad-Deċiżjoni, tkun suffiċjentement kredibbli sabiex timmerita eżami serju.

–       Fuq il-gwadann ta’ effikaċja konnessa ma’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ

294    Jeħtieġ li jingħad li, kif ġustament sostniet GSK, il-Kummissjoni ma wettqet l-ebda eżami serju ta’ l-argumenti tagħha ta’ fatt u ta’ l-elementi tagħha ta’ prova relattivi, u lanqas għall-inkonvenjenti tal-kummerċ parallel, iżda għall-vantaġġi ta’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ.

295    Fid-dawl ta mill-istruttura ta’ l-argumenti ta’ GSK, minn naħa, u mid- diskussjoni li seħħet fuq dan is-suġġett fil-proċedura amministrattiva, min-naħa l-oħra, id-Deċiżjoni ma setgħetx tevita li teżamina, fl-ewwel lok, jekk il-kummerċ parallel jipperikolax telf ta’ effikaċja għall-industrija farmaċewtika in ġenerali, u għal GSK b’mod partikolari. Fil-fatt, huwa biss fin-nuqqas ta’ kull kontestazzjoni f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni setgħet validament tevalwa eżami bħal dan (ara, b’analoġija, s-sentenza Compagnie générale maritime et vs Il-Kummissjoni, punt 248 iktar 'il fuq, punt 345).

296    Madankollu, il-konfrontazzjoni ta’ l-elementi ta’ prova mogħtija minn GSK u ta’ elementi oħra ta’ prova invokati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjonu wriet b’mod ċar li, fis-settur tal-prodotti mediċinali, l-effett tal-kummerċ parallel fuq il-kompetizzjoni hija ambigwa, fejn il-gwadann ta’ effikaċja li hija ta’ tip li tipperikola l-kompetizzjoni bejn il-marki, fejn ir-rwol huwa limitat mill-qafas leġiżlattiv applikabbli, għandu jsir għat-telf ta’ l-effikaċja li hija ta’ tip li tipperikola l-kompetizzjoni bejn il-marki, fejn ir-rwol huwa ċentrali.

297    F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma setgħetx toqgħod lura milli teżamina, fi żmien sussegwenti, jekk l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ setgħa jippermetti li tiġi restawrata l-kapaċità ta’ innovazzjoni ta’ GSK u li jiġi pperikolat, b’dan il-mod, gwadann ta’ effikaċja għall-kompetizzjoni bejn il-marki.

298    Dan kien min-naħa l-oħra l-punt ċentrali stess ta’ l-analiżi prospettiv li l-Kummissjoni kellha twettaq sabiex tirrispondi għad-domanda ta’ eżenzjoni ta’ GSK. Il-ġurisprudenza ċċitata kostantement fil-punt 247 iktar ’il fuq fil-fatt timponi li jiġi stabbilit jekk il-ftehim ipprojbit minħabba l-inkonvenjent li huwa jikkawża lill-kompetizzjoni (Artikolu 81(1) KE) jippreżenta vantaġġ b’mod li jikkumpensa dan (Artikolu 81(3) KE).

299    Għalhekk hija l-Kummissjoni li trid teżamina l-argumenti ta’ GSK dwar il-vantaġġi mistennija mill-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ. F’dan ir-rigward, il-premessa 156 tad-Deċiżjoni, l-unika premessa suġġetta li tattesta eżami dwar dan, essenzjalment tindika:

"L-impriżi farmaċewtiċi huma totalment liberi li jiddeċiedu kemm jixtiequ jinvestu fir-R&D. L-ammonti kollha li huma jistgħu jiffrankaw – teoretikament – meta jiġi prevenut il-kummerċ parallel għalhekk mhux neċessarjament jinvolvi investimenti aktar għolja fir-R&D. Wieħed jista’ jimmaġina li dawn l-ekonomiji jiġu sempliċement iżidu l-profitti tal-kumpanniji. Issa, huwa ċar li l-kreazzjoni tal-profitt addizzjonali ma tistax waħidha tiġġustifika eżenzjoni. Jekk le, l-argument imressaq minn [GSK] ikun ifisser li l-ewwel kundizzjoni [ta’ applikazzjoni mill-Artikolu 81(3) KE] tkun sodisfatta mill-mument meta ftehim, ikun x’ikun, jitqies li jikkontribwixxi għal żieda tad-dħul ta’ kumpannija li twettaq attivitajiet ta’ R&D. Dik il-kundizzjoni ssir nulla".

300    Issa, GSK ma sostnietx li l-keazzjoni tal-profitti addizzjonali kellha biss tiġġustifika eżenzjoni. Għal kuntrarju, hija sostniet li l-kummerċ parallel kien jipprevjeniha milli tirkupra l-profitti neċessarji għall-finanzjament ottimali tar-R&D tagħha, li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ kienu jippermettulha li żżid id-dħul tagħha u li hija kellha kull interess, fid-dawl ta mill-vivaċità tal-kompetizzjoni bejn il-marki, mir-rwol ċentrali ta’ l-innovazzjoni f’dik il-kompetizzjoni u tal-metodi ta’ finanzjament tar-R&D, li tiġi investita parti minn din iż-żieda fir-R&D sabiex tgħaddi lill-konkorrenti tagħha jew sabiex ma tħallix li jgħadduha. Fi kliem ieħor, hija sostniet li l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ tagħha kellhom ikunu eżentati peress li huma ma kellhomx sempliċement bħala effett immedjat li jiżdid id-dħul tagħha, iżda l-aktar bħala effett li jżid il-kapaċità tagħha ta’ innovazzjoni. Min-naħa l-oħra, hija sostniet li dak il-vantaġġ kellu jiġi kkomparat mal-fatt, meta huwa miksub mill-kummerċjanti paralleli, li dak l-ammont żejjed ma jsarrafx f’vantaġġ għaliex, ikollha tiffaċċa kompetizzjoni vera bejniethom, il-kummerċjanti paralleli jnaqqsu biss il-prezzijiet fil-miżura neċessarja sabiex tattira lill-bejjiegħa bl-imnut u b’hekk jikkonservaw l-parti l-kbira ta’ dan l-ammont żejjed għalihom, kif hija reġgħet sostniet fis-seduta.

301    Il-Kummissjoni ma setgħetx tillimita ruħha li mill-bidu teskludi dawk l-argumenti peress li l-vantaġġ deskritt minn GSK ma jirriżlutax neċessarju, kif hija tagħmel fil-premessa 156 tad-Deċiżjoni, iżda kellha, skond il-ġurisprudenza, teżamina wkoll konkretement kemm jista’ jkun, fil-kuntest ta’ analiżi prospettiva, jekk, f’dawn iċ-ċirkustanzi partikolari u fid-dawl ta’ l-elementi ta’ prova li kienu fornuti lilu, jidher l-aktar probabbli li l-vantaġġi deskritti minn GSK kienu javerixxu ruħhom jew, għal kuntrarju, li dan ma kienx ikun il-każ (sentenza Compagnie générale maritime et vs Il-Kummissjoni, punt 248 iktar 'il fuq, punt 365). Hija ma setgħetx tikkunsidra, b’mod perentorju u mhuwiex argumentat, li l-argumenti ta’ fatt u l-elementi ta’ prova ppreżentati minn GSK kellhom jiġu kkunsidrati bħala li jibqgħu fl-ordni ipotetiku, kif hija sostniet fl-aħħar lok fis-seduta.

302    Mill-qbija, il-Kummissjoni, mistoqsija fuq dan il-punt fis-seduta, ammettiet bosta drabi li jeħtieġ li jsir raġunament f’termini ta’ probabbiltà, fejn żiedet li kien neċessarju li tkun severa f’dak ir-rigward u essenzjalment sosstniet li, f’dan il-każ partikolari, kif jirriżulta mill-elementi ta’ prova fornuti, u b’mod partikolari ċ-ċifri miġbura minn GSK, jidher aktar probabbli li l-vantaġġ invokat ma jseħħx. Madankollu, dan mhuwiex ir-raġunament li sar fid-Deċiżjoni.

303    Jirriżulta minn dak li ntqal li d-Deċiżjoni hija vvizzjata minn nuqqas ta’ eżami, il-Kummissjoni ma ħaditx in kunsiderazzjoni validament l-argumenti f’daqqa tal-fatt u ta’ l-elementi ta’ prova rilevanti mressqa minn GSK, peress li ma rrifjutawx ċerti minn dawn l-argumenti biex b’hekk kien suffiċjentement rilevanti u sostnuti sabiex tiġi imposta risposta, u ma kienx sostnut suffiċjentement skond il-liġi l-konklużjoni li skond din ma kienx ġie muri, minn naħa, li l-kummerċ parallel kien ta’ tip li jipperikola telf ta’ effikaċja fl-alterazzjoni kunsiderevoli tal-kapaċità ta’ innovazzjoni ta’ GSK u, min-naħa l-oħra, li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ ikunu ta’ tip li jippermettu l-ksib ta’ gwadann ta’ effikaċja milli jittejjeb dan.

 Fuq l-ibbalanċjar

304    Wara li ġie konkluż l-eżami ta’ l-argumenti ta’ fatt u ta’ l-elementi ta’ prova ppreżentati minn GSK meta qalet li ma kienux juru l-eżistenza ta’ vantaġġ oġġettiv kunsiderevoli, il-Kummissjoni ma pproċedietx għall-evalwazzjoni komplessa (ara l-punt 241 iktar ’il fuq) li kien jimplika l-eżerċizzju bil-għan li tibbilanċja dak il-vantaġġ, minn naħa, u l-inkonvenjent għall-kompetizzjoni identifikata fil-kuntest tal-parti tad-Deċiżjoni li tapplika l-Artikolu 81(1) KE, min-naħa l-oħra, kif hija sosstni għal bosta drabi fis-seduta.

305    Fil-fatt, hija kkunsidrat, fil-premessa 151 tad-Deċiżjoni, li GSK ma kenitx uriet li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ kienu jinkludu vantaġġi u, fil-premessa 152 tad-Deċiżjoni, li, f’tali ċirkustanzi, l-ebda bilanċjar ma kien neċessarju, u jingħad ukoll li, fi kwalunkwe każ, anki jekk hija kellha tipproċedi b’tali eżerċizzju, l-inkonvenjenti ta’ dik il-klawżola jkun aktar mill-vantaġġi tagħha.

306    Issa, kif jirriżulta mill-motivi preċedenti, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li skond din il-prova ta’ l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku kunsiderevoli ma ġiex imressaq u vvizzjata minn nuqqas ta’ eżami (punt 303 iktar ’il fuq). Minn naħa tagħha, il-konklużjoni tagħha li skond din l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jirrestrinġu l-kompetizzjoni hija fondata biss fejn hija ssostni li dik il-klawżola għandha bħala effett li ċċaħad lill-konsumaturi finali mill-prodotti mediċinali koperti minn sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard mill-vantaġġ li huma jkunu ħadu, f’dak li jirrigwarda l-prezz u ta’ l-ispejjeż, tal-parteċipazzjoni tal-grossisti Spanjoli għall-kompetizzjoni bejn il-marki fuq is-swieq ta’ destinazzjoni tal-kummerċ parallel ta’ oriġini Spanjola (punti 147, 190 u 194 iktar ’il fuq).

307    Konsegwentement, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li skond din mhemmx lok li jitkompla bbilanċjar, li juri li fi kwalunkwe każ, il-vantaġġ konness ma’ l-Artikolu 4 ma jikkumpensax l-inkonvenjent li jikkawża lill-kompetizzjoni, ma ġietx ikkunsidrata. Il-Kummissjoni fl-ewwel lok kellha tipproċedi b’ezami adegwat ta’ l-argumenti ta’ fatt u ta’ l-elementi ta’ prova ta’ GSK, sabiex tkun fis-sitwazzjoni li twettaq fit-tieni mument l-evalwazzjoni komplessa li kien jeżiġi l-ibbilanċjar ta’ l-inkonvenjent u tal-vantaġġ konness ma’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ.

 Konklużjoni

308    Jirriżulta minn dak li ntqal iktar ’il fuq li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi legalment jekk, fir-rigward ta’ l-eżistenza ta’ kontribuzzjoni għall-promozzjoni tal-progress tekniku, GSK ma kenitx uriet li l-ewwel kundizzjoni ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) KE kienet sodisfatta. F’dawn iċ-ċirkustanzi, mhuwiex neċessarju li jiġu eżaminati l-argumenti ta’ GSK dwar l-eżistenza ta’ kontribuzzjoni għat-titjib tad-distribuzzjoni tal-prodotti mediċinali.

c)     Fuq il-prova ta’ l-eżistenza ta’ riperkussjoni fuq l-utent, ta’ tip indispensabbli ta’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ u tan-nuqqas ta’ eliminazzjoni tal-kompetizzjoni

309    Kif ġie rrilevat preċedentement (punti 237 sa 239 iktar ’il fuq), jirriżulta mid-Deċiżjoni u mid-diskussjonijiet li l-konklużjonijiet sommarji li għalihom il-Kummissjoni waslet għalihom fir-rigward ta’ l-eżistenza ta’ riperkussjoni fuq l-utent, ta’ karattru indispensabbli ta’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ u ta’ l-assenza ta’ eliminazzjoni tal-kompetizzjoni bbażata fuq dik dwar l-eżistenza ta’ gwadann ta’ effikaċja.

310    Fejn dik l-aħħar imsemmija kienet vvizzjata b’illegalità, f’dik li hija tirrigwarda l-eżistenza ta’ kontribuzzjoni għall-promozzjoni tal-progress tekniku, dawk il-konklużjonijiet stess huma invalidi.

311    Fil-miżura fejn, meta hija eżaminat jekk l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jeliminaw jew le l-kompetizzjoni għal parti sostanzjali tal-prodotti, il-Kummissjoni żiedet li, fil-premessa 188 tad-Deċiżjoni, li, fi kwalunkwe każ, għal bosta tal-prodotti prinċipali effettwati mill-kundizzjonijiet ġenerali tagħha ta’ bejgħ, GSK għandha bħala sehem partijiet sostanzjali mis-suq (per eżempju għal Zofran, għal Flixonase, għal Zovirax, għal Imigran) fi Stat Membru jew bosta Stati Membri, jeħtieġ li xorta tiġi vverifikata dik l-evalwazzjoni.

312    F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, fis-seduta, il-Kummissjoni rikonoxxiet li ma solvitx verament il-kwistjoni tal-kapaċita tas-suq li kellha GSK u żiedet li kien neċessarju għaliha tagħmel analiżi sabiex tistabbilixxi dan il-punt.

313    Fil-fatt, fid-dawl ta mill-kuntest ġuridiku u ekonomiku relattiv għas-settur li qed jiġi eżaminat, il-kontroll ta’ partijiet sostanzjali tas-suq, li wara kollox jillimita ruħu għal ċerti prodotti in kwistjoni, il-Kummissjoni tintrabat li tforni erba’ eżempji, ma tippermettix manifestament, lilha biss, li tikkonkludi b’mod konvinċenti l-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni għal parti sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni.

314    Fil-fatt, indipendentement mill-kwistjoni tad-definizzjoni tas-suq tal-prodotti in kwistjoni, diskussa mill-partijiet, bosta elementi invokati minn GSK fil-proċedura amministrattiva, imbagħad fin-noti tagħha, huma ta’ tip li jostakolaw l-awtomazzjoni ta’ konklużjoni bħal dik.

315    B’mod partikolari, l-argument ta’ GSK li għalih tirreferi l-premessa 188 tad-Deċiżjoni, li tirreferi għall-premessa 104 tad-Deċiżjoni, mhix nieqsa minn rilevanza sal-punt li l-Kummissjoni setgħet tastjeni li tagħmel evalwazzjoni speċifika abbażi tar-raba’ kundizzjoni ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) KE. Fil-fatt, il-fatt li l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jostakolaw il-pressjoni limitata li tista’ teżisti, minħabba l-kummerċ parallel ta’ oriġini Spanjol, fuq il-prezz u fuq l-ispiża tal-prodotti mediċinali fis-swieq ġeografiċi tad-destinazzjoni huwa attribwit għall-fatti, invokati minn GSK u mhux ikkontestati mill-Kummissjoni, li l-kompetizzjoni permezz ta’ l-innovazzjoni hija ħajja ħafna fis-settur u li l-kompetizzjoni permezz tal-prezzijiet teżisti taħt forma oħra, u b’hekk ma tintervjenix, skond il-liġi, kif l-iskadenza tal-privattiv jippermetti d-dħul tal-fabrikanti tal-prodotti mediċinali ġeneriċi fis-suq. F’dawn iċ-ċirkustanzi, jeħtieġ li terġa, skond il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 109 iktar ’il fuq, tiġi evalwata f’liema forma l-kompetizzjoni għandha tingħata priorità sabiex tiggarantixxi ż-żamma tal-kompetizzjoni effikaċi mfitxija mill-Artikolu 3(1)(g), KE u l-Artikolu 81 KE.

4.     Konklużjoni

316    Jirriżulta minn dak li ntqal iktar ’il fuq li l-argument ibbażat fuq il-ksur ta’ l-Artikolu 81(3) KE jrid jintlaqgħa, u konsegwentement, li jrid jiġi deċiż favur il-konklużjonijiet ta’ GSK li jipprovdu għall-annullament ta’ l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġu eżaminati l-mezzi bbażati fuq l-injorar tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

317    Konsegwentement, id-Deċiżjoni trid tiġi annullata f’dak li hija tirrifjuta, fl-Artikolu 2 tagħha, it-talba għal eżenzjoni ppreżentata minn GSK.

318    L-eventwalità li d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(1) KE jkunu inapplikabbli fl-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ ta’ GSK, skond l-Artikolu 81(3) KE, ma tistax tiġi eskluża, xorta hemm lok li konsegwentement tiġi annullata d-Deċiżjoni fejn hija teżiġi li GSK, fl-Artikolu 3 tagħha, li ttemm immedjatament dak il-ksur jekk dan mhuwiex diġà l-każ u, fl-Artikolu 4, li tinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda f’dan ir-rigward.

319    Skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 233 KE, il-Kummissjoni hija marbuta li tieħu l-miżuri li jinkludu l-eżekuzzjoni tas-sentenza preżenti.

320    Għal dan il-għan, kif turi l-proċedura ta’ notifika prevista mir-Regolament Nru 17 ma jeżistix aktar taħt l-influwenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU 2003, L 1, p. 1), hija trid, fir-rigward ta’ l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni u għall-effett retroattiv konness magħha, tippronunċa ruħha fuq id-domanda ta’ eżenzjoni ppreżentata minn GSK meta tpoġġi lilha nnfisha fid-data ta’ dik l-aħħar imsemmija [ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Mejju 2006, O2 (il-Ġermanja) vs Il-Kummissjoni, T‑328/03, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punti 47 u 48], sabiex tkun tista’ tiddeċiedi dwarha.

 Fuq l-ispejjeż

321    Skond l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba.

322    L-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura, tipprovdi li l-Qorti tal-Prim’Istanza tista’ tiddeċiedi li taqsam l-ispejjeż jew tiddeċiedi li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha jekk il-partijiet ikunu tilfu rispettivament fuq waħda jew diversi kapi.

323    F’dan il-każ partikolari, peress li GSK tilfet it-talbiet tagħha għall-annullament ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni. Minn naħa tagħha, il-Kummissjoni, sostnuta minn l-intervenjenti, tilfet it-talbiet tagħha bil-għan li jiġi rifjutat ir-rikors fl-intier tiegħu.

324    F’dawn iċ-ċirkustanzi, jeħtieġ li jinqasmu l-ispejjeż. GSK tbati nofs l-ispejjez tagħha u nofs l-ispejjez tal-Kummissjoni, inklużi dawk konnessi ma’ l-interventi. Il-Kummissjoni tbati nofs l-ispejjez tagħha u nofs l-ispejjez ta’ GSK, inklużi dawk konnessi ma’ l-interventi. L- intervenjenti jbatu l-ispejjez tagħhom.

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Ir-Raba’ Awla Estiża)

taqta’ u tiddeċiedi:

1)      L-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni 2001/791/KE tal-Kummissjoni, tat-8 ta’ Mejju 2001, dwar proċedura ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 tat-Trattat KE [Kawżi IV/36.957/F3 Glaxo Wellcome (notifika), IV/36.997/F3 Aseprofar et Fedifar (ilment), IV/37.121/F3 Spain Pharma (ilment), IV/37.138/F3 BAI (ilment) u IV/37.380/F3 EAEPC (ilment)], huma annullati.

2)      Ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament.

3)      GlaxoSmithKline Services Unlimited għandha tbati nofs l-ispejjez tagħha u nofs l-ispejjez tal-Kummissjoni, inklużi dawk konnessi ma’ l-interventi.

4)      Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjez ta’ GlaxoSmithKline Services, inklużi dawk konnessi ma’ l-interventi.

5)      Asociación de exportadores españoles de productos farmacéuticos (Aseprofar), Bundesverband der Arzneimittell-Importeure eV, European Association of Euro Pharmaceutical Companies (EAEPC) u Spain Pharma, SA, għandhom kollha jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Legal

Lindh

Wiszniewska-Białecka

Vadapalas

 

      Moavero Milanesi

Mogħtija f’Qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu fis-27 ta’ Settembru 2006.

E. Coulon

 

      H. Legal

Reġistratur

 

      President

Werrej ta’ l-oqsma

Il-kuntest ġuridiku u fattwali tal-kawża

Id-dritt komunitarju

Id-dritt Spanjol

Il-fatti li wasslu għall-kawża

Proċedura

It-talbiet tal-partijiet

Id-dritt

I –  Fuq il-motivi li għandhom bħala għan l-annullament ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni

A –  Fuq il-motiv ibbażat fuq l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni

1.  L-Argumenti tal-partijiet

2.  Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

B –  Fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur ta’ l-Artikolu 81(1) KE

1.  Kunsiderazzjonijiet preliminari

2.  Fuq l-eżistenza ta’ ftehim bejn impriżi

a)  Il-kontenut tad-Deċiżjoni

b)  L-argumenti tal-partijiet

c)  Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

Fuq l-indipendenza tal-volontajiet

Fuq il-ftehim tal-volontajiet

3.  Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni

a)  Il-kontenut tad-Deċiżjoni

b)  L-argumenti tal-partijiet

c)  Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

Fuq l-istat tal-kompetizzjoni pre-eżistenti għall-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ

Fuq ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni attribwita għall-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ

–  Fuq l-eżistenza ta’ għan antikompetittiv

–  Fuq l-eżistenza ta’ effett antikompetittiv

4.  Konklużjoni

C –  Fuq il-motiv ibbażat fuq l-abbuż ta’ poter, ta’ l-injorar tal-prinċipju tas-sussidjarjetŕ u tal-vjolazzjoni ta’ l-Artikolu 43 KE

1.  L-Argumenti tal-partijiet

2.  Evalwazzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza

II –  Fuq il-motivi li jwasslu għall-annullament ta’ l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni

A –  Fuq il-motivi bbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni

1.  L-argumenti tal-partijiet

2.  Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

B –  Fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur ta’ l-Artikolu 81(3) KE

1.  Il-kontenut tad-Deċiżjoni

2.  L-Argumenti tal-partijiet

3.  Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

a)  Kunsiderazzjonijiet preliminari

b)  Fuq il-prova ta’ l-eżistenza ta’ gwadann ta’ effikaċja

Fuq l-eżistenza ta’ vantaġġ oġġettiv kunsiderevoli

–  Fuq ir-rilevaza ta’ l-argumenti ta’ fatt u ta’ l-elementi ta’ prova ppreżentati minn GSK

–  Fuq it-telf ta’ l-effikaċja konnessa mal-kummerċ parallel

–  Fuq il-livell tat-telf ta’ effikaċja konness mal-kummerċ parallel

–  Fuq il-gwadann ta’ effikaċja konnessa ma’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ

Fuq l-ibbalanċjar

Konklużjoni

c)  Fuq il-prova ta’ l-eżistenza ta’ riperkussjoni fuq l-utent, ta’ tip indispensabbli ta’ l-Artikolu 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ u tan-nuqqas ta’ eliminazzjoni tal-kompetizzjoni

4.  Konklużjoni

Fuq l-ispejjeż


* Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.