Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta' Ottubru 2010 - Sørensen vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-85/05) 1

"Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Uffiċjali li jaċċedu għal grupp ta' funzjoni superjuri permezz ta' kompetizzjoni ġenerali - Kandidati mniżżla f'lista ta' riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Regoli tranżitorji ta' klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ - Klassifikazzjoni fil-grad b'applikazzjoni ta' regoli ġodda inqas favorevoli - Artikolu 5(2) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Susanne Sørensen (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u M. Simm, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrenti mniżżla f'lista ta' riżerva B qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, b'applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet inqas favorevoli minn ta' dawn (Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali), kif ukoll tad-deċiżjoni li jitħassru l-punti ta' promozzzjoni miksuba mir-rikorrenti bħala uffiċjal ta' kategorija C

Dispożittiv

Ir-rikors ta' S. Sørensen huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 296, 26/11/05, p. 26. (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [li saret il-Qorti Ġenerali] bin-Numru T-335/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).