Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2015 – Métropole Gestion vs UASI – Metropol (METROPOL)

(Kawża T-431/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Trade mark verbali METROPOL – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Assenza ta’ applikazzjoni għal tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark – Tħassir tat-trade mark wara l-iskadenza tar-reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Métropole Gestion (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. A. Roux Steinkühler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Metropol Investment Financial Company Ltd (Moska, ir-Russja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 Ġunju 2013 (Kawżi 723/2012-2 u R 845/2012-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Métropole Gestion u Metropol Investment Financial Company LtdDispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. Métropole Gestion u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.