Language of document : ECLI:EU:T:2008:494





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Novembru 2008 – SPM vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-128/05)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Banana – Sistema ta’ importazzjoni fit-territorju tal-Unjoni Ewropea ta’ banana li toriġina mill-pajjiżi AKP – Aġir legali jew illegali – Dannu allegatament imġarrab minn produttur AKP indipendenti”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 53-56)

2.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 62-64)

3.                     Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet Komunitarji - Portata - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (ara l-punti 94, 114)

4.                     Ftehim internazzjonali - Ftehim tal-Komunità - Effett dirett - Kundizzjonijiet - Ir-Raba’ Konvenzjoni AKP-KEE ta’ Lomé (Ir-Raba’ Konvenzjoni AKP-KEE ta’ Lomé tal-15 ta’ Diċembru 1989, Artikolu 168 u l-Protokoll Nru 5; Ftehim AKP-KE ta’ Cotonou, Protokoll Nru 5, Artikolu 1) (ara l-punti 97-106, 119, 131)

5.                     Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Banana - Sistema ta’ importazzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 1637/98; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2362/98) (ara l-punti 116, 146-159, 164-170, 178-182))

6.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Eżami tal-ilmenti (Regolament tal-Kunsill Nru 856/1999; Ftehim AKP-KE ta’ Cotonou, Protokoll Nru 5, Artikolu 1) (ara l-punti 132, 133)

7.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Att legali - Dannu reali, rabta kawżali u dannu anormali u speċjali - Natura kumulattiva (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 187, 188)

Suġġett

Rikors għad-danni, skont l-Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE, ibbażat, prinċipalment, fuq l-aġir illegali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-istabbiliment tal-leġiżlazzjoni dwar l-importazzjoni tal-banana fil-Komunità u, sussidjarjament, fuq ir-responsabbiltà tal-Komunità fin-nuqqas ta’ aġir illegali ta’ dawn iż-żewġ istituzzjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Société des plantations de Mbanga SA (SPM) hija kkundannata għall-ispejjeż.