Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Euris Consult Ltd vs Il-Parlament

(Kawża T-637/11) 1

[“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Malti – Regoli dwar il-modalitajiet ta’ trażmissjoni tal-offerti – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar il-preżentazzjoni maħsuba sabiex tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità tal-kontenut tal-offerti qabel jinfetħu – Eċċezzjoni ta’ inapplikabbiltà – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 98(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 – Artikolu 143 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Euris Consult Ltd (il-Furjana, Malta) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Darie u F. Poilvache, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u F. Dintilhac, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-18 ta’ Ottubru 2011 li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti tal-kuntratt pubbliku interistituzzjonali għal servizzi MT/2011/EU, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Malti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Euris Consult Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.