Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-90/10) 1

[“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas – Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Kompetenza tal-Kummissjoni – Drittijiet tad-difiża – Konstatazzjoni tal-ksur – Multi – Reċidiva – Ċirkustanzi attenwanti – Kooperazzjoni – Ġurisdizzjoni sħiħa”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ferriere Nord SpA (Osoppo, l-Italja) (rappreżentanti: W. Viscardini u G. Donà, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Sauer u B. Gencarelli, sussegwentement M. Sauer u R. Striani, aġenti, assistiti minn M. Moretto, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 [KEFA] (Każ COMP/37.956 – Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, u, sussidjarjament, talba għall-annullament parzjali ta’ din id-deċiżjoni u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.DispożittivIl-multa imposta fuq Ferriere Nord SpA hija stabbilita fl-ammont ta’ EUR 3 421 440.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Ferriere Nord għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.