Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Ferriera Valsabbia u Valsabbia Investimenti vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-92/10) 1

[“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas – Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ – Eċċess ta’ poter – Drittijiet tad-difiża – Ksur uniku u kontinwu – Multi –Iffissar tal-ammont inizjali – Ċirkustanzi attenwanti – Tul tal-proċedura amministrattiva”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ferriera Valsabbia SpA (Odolo, l-Italja); u Valsabbia Investimenti SpA (Odolo) (rappreżentanti: D. Fosselard, S. Amoruso u L. Vitolo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Sauer u B. Gencarelli, sussegwentement R. Sauer u R. Striani, aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, sa fejn din tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA mir-rikorrenti u tikkundannahom għal multa ta’ EURO 10.25 miljun jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont ta’ din il-multa.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ferreira Valsabbia SpA u Valsabbia Investimenti SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.