Language of document : ECLI:EU:T:2014:1032





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2014 —
Ferriera Valsabbia u Valsabbia Investimenti vs Il-Kummissjoni


(Kawża T‑92/10)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas — Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ — Eċċess ta’ poter — Drittijiet tad-difiża — Ksur uniku u kontinwu — Multi — Iffissar tal-ammont inizjali — Ċirkustanzi attenwanti — Tul tal-proċedura amministrattiva”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Terminoloġija — Obbligu li tintuża t-terminoliġja tar-Regoli tal-Proċedura — Assenza (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punt 54)

2.                     Kummissjoni — Prinċipju ta’ kolleġjalità — Portata — Deċiżjoni li tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni nnotifikata mingħajr l-annessi tagħha — Ksur tal-prinċipju ta’ kolleġjalità — Assenza — Elementi suffiċjentement esposti skont il-liġi fit-test tad-deċiżjoni (Artikolu 219 KE) (ara l-punti 59, 60, 80)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Għażla tal-bażi legali — Leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ prevedibbiltà — Indikazzjoni espressa tal-bażi legali — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA ksur tal-Artikolu 65 KEFA u li tissanzjona l-impriża inkwistjoni — Bażi legali kkostitwita mill-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (Artikolu 65(1) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 7(1) u 23(2)) (ara l-punti 92, 96)

4.                     Akkordji — Akkordji suġġetti ratione materiae u ratione temporis għas-sistema legali tat-Trattat KEFA — Skadenza tat-Trattat KEFA — Kontinwità tas-sistema ta’ kompetizzjoni libera taħt it-Trattat KE — Żamma ta’ kontroll mill-Kummissjoni li taġixxi fil-qafas legali tar-Regolament Nru 1/2003 (Artikolu 65(1) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 97-112)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Applikazzjoni ratione temporis — Regoli proċedurali — Regoli sostantivi — Distinzjoni — Skadenza tat-Trattat KEFA — Deċiżjoni li tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni adottata wara din l-iskadenza u li tipprevedi fatti preċedenti għaliha — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi — Sitwazzjonijiet legali miksuba qabel l-iskadenza tat-Trattat KEFA — Issuġġettar għas-sistema legali tat-Trattat KEFA (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punti 113, 114, 116, 148)

6.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju — Annullament tal-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida fuq il-bażi ta’ bażi legali oħra u ta’ atti preparatorji preċedenti — Ammissibbiltà — Obbligu li tagħmel dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida — Assenza — Obbligu li torganizza seduta ġdida — Assenza (Artikolu 65 KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 14(3), u 27(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004, Artikoli 10, 12(1) u 14(3)) (ara l-punti 140, 141, 146, 147)

7.                     Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Kunċett — Kriterji — Għan uniku, pjan globali, identità tal-iskop u tas-suġġetti — Bdil ta’ ċerti karatteristiċi u tal-intensità tal-akkordju — Assenza ta’ effett (Artikolu 65(1) KEFA; Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 155-159, 167, 175)

8.                     Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Prova — Oneru li jaqa’ fuq il-Kummissjoni — Prova miġjuba permezz ta’ numru partikolari ta’ indizji u ta’ koinċidenzi li juru l-eżistenza u t-tul ta’ aġir antikompetittiv kontinwu — Assenza ta’ prova dwar ċerti perijodi determinati tal-perijodu globali kkunsidrat — Assenza ta’ effett (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punti 191-194)

9.                     Akkordji — Ftehimiet bejn impriżi — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 65 KEFA — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Għan antikompetittiv — Konstatazzjoni suffiċjenti (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punt 213)

10.                     Akkordji — Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv — Ċirkustanza li tippermetti, fl-assenza ta’ tbegħid mid-deċiżjonijiet meħuda, li jiġi konkluż li l-impriża pparteċipat fl-akkordju sussegwenti — Stakkament pubbliku — Interpretazzjoni restrittiva — Pubblikazzjoni ta’ tariffa KEFA minn impriża — Natura insuffiċjenti (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punti 213, 214, 356)

11.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Assenza ta’ lista vinkolanti jew eżawrjenti ta’ kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punt 227)

12.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Evalwazzjoni ekonomika kumplessa — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Stħarriġ tal-legalità — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punti 1 A u 1 B) (ara l-punti 227, 237-239)

13.                     Kompetizzjoni — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Natura ġuridika — Regola ta’ kondotta indikattiva li timplika awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Obbligu li jiġu osservati l-prinċipji ta’ ugwlajanza fit-trattament, ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi u ta’ ċertezza legali (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 229-231)

14.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Klassifikazzjoni ta’ ksur bħala serju ħafna — Rwol fundamentali tal-kriterju dedott min-nautra tal-ksur — Assenza ta’ awtonomija ta’ dak dedott mid-daqs tas-suq tal-prodotti inkwistjoni — Klassifikazzjoni ta’ ksur bħala serju ħafna minkejja l-limitazzjoni tiegħu għat-territorju ta’ Stat Membru wieħed — Ammissibbiltà — Obbligu li jittieħed inkunsiderazzjoni l-impatt konkret fuq is-suq — Portata — Eżistenza ta’ kriżi fis-suq ikkonċernat — Assenza ta’ effett (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 250-252, 256, 262, 285, 286, 294, 299, 300, 315)

15.                     Kompetizzjoni — Multi — Kuntest ġuridiku — Determinazzjoni — Effett tal-prassi deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni — Assenza (Artikolu 65 KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 255, 297, 313, 340)

16.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punti 268, 284)

17.                     Akkordji — Prattika miftiehma — Skambju ta’ informazzjoni fil-kuntest ta’ akkordju jew għall-finijiet tal-preparazzjoni tiegħu — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ informazzjoni skambjata — Preżunzjoni (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punt 276)

18.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Impatt konkret fuq is-suq — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Iffissar tal-prezzijiet skont il-prezzijiet miftiehma li għandu l-effett li jillimita l-marġni ta’ negozjar tal-klijenti (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 285, 286)

19.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Tqassim tal-impriżi kkonċernati f'kategoriji li għandhom punt ta' tluq speċifiku — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 319-324, 329, 330)

20.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ globali tal-impriża kkonċernata — Ammissibbiltà — Natura rilevanti tad-dħul mill-bejgħ imwettaq bil-prodotti li huma s-suġġett ta’ prattika restrittiva — Limiti — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Artikolu 65 KEFA; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 333-336)

21.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 65(1), KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l-punti 350)

22.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Ċirkustanzi attenwanti — Aġir diverġenti minn dak miftiehem fi ħdan l-akkordju li jimplika l-adozzjoni ta’ aġir kompetittiv fis-suq — Evalwazzjoni (Artikolu 65(1) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l-punti 351, 352, 355-357)

23.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Obbligi tal-Kummissjoni — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Ksur — Kundizzjoni — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Effetti li jistgħu jikkonsistu fi tnaqqis tal-multa (Artikolu 65(1), KEFA; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 363-366, 373)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 — Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, sa fejn din tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA mir-rikorrenti u tikkundannahom għal multa ta’ EURO 10.25 miljun jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont ta’ din il-multa.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ferreira Valsabbia SpA u Valsabbia Investimenti SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.