Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta' Frar 2008 - Vande Velde vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-60/05) 1

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Ilment ippreżentat tard - Rikors manifestament inammissibbli)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Patricke Vande Velde (Linkebeek, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta : Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti : Arpio Santacruz u I. Sulce, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku - Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba mressqa mir-rikorrent, li qabel kien membru tal-persunal awżiljarju, kontra d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni u r-renumerazzjoni tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens (li qabel kienet T-268/05)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 229, 17.09.2005, p. 30 (kawża iniżjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej taħt in-numru T-268/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea permezz tad-Digriet tal-15.12.2005).