Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Diċembru 2009 - MIP Metro vs UASI - Metronia (METRONIA)

(Kawża T-525/09)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J.-C. Plate, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Metronia, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tat-8 ta' Ottubru 2009, fil-Każ R 1315/2006-1, sa fejn l-appell ġie miċħud fuq il-bażi li mhuwiex konformi mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009); u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-oppożizzjoni u tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "METRONIA", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 20, 28 u 41

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva Ġermaniża rreġistrata "METRO", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 20, 28 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ, oppożizzjoni miċħuda u għalhekk, awtorizzazzjoni tal-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja fir-rigward tal-prodotti u servizzi kollha

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li ma kienx hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________