Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2015 – Slovenská pošta vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-556/08)1

(“Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Swieq Slovakki ta’ servizzi ta’ posta tradizzjonali u ta’ posta ibrida – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 86(1) KE, moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE – Dritt esklużiv għat-tqassim tal-posta ibrida – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt ta’ smigħ – Definizzjoni tas-suq – Estensjoni ta’ monopolju – Artikolu 86(2) KE – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Slovenská pošta a.s. (Banská Bystrica, is-Slovakkja) (rappreżentanti: inizjalment O. Brouwer, C. Schillemans u M. Knapen, sussegwentement O. Brouwer u P. Schepens u fl-aħħar nett O. Brouwer u A. Pliego Selie, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Sauer, A. Tokár u A. Antoniadis, sussegwentement R. Sauer, A. Tokár u C. Vollrath, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Cromwell a.s. (Bratislava, is-Slovakkja); Slovak Mail Services a.s. (Bratislava); Prvá Doručovacia a.s. (Bratislava) (rappreżentanti: inizjalment M. Maier u P. Werner, sussegwentement P. Werner, avukati); u ID Marketing Slovensko s.r.o., li kienet TNT Post Slovensko s.r.o. (Bratislava) (rappreżentanti: inizjalment J. Ellison, solicitor, u T. Rybár, avukat, sussegwentement T. Rybár u I. Pecník, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5912 finali, tas-7 ta’ Ottubru 2008, li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni postali Slovakka dwar is-servizzi tal-posta ibrida (Każ COMP/39.562 – Liġi Slovakka dwar il-Posta).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Slovenská pošta a.s. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll minn Cromwell a.s., minn Slovak Mail Services a.s., minn Prvá Doručovacia a.s. u minn ID Marketing Slovensko s.r.o.Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.