Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Lulju 2010 - mPAY24 vs UASI - Ultra (M PAY)

(Kawża T-557/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva M PAY - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti MPAY24 - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: mPAY24 GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: H-G. Zeiner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ultra d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav (Zagorje ob Savi, Slovenja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta' Settembru 2008 (Każ R 221/2007-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn mPAY24 GmbH u Ultra d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-30 ta' Settembru 2008 (Każ R 221/2007 1), hija annullata sa fejn din id-deċiżjoni ċaħdet l-oppożizzjoni magħmula minn PAY24 GmbH.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 55, 07.03.2009.