Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2012 - Applied Microengineering vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-387/09) 

("Ħames Programm Qafas għall-azzjonijiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' demostrazzjoni - Kuntratti għal proġetti 'Formation of a New Design House for MST' u 'Assessment of a New Anodic Bonder' - Irkupru ta' parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa - Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv - Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni kkontestata fil-mori tal-kawża - Bażi legali tar-rikors - Natura tar-raġunijiet invokati - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta' motivazzjoni - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Applied Microengineering Ltd (Didcot, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: iniżjalment P. Walravens, J. De Wachter, sussegwentement P. Walravens u J. Blockx, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Petrova, aġent, assistit minn R. Van der Hout, avukat)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5797, tas-16 ta' Lulju 2009, dwar l-irkupru tas-somma ta' EUR 258 560,61, flimkien mal-interessi, dovuta mir-rikorrenti fil-kuntest tal-kuntratti IST-1999-11823 FOND MST (Formation of a New Design House for MST) u IST-2000-28229 ANAB (Assessment of a New Anodic Bonder).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Applied Microengineering Ltd hija kkundannata minbarra għall-ispejjeż tagħha, għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 312, 19.12.2009.