Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – EI du Pont de Nemours vs UASI – Zueco Ruiz (ZYTeL)

(Kawża T-288/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva ZYTeL – Trade mark Komunitarja verbali preċ    edenti u trade mark magħrufa fis-sens tal-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi, ZYTEL – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009 – Dannu lill-karattru distintiv jew lir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru°207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EI du Pont de Nemours and Company (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Enrique Zueco Ruiz (Zaragoza, Spanja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Marzu 2012 (Każ R 464/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn EI du Pont de Nemours and Company u E. Zueco Ruiz.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.EI du Pont de Nemours and Company hija kkundannata għall-ispejjeż.