Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2015 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-290/12) 1

(“Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat – Għajnuna lill-gruppi ta’ produtturi – Limitazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kooperazzjoni leali”)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment minn B. Majczyna u M. Szpunar, sussegwentement minn B. Majczyna u K. Strás, aġenti)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn N. Donnelly, B. Schima u D. Milanowska, sussegwentement minn B. Schima u D. Milanowska, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(2) sa (4), (6), (12) u (13), tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 2(1) sa (3) u tal-Artikolu 3 kif ukoll tal-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2012 tal-4 ta’ April 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 99, p. 21).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.