Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Diċembru 2012 - Pyrox vs UASI - Köb Holzheizsysteme (PYROX)

(Kawża T-575/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Pyrox GmbH (Oberhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Eigen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Köb Holzheizsysteme GmbH (Wolfurt/VBG, l-Awstrija)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta' Ottubru 2012, fil-Każijiet magħquda R 2187/2011-1 u R 2507/2011-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "PYROX", għal prodotti fil-klassijiet 4, 7 u 11- Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 612 781

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Köb Holzheizsysteme GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali "PYROT" għal prodotti fil-klassi 11

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment u applikazzjoni rrifjutata fl-intier tagħha

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________