Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill

(Kawża T-578/12) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran sabiex jipprevjenu l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Rikors għal annullament – Entità infrastatali – Locus standi u interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Indikazzjoni u għażla tal-bażi legali – Kompetenza tal-Kunsill – Prinċipju ta’ prevedibbiltà tal-atti tal-Unjoni – Kunċett ta’ appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Proporzjonalità – Dritt ta’ proprjetà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: National Iranian Oil Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u M. Konstantinidis, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 82, p. 58), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16).DispożittivIr-rikors huwa miċħud. National Iranian Oil Company għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.