Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Mejju 2007 - López Teruel vs L-UASI

(Kawża F-99/06)1

(Uffiċjali - Leave tal-mard - Assenza mhux awtorizzata - Proċedura ta' arbitraġġ - Terminu ta' żmien għall-għażla ta' tabib indipendenti)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Adelaida López Teruel (Guadalajara, Spanja) (rappreżentanti: G. Vandersanden, L. Levi u C. Ronzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (L-UASI) (rappreżentant: M. I. de Medrano Caballero, aġent)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra ta' l-20 ta' Ottubru 2005 dwar il-leave tal-mard tar-rikorrenti, meħuda wara li ngħatat l-opinjoni ta' tabib indipendenti msemmi fl-Artikolu 59(1) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv tas-sentenza

Id-deċiżjoni ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (L-UASI) ta' l-20 ta' Ottubru 2005 hija annullata safejn tittratta l-assenza tas-Sinjura López Teruel bħala assenza mhux iġġustifikata mit-8 sa l-20 ta' Frar 2005 u mis-7 ta' April sat-2 ta' Awwissu 2005.

Il-bqija tat-talbiet tar-rikors huma miċħuda.

L-UASI huwa ordnat ibati l-ispejjeż tiegħu u terz mill-ispejjeż sostnuti mis-Sinjura López Teruel.

____________

1 - ĠU C 249 14/10/06 p. 18.