Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2019 – Sánchez Cano vs EUIPO – Grupo Osborne (EL TORO BALLS Fini)

(Kawża T-527/19)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sánchez Cano, SA (Molina del Segura, Spanja) (rappreżentanti: C. Giner Mas u M. González Aleixandre, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva “EL TORO BALLS Fini”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 648 595

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 2690/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk li jirriżultaw mill-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell; jew ukoll, fil-każ li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tkun tikkostitwixxi lilha nnifisha bħala parti intervenjenti, tikkundanna in solidum lil din tal-aħħar mal-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk li jirriżultaw mill-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________