Language of document : ECLI:EU:T:2013:341





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Lulju 2013 — GRE vs UASI – Villiger Söhne (LIBERTE american blend fuq sfond blu)

(Kawża T‑205/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LIBERTE american blend — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti La LIBERTAD — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19-21, 53)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks figurattivi LIBERTE american blend u La LIBERTAD (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 31, 40, 45, 52, 55)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Natura komplementari tal-prodotti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 24)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 32, 33)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti — Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 59)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Marzu 2012 (Każ R 387/2011‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Villiger Söhne GmbH u GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.