Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 – Boston Scientific vs UASI – Terumo (CAPIO)
(Kawża T-325/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CAPIO – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CAPIOX – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu ġenwin mit-trade mark – Artikolu 43(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 28-34)
2. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 99-102)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Settembru 2006 (Każ R 61/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Terumo Kabushiki Kaisha u Boston Scientific Ltd. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: | Boston Scientific Ltd |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: | Trade mark verbali CAPIO għal prodotti fil-klassi 10 – Applikazzjoni Nru 2554434 |
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: | Terumo Kabushiki Kaisha |
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: | Trade mark nazzjonali verbali CAPIOX għal prodotti fil-klassi 10 |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: | Oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni miċħuda |
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Boston Scientific Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.