Rikors ippreżentat fl-20 ta' Frar 2012 - Chico's Brands Investments vs UASI - Artsana (CHICO'S)
(Kawża T-83/12)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chico's Brands Investments, Inc. (Fort Myers, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Holman, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Artsana SpA (Grandate, l-Italja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fis-27 ta' Ottubru 2011 fil-Każ R 2084/2010-1;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "CHICO'S" għal prodotti u għal servizzi fil-klassijiet 25 u 35 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1585579
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni Nru 420865 tat-trade mark figurattiva Taljana "chicco", b'mod partikolari għal prodotti fil-klassi 25; Reġistrazzjoni Nru 846672/380042 tat-trade mark figurattiva Taljana "chicco", b'mod partikolari għal prodotti fil-klassi 25; Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 763084 tat-trade mark figurattiva "chicco", b'mod partikolari għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 15(1)(a) u tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell ikkunsidra, b'mod żbaljat, li l-provi prodotti mill-parti li qed topponi juru użu ġenwin mit-trade mark preċedenti fl-Italja. Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell ikkunsidra, b'mod żbaljat, li kienet teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni u t-trade mark preċedenti.
____________