Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Mejju 2008 - Schuhpark Fascies. vs L-UASI - Leder & Schuh (jello SCHUHPARK)

(Kawża T-183/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schuhpark Fascies GmbH (Warendorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Peter u J. Braune, Rechtsanwälte)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Leder & Schuh AG (Graz, l-Awstrija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta' Marzu 2008, Każ R 1560/2006-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Leder & Schuh AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali u figurattiva "jello SCHUHPARK" għal prodotti fil-klassijiet 1, 3, 9, 14, 16, 18, 21, 24-26 u 28 (applikazzjoni Nru 1 269 372)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniż "Schuhpark" għal prodotti fil-klassi 25 (Nru 1 007 149), fir-rigward ta' l-oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni fil-klassijiet 18, 21, 25 u 26

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' parzjalment l-oppożizzjoni u tiċħad parzjalment it-talba

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni

Motivi invokati: Ksur tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 43(2) u ta' l-Artikolu 43(3) tar-Regolament Nru 40/94 1, kif ukoll tat-tieni sentenza tar-Regola 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/952, billi r-rikorrenti ġabet prova suffiċjenti ta' l-użu ġenwin tat-trade mark opponenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 1994, L 11, p. 1).

2 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU L 303, p. 1).