Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Mejju 2008 - Rodd & Gunn Australia vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' kelb)

(Kawża T-187/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rodd & Gunn Australia Limited (Wellington, New Zealand) (rappreżentanti: B. Brandreth, Barrister u N. Jenkins, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta' Marzu 2008 fil-każ R 1245/2007-4;

tordna restitutio in integrum fir-rigward tat-trade mark Komunitarja Nru 339 218; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva li tikkonsisti f'rappreżentazzjoni ta' kelb għal prodotti fil-klassijiet 16, 18 u 25 - Trade mark Komunitarja Nru 339 218

Deċiżjoni tad-Diviżjoni "Trade Marks u Reġistru": Ċaħda ta' l-applikazzjoni għal restitutio in integrum

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-tiġdid tat-trade mark Komunitarja huwa mogħti biss fir-rigward tal-proprjetarju tagħha jew tar-rappreżentant professjonali; il-Bord ta' l-Appell wettaq żball ta' liġi fl-evalwazzjoni tiegħu tal-fatti peress li ddeċieda li r-rikorrenti u r-rappreżentant awtorizzat tagħha kienu naqsu milli jaġixxu bħala bonus paterfamilias f'din is-sitwazzjoni; il-Bord ta' l-Appell wettaq żball ta' liġi meta ddeċieda li kien b'mod arbitrarju li r-rikorrenti innominat lill-Computer Patent Annuities Limited, aġenzija tat-tiġdid tat-trade marks, sabiex iġġedded it-trade mark tagħha.

____________