Language of document : ECLI:EU:T:2008:225





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2008 – VDH Projektentwicklung u Edeka Rhein-Ruhr vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-185/08)

“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Nuqqas ta’ implementazzjoni mill-Kummissjoni tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni previst fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 89/665/KEE – Persuni fiżiċi u ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament – Inammissibbiltà manifesta”

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Direttiva 89/665 (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 232 KE; Direttiva tal-Kunsill 89/665, Artikolu 3) (ara l-punti 9-17)

Suġġett

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex jiġi kkonstatat in-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni, minħabba li hija naqset, għal dak li jikkonċerna l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet pubbliċi bejn il-belt ta’ Stolberg u Kaufland Stiftung & Co., kif ukoll għal dak li jikkonċerna l-għoti ta’ kuntratt kummerċjali ġenerali minn Kaufland Stiftung & Co., milli timplementa mingħajr dewmien il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni previst fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/665/KE u milli tinnotifika lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Ir-rikorrenti huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.