Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Marzu 2009 - Alves dos Santos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-184/08)1

("Fond Soċjali Ewropew - Skemi ta' taħriġ- Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà manifesta")

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Rui Manuel Alves dos Santos (Alvaiázere, il-Portugall) (rappreżentant: A. Marques Fernandes, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u B. Kotschy, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2004, innotifikata lil Rui Manuel Slves dos Santos fit-3 ta' Marzu 2008, li tnaqqas l-ammont tal-għajnuna finanzjarja mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE), għal skema ta' taħriġ professjonali pprenżentata mill-amministrazzjoni Portugiża, fil-fajl Nru 890488 P1.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Rui Manuel Alves dos Santos huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 209, 15.8.2008.