Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2024 – Hispavima vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-514/14) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli favur ċerti gruppi ta’ interess ekonomiku (GIE) u l-investituri tagħhom – Sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja għax-xiri ta’ vapuri (Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni) – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna parzjalment l-irkupru tagħha – Tmiem parzjali tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni parzjali – Għajnuna ġdida – Aspettattivi leġittimi – Irkupru – Klawżoli kuntrattwali li jipproteġu lill-benefiċjarji kontra l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli mas-suq intern – Tqassim tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Hispavima, SL (Murcie, Spanja) (rappreżentanti: A. Barba, M. López Ridruejo u A. Picón Franco, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Carpi Badía u P. Němečková, aġenti, assistiti minn M. Segura Catalán, avukata)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE tas-17 ta’ Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni (ĠU 2014, L 114, p. 1).

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors sa fejn huwa intiż kontra l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE tas-17 ta’ Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni, sa fejn jindika lill-gruppi ta’ interess ekonomiku u l-investituri tagħhom bħala l-uniċi benefiċjarji tal-għajnuna kkunsidrata f’din id-deċiżjoni, u l-Artikolu 4(1) tal-imsemmija deċiżjoni, sa fejn jordna lir-Renju ta’ Spanja jirkupra l-ammont sħiħ tal-għajnuna msemmija fid-deċiżjoni mingħand investituri tal-gruppi ta’ interess ekonomiku li bbenefikaw minnha.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 303, 8.9.2014.