Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2024 – Naass u Sea-Watch vs Frontex

(Kawża T-205/22) 1

(“Aċċess għad-dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti dwar operazzjoni ta’ sorveljanza mill-ajru immexxija minn Frontex fil-Mediterran ċentrali fit-30 ta’ Lulju 2021 – Rifjut ta’ aċċess Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tas-sigurtà pubblika –Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Marie Naass (Berlin, il-Ġermanja), Sea-Watch eV (Berlin) (rappreżentanti: I. Van Damme u A. Matthaiou, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) (rappreżentanti: R.-A. Popa u H. Caniard, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Permezz ta’ rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni DGSC/TO/PAD-2021-00350 tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), tas-7 ta’ Frar 2022, dwar talba konfermattiva għal aċċess għad-dokumenti,

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni DGSC/TO/PAD-2021-00350 tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), hija annullata fir-rigward tar-rifjut tagħha għall-aċċess għar-“ritratti u videos kollha relatati mal-operazzjoni mill-ajru fil-Mediterran ċentrali fit-30 ta’ Lulju 2021”.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Marie Nass u Sea-Watch eV għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, nofs dawk sostnuti minn Frontex.

Frontex għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 244, 27.6.2022.