Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2024 – Tsakiris vs EUIPO – Coca-Cola 3E Ellados (Le Petit Déjeuner TSAKIRIS FAMILY)

(Kawża T-303/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Le Petit Déjeuner TSAKIRIS FAMILY – Trade mark figurattiva preċedenti nazzjonali TSAKIRIS CHIPS – Ħsara għar-reputazzjoni – Użu mingħajr raġuni ġġustifikata – Artikolu 8(5) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 81 TFUE”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Tsakiris AE Paragogis & Emporias Trofimon (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: A. Papaspyropoulos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Coca-Cola 3E Ellados AVEE (Marousi, il-Greċja) (rappreżentant: E. Kyriakidi, avukata)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Marzu 2023 (Każ R 1012/2020-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Tsakiris AE Paragogis & Emporias Trofimon hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk ta’ Coca-Cola 3E Ellados AVEE.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C 286, 14.8.2023.