Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2024 – FCI vs EUIPO – Sitges Alonso (Pilastri)

(Kawża T-208/23) 1

(Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pilastri – Raġuni ta’ invalidità – Żvelar tad-disinn preċedenti – Artikolu 7 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Oneru tal-prova – Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 6/2002)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Forlam Clôture Industrie (FCI) (Lyon, Franza) (rappreżentanti: P. Debré u L. Nicolazzi, avukati, ammessa sabiex tissostitwixxi Clofor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u C. Bovar, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Paul Sitges Alonso (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-emendar tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Frar 2023 (Każ R 1103/2022-3).

Dispożittiv

Forlam Clôture Industrie (FCI) hija awtorizzata tissostitwixxi lil Clofor bħala rikorrenti.

Ir-rikors huwa miċħud.

Forlam Clôture Industrie (FCI) hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 216, 19.6.2023.