Language of document : ECLI:EU:T:2015:1004

Kawżi magħquda T‑515/13 u T‑719/13

Ir-Renju ta’ Spanja et

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna mill-Istat – Bini ta’ bastimenti – Dispożizzjonijiet fiskali applikabbli għal ċerti ftehimiet stabbiliti għall-finanzjament u x-xiri ta’ bastimenti – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna parzjalment l-irkupru tagħha – Rikors għal annullament – Interess individwali – Ammissibbiltà – Vantaġġ – Natura selettiva – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015

1.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni indirizzata lil Stat Membru u li tikkonstata l-inkompatibbiltà parzjali ta’ għajnuna mas-suq intern – Rikors ta’ impriża li bbenefikat minn għajnuna individwali mogħtija taħt din l-iskema u li għandha tiġi rkuprata – Ammissibbiltà

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

2.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Interess ġuridiku stabbilit għal waħda mir-rikorrenti – Allegata assenza ta’ interess ġuridiku ta’ rikorrent ieħor – Ammissibbiltà tar-rikors

(Artikolu 263 TFUE)

3.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni fl-interpretazzjoni tad-dispożittiv

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Deroga mis-sistema fiskali ġenerali – Miżuri li jiffavorixxu ċertu tip ta’ investiment – Tranżazzjoni disponibbli taħt l-istess kundizzjonijiet għal kull impriża mingħajr distinzjoni – Assenza ta’ natura selettiva

(Artikolu 107(1) TFUE)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Deroga mis-sistema fiskali ġenerali – Miżuri ta’ natura ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha – Allegata setgħa diskrezzjonali fl-għoti tal-vantaġġ fiskali – Assenza ta’ natura selettiva

(Artikolu 107(1) TFUE)

6.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Eżami ex officio mill-qorti

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)

7.      Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv li jista’ jiġi invokat f’kull stadju tal-proċedura

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2))

8.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Karatterizzazzjoni tal-effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u tal-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri

(Artikoli 107(1) TFUE u 296 TFUE;Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 85-89)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 90)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 94)

4.      Fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tas-selettività ta’ miżura tal-Istat, l-eżistenza ta’ deroga jew ta’ eċċezzjoni għall-kuntest ta’ riferiment ma tippermettix, fiha nfisha, li jiġi stabbilit li l-miżura kontenzjuża tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, jekk din il-miżura hija aċċessibbli, a priori, għal kull impriża.

Fil-fatt, il-fatt li l-vantaġġi inkwistjoni jingħataw minħabba investiment f’ass speċifiku bl-esklużjoni ta’ assi oħra jew ta’ tipi oħra ta’ investimenti ma jagħmilhomx selettivi fir-rigward tal-investituri sa fejn l-operazzjoni hija disponibbli, taħt l-istess kundizzjonijiet, għal kull impriża mingħajr distinzjoni.

Għalhekk, meta vantaġġ jingħata, taħt l-istess kundizzjonijiet, lil kull impriża minħabba t-twettiq ta’ ċertu tip ta’ investiment aċċessibbli għal kull operatur, dan huwa ta’ natura ġenerali fir-rigward ta’ dawn l-operaturi u ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat favur dawn tal-aħħar.

(ara l-punti 140-143, 146-148, 155, 180)

5.      Fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, il-vantaġġ fiskali li minnu tista’ tibbenefika kull impriża minħabba t-twettiq ta’ ċertu tip ta’ investiment aċċessibbli għal kull operatur ekonomiku, ma jistax jitqies li huwa selettiv abbażi ta’ allegata setgħa diskrezzjonali tad-dipartiment tat-taxxa sa fejn din is-setgħa tikkonsisti biss, de jure u de facto, f’li tiġi ddefinita t-tip ta’ operazzjoni li tista’ tibbenefika mill-vantaġġi fiskali inkwistjoni.

(ara l-punti 160, 163)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 177, 183)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 183)

8.      Fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, l-obbligu ta’ motivazzjoni jeżiġi li jiġu indikati r-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni tqis li l-miżura inkwistjoni tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan ir-rigward, anki fil-każ fejn, miċ-ċirkustanzi li fihom ingħatat l-għajnuna jirriżulta li hija tali li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li toħloq distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, xorta waħda hija l-Kummissjoni li għandha tevoka dawn iċ-ċirkustanzi fil-motivi tad-deċiżjoni tagħha.

Barra minn hekk, meta ċerti ċirkustanzi partikolari jeżiġu hekk, il-Kummissjoni għandha timmotiva d-deċiżjoni tagħha iktar fil-fond, billi tagħti indikazzjonijiet rilevanti fir-rigward tal-effetti prevedibbli tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn Stati Membri.

F’dan ir-rigward, il-konstatazzjoni, fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tgħid li l-investituri joperaw fis-setturi kollha tal-ekonomija, u li l-vantaġġi jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom fis-swieq rispettivi tagħhom, hija ta’ portata ġenerali li tista’ tiġi applikata għal kull tip ta’ għajnuna mill-Istat mingħajr ma tagħmel riferiment għall-ebda ċirkustanza speċifika li tispjega għaliex il-miżuri kontenzjużi jirriskjaw li jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ fis-swieq li fihom joperaw l-investituri.

Issa, fiċ-ċirkostanzi partikolari ta’ skema li tippermetti li kumpanniji tat-tbaħħir marittimu jixtru bastimenti mibnija f’tarzni ta’ Stat Membru billi jibbenefikaw minn prezzijiet imnaqqsa, bl-ikkawżar ta’ telf ta’ kuntratti ta’ bini ta’ bastimenti għall-membri tal-gruppi ta’ tarżnara kompetituri, hija l-Kummissjoni li għandha tipprovdi iktar indikazzjonijiet li jippermettu li wieħed jifhem kif il-vantaġġ rċevut mill-investituri, u mhux mill-kumpanniji tat-tbaħħir marittimu jew mit-tarzni, jista’ jikkawża distorsjoni jew jhedded li jikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni jew jaffettwa l-kummerċ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE fis-swieq li fihom huma joperaw.

(ara l-punti 192, 193, 198, 200, 204, 207)