Rikors ippreżentat fit-30 ta' Marzu 2008 - Honnefelder vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-41/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Stephanie Honnefelder (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: C. Bode, Rechtsanwalt)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta' riżerva tal-kompetizzjoni EPSO AD/26/05 minħabba li ma ġabitx biżżejjed punti.
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li:
jannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta ta' l-10 ta' Mejju 2007 u d-deċiżjoni mogħtija wara li sar l-ilment ta' l-14 ta' Diċembru 2007 u jobbliga lill-konvenuta tevalwa l-possibbiltà li r-rikorrenti tiġi inkluża fil-lista ta' riserva mingħajr ma jinkiser il-prinċipju ta' trattament ugwali u filwaqt li tiġi osservata l-proċedura skond il-liġi;
jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż;
b'mod kawtelatorju, jagħti sentenza fil-kontumaċja.
____________