Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta' Marzu 2008 - Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-39/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Annullament ta' numru ta' deċiżjonijiet dwar it-tnaqqis ta' 32 ġurnata mid-dritt għal-leave tar-rikorrent għas-sena 2007.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet tad-29.5.2007, ta' l-20.6.2007, tat-28.6.2007, tas-6.7.2007 kif ukoll iż-żewġ deċiżjonijiet tas-26.7.2007 u d-deċiżjoni tat-2.8.2007 dwar it-tnaqqis ta' 32 ġurnata mid-dritt tal-leave tar-rikorrent għas-sena 2007;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________