Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Frar 2009 - Liotti vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-38/08)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta' evalwazzjoni 2006 - Normi ta' evalwazzjoni applikabbli mill-evalwaturi)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Amerigo Liotti (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Eggers u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

L-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għas-sena 2006.

Dispożittiv tas-sentenza

1)    Ir-rapport tal-iżvilupp tal-karriera ta' A. Liotti għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2006 huwa annullat.

2)    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 158, 21.06.08, p. 26.