Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-29 ta' Settembru 2010 - Honnefelder vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta' inklużjoni fil-lista ta' riżerva - Żvolġiment tal-eżami orali - Natura stabbli tal-Bord tal-Għażla)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Stephanie Honnefelder (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Bode, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Berardis-Kayser u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta' riżerva tal-kompetizzjoni AD/26/05 minħabba li ma ġabitx biżżejjed punti fl-eżami orali.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-10 ta' Mejju 2007, li S. Honnefelder ma tiġix inkluża fil-lista ta' riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05 hija annullata.
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż kollha.
____________1 - ĠU C 128, 24.05.2008, p. 38.