Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2010 - Longevity Health Products vs UASI - Gruppo Lepetit (RESVEROL)

(Kawża T-363/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RESVEROL - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti LESTEROL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassau, il-Bahamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Gruppo Lepetit SpA (Lainate, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta' Lulju 2009 (Każ R 1204/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Gruppo Lepetit SpA u Longevity Health Products, Inc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 267, 7.11.2009.