Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2024 – Symphony Environmental Technologies u Symphony Environmental vs Il-Parlament et

(Kawża T-745/20) 1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Ambjent – Direttiva (UE) 2019/904 – Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mmanifatturati minn plastik ossodegradabbli – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Assenza ta’ distinzjoni bejn il-prodotti mmanifatturati minn plastik ossodegradabbli u prodotti mmanifatturati minn plastik ossobijodegradabbli – Valutazzjoni tal-impatt – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Symphony Environmental Technologies plc (Borehamwood, ir-Renju Unit), Symphony Environmental Ltd (Borehamwood) (rappreżentanti: P. Selley, solicitor, J. Holmes, KC, u J. Williams, barrister-at-law)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti : L. Visaggio, C. Ionescu Dima u W. Kuzmienko, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti : A. Maceroni u M. Moore, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti : R. Lindenthal u L. Haasbeek, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu kumpens għad-dannu li huma allegatament ġarrbu minħabba l-adozzjoni tal-Artikolu 5 u tal-premessa 15 tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (ĠU 2019, L 155, p. 1), sa fejn il-projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mmanifatturati abbażi ta’ plastik ossodegradabbli, prevista fl-imsemmi Artikolu 5 u fl-imsemmija premessa 15, tapplika għall-plastik ossobijodegradabbli

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Symphony Environmental Technologies plc u Symphony Environmental Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 53, 15.2.2021.