Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Jannar 2011 - M vs EMEA

(Kawża T-136/10) 1

("Rikors għad-danni - Nuqqas ta' kompetenza tal-Qorti Ġenerali - Rinviju quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: M (Broxbourne, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Thomann, barrister, u I. Khawaja, solicitor)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA) (rappreżentanti: V. Salvatore u N. Rampal Olmedo, aġenti)

Suġġett

Talba għad-danni, skont l-Artikoli 268 TFUE u 340 TFUE, minħabba dannu allegatament subit wara aċċident fuq il-post tax-xogħol.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa rrinvjat quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 - ĠU C 148, 05.06.2010.