Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Awwissu 2011 - Longevity Health Products vs UASI - Weleda Trademark (MENOCHRON)

(Kawża T-473/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassaw, il-Baħamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Weleda Trademark AG (Arlesheim, l-Isvizzera)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors tagħha ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Lulju 2011 fil-Każ R 2345/2010-4 u tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn Weleda Trademark AG kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja CTM 005050752, u

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "MENOCHRON" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Weleda Trademark AG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali "MENODORON" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009 1 sa fejn ma hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).