Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Mejju 2009 - Matkompaniet vs UASI - DF World of Spices (KATOZ)

(Kawża T-195/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Matkompaniet AB (Borås, l-Isveżja) (rappreżentanti: J. Gulliksson u J. Olsson, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DF World of Spices GmbH (Dissen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta' Marzu 2009 fil-Każ R 577/2007-2; u

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż sostnuti kemm fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza kif ukoll quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "KATOZ" għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni Ġermaniża tat-trade mark figurattiva "KATTUS" għal prodotti fil-klassijiet 29, 30, 31 u 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell ikkonkluda b'mod zbaljat li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________