Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – Klein vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-309/10 RENV) 1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Direttiva 93/42/KEE – Sistema armonizzata li tiżgura s-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa tal-pazjenti, tal-utenti u ta’ terzi fid-dawl tal-użu ta’ mezzi mediċi – Artikolu 8 – Notifika ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq – Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni – Artikolu 18 – Marka KE li ma kellhiex tiġi applikata – Dannu – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Rabta kawżali”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Christoph Klein (Großgmain, l-Awstrija) (rappreżentanti: inizjalment minn H. J. Ahlt u M. Ahlt, sussegwentement minn H. J. Ahlt, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u G. von Rintelen, aġenti, assistiti minn C. Winkler, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni, ibbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent kien allegatament issubixxa sussegwentement għall-ksur mill-Kummissjoni tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Christoph Klein, il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 347, 26.11.2011.