Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Jannar 2024 – Dyson Ltd, Dyson Technology Ltd, Dyson Operations Pte Ltd, Dyson Manufacturing Sdn Bhd, Dyson Spain SLU, Dyson Austria GmbH, Dyson sp. z o.o., Dyson Ireland Ltd, Dyson GmbH, Dyson SAS, Dyson Srl, Dyson Sweden AB, Dyson Denmark ApS, Dyson Finland Oy, Dyson BV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-122/22 P) 1

(Appell – Enerġija – Direttiva 2010/30/UE – Indikazzjoni, permezz ta’ ttikkettjar u ta’ informazzjoni standard tal-prodott, dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija – Regolament Delegat tal-Kummissjoni Ewropea li jissupplimenta din id-Direttiva – Ittikkettjar tal-enerġija tal-vacuum cleaners – Annullament – Rikors għad-danni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea – Rekwiżit ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi – Ksur manifest u gravi tal-limiti tas-setgħa ta’ evalwazzjoni – Elementi rilevanti fil-każ ta’ assenza ta’ marġni ta’ evalwazzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Dyson Ltd, Dyson Technology Ltd, Dyson Operations Pte Ltd, Dyson Manufacturing Sdn Bhd, Dyson Spain SLU, Dyson Austria GmbH, Dyson sp. z o.o., Dyson Ireland Ltd, Dyson GmbH, Dyson SAS, Dyson Srl, Dyson Sweden AB, Dyson Denmark ApS, Dyson Finland Oy, Dyson BV (rappreżentanti: E. Batchelor, M. Healy u T. Selwyn Sharpe, avukati u solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti J.-F. Brakeland, B. De Meester u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Dyson Ltd u l-erbatax-il appellant l-ieħor huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 207, 23.5.2022.