Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Autoneum Germany vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-295/14) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi – Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE – Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Rikors għal annullament – Talba għall-adattament tat-talbiet – Assenza ta’ fattur ġdid – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Autoneum Germany GmbH (Roßdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, B. Wißmann, M. Püstow, C. Oehme, M. Ringel u T. Wielsch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.It-talba intiża sabiex it-talbiet tar-rikors preżenti jiġu adattati għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 8786 finali, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur elettriku minn sorsi rinnovabbli u konsumaturi kbar tal-enerġija, hija miċħuda bħala inammissibbli.Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.Autoneum Germany GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1  ĠU C 223, 14.07.2014.