Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Mejju 2009 - KME Germany et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-127/04)1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tat-tubi industrijali tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Multi - Impatt reali fuq is-suq - Daqs tas-suq ikkonċernat - Dewmien tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KME Germanuyy AG, li qabel kienet KM Europa Metal AG (Osnabruck, il-Ġermanja); KME France SAS, li qabel kienet Tréfimétaux SA (Courbevoie, Franza); u KME Italy SpA, li qabel kienet Europa Metalli SpA (Firenze, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, A. Winckler, G.C. Rizza, T. Graf, u M. Piergiovanni, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, aġent, assistit minn C. Thomas, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti skont l-Artikolu 2(c)(d)(e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2003) 4820 finali, tas-16 ta' Diċembru 2003, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.240 - Tubi industrijali), u, min-naħa l-oħra, kontrotalba tal-Kummmissjoni intiża għaż-żieda tal-ammont tal-imsemmija multi.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    KME Germany AG, KME France SAS u KME Italy SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 146, 29.5.2004.