Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2023 – Antimo Caputo vs EUIPO - Barbato (NuvolaSuper)

(Kawża T-1178/23)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Antimo Caputo Srl (Napoli, l-Italja) (rappreżentant: F. Musella, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pasquale Barbato (Villanova De Bellis (MN), l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Talba għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “NuvolaSuper”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 362 145

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 2068/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 3 145 038 fl-intier tagħha;

sussidjarjament: tibgħat il-kawża lura għal eżami mill-ġdid quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra għall-ħlas tal-ispejjeż fil-kuntest taż-żewġ istanzi tal-proċedura.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, L 154, p. 1));

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.

____________