Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2012 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-24/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Tymen u A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni adottata mill-President tal-Parlament Ewropew li tittrasferixxi lir-rikorrenti fi ħdan l-istess direttorat ġenerali tal-Parlament mill-post ta’ kap ta’ unità għall-post ta’ konsulent tad-direttur ta’ direttorat u talba għad-danni għal abbuż morali.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2012 li temmet, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2012, il-funzjonijiet tar-rikorrenti bħala kap ta’ unità għall-Ugwaljanza u d-Diversità fid-DĠ tal-Persunal u li ttrasferietha, f’din l-istess data, lejn id-Direttorat D ta’ dan l-istess DĠ bħala konsulent, filwaqt li fl-istess ħin neħħietilha l-benefiċċju tal-kumpens tal-kapijiet ta’ unità;

tagħti lir-rikorrenti, bħala kumpens għad-dannu subit, id-danni f’ammont stmat ex aequo et bono għal EUR 50,000;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.