Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013 — Lorenz Shoe Group vs UASI – Fuzhou Fuan Leather Plastics Clothing Making (Ganeder)
(Kawża T‑374/09)
“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Ganeder — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Ganter — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
1. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 51)
2. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 26)
3. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali Ganeder u Ganter (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 32, 34, 54-57)
4. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 35)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1289/2008‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn shoe fashion group Lorenz Group AG u Fuzhou Fuan Leather Plastics Clothing Making Co. Ltd. |
Dispożittiv
1) | | Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-16 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1289/2008‑1), hija annullata. |
2) | | L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Lorenz Shoe Group AG. |
3) | | Fuzhou Fuan Leather Plastics Clothing Making Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |