Language of document : ECLI:EU:F:2007:115

DIGRIET TAL-PRESIDENT TA’ L-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

27 ta’ Ġunju 2007

Kawża F-127/06

H

vs

Il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea

“Ftehim bonarju fuq inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir tal-kawża”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skond l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu H titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li rtiratha awtomatikament mis-servizz minħabba invalidità.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑127/06, H vs Il-Kunsill, hija mħassra mir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. H għandha tbati terz ta’ l-ispejjeż tagħha. Minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, il-Kunsill għandu jbati żewġ terzi ta’ l-ispejjeż ta’ H.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Ftehim bonarju dwar il-kontroversja quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir tal-kawża mir-Reġistru

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 87(5) ul-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 98)