Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Diċembru 2009 - Evonik Industries vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' rettangolu bil-kulur porpra bin-naħa tal-lemin tonda)

(Kawża T-499/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Evonik Industries AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut (Ir-Raba' Bord tal-Appell), tat-2 ta' Ottubru 2009, fil-Każ R 491/2009-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrappreżenta forma rettangolari tal-kulur Porpra Pantone 513 C għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1 sa 45 (Applikazzjoni Nru 7 235 179)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 1 peress li t-trade mark ikkonċernata għandha l-karattru distintiv meħtieġ.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)