Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Diċembru 2009 - PhysioNova vs UASI - Flex Equipos de Descanso (FLEX)

(Kawża T-501/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: PhysioNova GmbH (Erlangen, Il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Klink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Flex Equipos de Descanso, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta' Settembru 2009, fil-Każ R 1/2009-1;

temenda d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta' Settembru 2009, fil-Każ R 1/2009-1, sa fejn tiġi annullata d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellament, tas-27 ta' Ottubru 2008, fil-Każ 2237 C;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tal-proċedimenti inklużi dawk inkorsi fil-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark figurattiva Komunitarja "FLEX" Nru 2 275 220 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 10, 17 u 20

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Flex Equipos de Descanso, SA

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark Ġermaniża Nru 39 903 314 "PhysioFlex" u t-trade mark Ġermaniża Nru 39 644 431 "Rotoflex"

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur kontra l-Artikolu 8(1)(b) Nru 207/2009 1, peress li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 2009, L 78, p. 1)